{"id":90944,"date":"2020-06-04T13:55:09","date_gmt":"2020-06-04T11:55:09","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=90944"},"modified":"2020-06-04T17:37:03","modified_gmt":"2020-06-04T15:37:03","slug":"kien-hemm-ukoll-sensar-iehor","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/06\/kien-hemm-ukoll-sensar-iehor\/","title":{"rendered":"Kien hemm ukoll sensar ie\u0127or?"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"size-full wp-image-90940 aligncenter\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/13445263_107322966360656_1340569244523132156_n.jpg\" alt=\"\" width=\"480\" height=\"640\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/13445263_107322966360656_1340569244523132156_n-200x267.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/13445263_107322966360656_1340569244523132156_n-225x300.jpg 225w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/13445263_107322966360656_1340569244523132156_n-400x533.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/13445263_107322966360656_1340569244523132156_n.jpg 480w\" sizes=\"(max-width: 480px) 100vw, 480px\" \/><\/p>\n<p>Il-possibilit\u00e0 li Chris Cardona seta&#8217; kien imda\u0127\u0127al fil-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia re\u0121g\u0127et fe\u0121\u0121et wara li din il-\u0121img\u0127a Melvyn Theuma wie\u0121eb g\u0127all-mistoqsijiet li sarulu fil-qorti.<\/p>\n<p>Jason Azzopardi, li fil-qorti qed jidher <em>parte civile<\/em> g\u0127all-familja ta&#8217; Daphne Caruana Galizia, nhar it-Tnejn staqsa lil\u00a0 Melvyn Theuma jekk qattx kien sema&#8217; bi \u0127las li kien g\u0127amel Chris Cardona lil Alfred Degiorgio mag\u0127ruf b\u0127ala \u2018l-Fulu\u2019.<\/p>\n<p>Melvyn Theuma wie\u0121eb li din l-istorja kien semag\u0127ha.<\/p>\n<p>Theuma xehed li din l-istorja kien qalhielu Mario Degiorgio li ji\u0121i \u0127u \u0120or\u0121 \u2018i\u010b-\u010ainiz\u2019 u \u0127u Alfred \u2018il-Fulu\u2019 Degiorgio li ilhom il-\u0127abs jistennew li jg\u0127addu \u0121uri mill-4 ta&#8217; Di\u010bembru 2017 mixlijin bil-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia.<\/p>\n<p>Melvyn Theuma xehed li Mario Degiorgio kien qallu li Chris Cardona kien \u0127allas \u20ac350,000 lil \u0127u\u0127 Alfred Degiorgio biex joqtol lil Daphne u, biex g\u0127amel dan, inqeda&#8217; b&#8217;intermedjarju. Jason Azzopardi staqsa lil Theuma jekk Mario Degiorgio qattx semma&#8217; min hu dan l-intermedjarju. Theuma wie\u0121eb li dan l-intermedjarju kien issemma&#8217; min hu u seta&#8217; jiftakar li ismu jibda&#8217; bil-\u201cB\u201d.<\/p>\n<p>Jason Azzopardi staqsa lil Melvyn Theuma jekk setax jiftakar lil Mario Degiorgio jsemmi l-isem ta&#8217; Anthony Chetcuti, mag\u0127ruf b\u0127ala Toni l-Biglee. Melvyn Theuma wie\u0121eb li ma jistax jeskludi li kien issemma&#8217;, i\u017cda ma setax ikun \u010bert.<\/p>\n<p>Min hu dan Anthony Chetcuti, li huwa mag\u0127ruf ukoll b\u0127ala Toni l-Biglee?<\/p>\n<p>L-informazzjoni li \u0121ejja \u0121bartha ming\u0127and diversi g\u0127ejjun u ma jfissirx li din l-informazzjoni twassal g\u0127all-konklu\u017cjoni li Anthony Chetcuti kien parti mill-konfoffa li wasslet g\u0127ad-delitt. Provi b\u0127al dawn, jekk je\u017cistu, jkun je\u0127tie\u0121 li jg\u0127addu mill-g\u0127arbiel tal-qorti.<\/p>\n<p>Anthony Chetcuti kien ing\u0127aqad mal-korp tal-pulizija wara li l-PN tela&#8217; fil-gvern fl-1987 u kien membru tas-<em>Special Assignment Group<\/em>, li huwa sinjal li kellu simpatiji politi\u010bi ma&#8217; dan il-partit. L-SAG kienet in\u0127olqot fi sforz biex titnaqqas l-influwenza tal-pulizija li dak i\u017c-\u017cmien kellhom simpatija sproporzjonata mal-Partit Laburista u li kienu ntu\u017caw biex iservu ta&#8217; staffa g\u0127ar-re\u0121im Laburista fis-snin tmenin. Snin li fihom twettqet vjolenza bil-barka tal-istat, \u00a0 inklu\u017c qtil politiku fl-uffi\u010b\u010bju ta&#8217; dak li kien il-Kummissarju tal-Pulizija fil-Kwartier \u0120enerali tal-Furjana.<\/p>\n<p>Madankollu jidher li, wara li g\u0127addew is-snin, il-karriera fil-pulizija ta&#8217; Chetcuti kienet waslet fi tmiemha u kien wasal fi tmiemu wkoll l-appo\u0121\u0121 tieg\u0127u lill-PN. Huwa telaq mill-korp u qabel l-elezzjoni tal-2013 sar \u0127abib ma&#8217; Chris Cardona.<\/p>\n<p>Fis-snin ta&#8217; qabel l-elezzjoni u minn dakinhar &#8216;l hawn, ta&#8217; sikwit kien ikun ma&#8217; Chris Cardona u wera&#8217; l-appo\u0121\u0121 tieg\u0127u fil-bera\u0127 g\u0127all-Partit Laburista. Anthony Chetcuti m&#8217;huwiex xi dilettant kbir tal-<em>Facebook<\/em> i\u017cda b&#8217;mod konsistenti jir\u010bievi messa\u0121\u0121i ta&#8217; propaganda Laburista ming\u0127and \u0127bieb li jittrattaw dwar Joseph Muscat u Chris Cardona.<\/p>\n<p>Meta Chris Cardona in\u0127atar ministru, lil Anthony Chetcuti g\u0127enu biex jakkwista mpjieg mal-<em>Malta Freeport Corporation<\/em> li hi l-a\u0121enzija tal-istat li hi sid il-<em>container terminal<\/em> m\u0127addma mill-privat fin-nofsinhar ta&#8217; Malta. Il-Korporazzjoni hi wkoll responsabbli g\u0127as-sigurt\u00e0 tal-post.<\/p>\n<p>\u2018Il-Biglee\u2019 ing\u0127ata xog\u0127ol ta&#8217; gwardjan tas-sigurt\u00e0. G\u0127ejjun mill-Port \u0126ieles qaluli li kien hemm xi t\u0127assib dwar il-possibilita li Anthony Chetcuti abbu\u017ca mill-po\u017cizzjoni tieg\u0127u biex i\u0127affef il-kuntrabandu tas-sigarretti. Huwa qatt ma \u0121ie mixli b&#8217;rabta ma&#8217; dawn is-suspetti.<\/p>\n<p>Il-kuntrabandu tas-sigaretti kien issemma&#8217; f&#8217;ittra li kienet twasslet lil Yorgen Fenech wara li kien \u0121ie arrestat, f&#8217;liema ittra kien hemm struzzjonijiet dwar x&#8217;g\u0127andu jsir biex g\u0127all-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia jispi\u010b\u010ba je\u0127el Chris Cardona. F&#8217;din l-ittra, li Keith Schembri ji\u010b\u0127ad li kien kitibha hu, inkiteb li Chris Cardona kien tkellem mal-a\u0127wa Degiorgio dwar arran\u0121ament li bis-sa\u0127\u0127a tieg\u0127u setg\u0127u ida\u0127\u0127lu s-sigarretti bil-kuntrabandu mill-Port \u0126ieles u biex i\u017commu l-qlieg\u0127 minnu.<\/p>\n<p>G\u0127ejjun qaluli li dan l-\u2018arran\u0121ament\u2019 kien tfassal fuq arran\u0121ament ie\u0127or li l-a\u0127wa Degiorgio ja\u0127sbu li Anthony Chetcuti \u2018il-Biglee\u2019 di\u0121\u00e0 kellu ma&#8217; Chris Cardona. S&#8217;issa m&#8217;hemmx provi dwar dan. Kull m&#8217;hemm hi x-xhieda ta&#8217; Theuma u dawk li ssemmew minnu qed ji\u010b\u0127du dak li ntqal fil-qorti.<\/p>\n<p><i>Ir-ritratt ta&#8217; Anthony Chetcuti ittie\u0127ed mill-Facebook profile li j\u0121ib l-isem Anthony Biglee li jing\u0127ad li huwa Anthony Chetcuti.<\/i><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-possibilit\u00e0 li Chris Cardona seta&#8217; kien imda\u0127\u0127al fil-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia re\u0121g\u0127et fe\u0121\u0121et wara li din il-\u0121img\u0127a Melvyn Theuma wie\u0121eb g\u0127all-mistoqsijiet li sarulu fil-qorti. Jason Azzopardi, li fil-qorti qed jidher parte civile g\u0127all-familja ta&#8217; Daphne Caruana Galizia, nhar it-Tnejn staqsa lil\u00a0 Melvyn Theuma jekk qattx kien sema&#8217; bi \u0127las li kien g\u0127amel Chris Cardona [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":90941,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/90944\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=90944"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/90944\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":90947,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/90944\/revisions\/90947\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/90941\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=90944"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=90944"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=90944"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}