{"id":91043,"date":"2020-06-08T13:32:08","date_gmt":"2020-06-08T11:32:08","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=91043"},"modified":"2020-06-08T16:11:02","modified_gmt":"2020-06-08T14:11:02","slug":"angelo-gafa-kif-ser-igib-ruhu-biex-jeqred-l-impunita","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/06\/angelo-gafa-kif-ser-igib-ruhu-biex-jeqred-l-impunita\/","title":{"rendered":"Angelo Gaf\u00e0: kif ser i\u0121ib ru\u0127u biex jeqred l-impunit\u00e0?"},"content":{"rendered":"<p>Il-pro\u010bess tal-g\u0127a\u017cla ta&#8217; Kummissarju tal-Pulizija \u0121did sar aktar kumplikat milli qatt kien. I\u017cda wie\u0127ed seta&#8217; jbassar min kien ser jin\u0127atar.\u00a0<a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/angelo-gafa-for-police-commissioner.797178\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">L-g\u0127a\u017cla ta&#8217; Angelo Gaf\u00e0 ma kienitx sorpri\u017ca, bl-applikazzjoni ta&#8217; pulizija li kien isawwat lis-sie\u0127ba tieg\u0127u u li kien warrab skreditat, b&#8217;kollox.<\/a> Dan huwa pajji\u017c tal-lag\u0127ba.<\/p>\n<p>Il-pro\u010bess tal-g\u0127a\u017cla tal-kap tal-pulizija huwa mmexxi mill-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku li l-membri tag\u0127ha huma ma\u0127turin mill-prim ministru, u dawn naqqsu l-lista tal-applikanti g\u0127al tnejn u li minnhom il-prim ministru jkollu jag\u0127\u017cel wie\u0127ed.<\/p>\n<p>L-g\u0127a\u017cla ta&#8217; Angelo Gaf\u00e0 mhix aktar le\u0121ittima minn dik ta&#8217; Lawrence Cutajar qablu. Jew ta&#8217; Michael Cassar. Jew ta&#8217; Peter Paul Zammit. Il-kummissarju tal-pulizija ser ikun l-g\u0127a\u017cla ta&#8217; prim ministru li \u0127a r-riedni minflok Joseph Muscat li kien warrab skreditat, li kien il-klijent tieg\u0127u u li sal-lum g\u0127adu qed jag\u0127tih il-kenn.\u00a0 ,<\/p>\n<p>Anki li kieku Angelo Gaf\u00e0 kellu jidde\u010biedi li jaqbad il-barri minn qrunu, ser ikollu jservi g\u0127al sena s\u0127i\u0127a ta\u0127t <em>probation<\/em> u matul il-kors ta&#8217; din is-sena jista&#8217; jitke\u010b\u010ba mill-kariga b&#8217;daqqa ta&#8217; pinna. U jekk ma nafu xejn dwar Angelo Gaf\u00e0, \u010bertament nafu li g\u0127andu talent g\u0127all-karriera li g\u0127a\u017cel. Huwa fatt ironkiu li b\u0127alissa qed iservi b\u0127ala kap e\u017cekuttiv tal-korp tal-pulizija, kariga li n\u0127olqot biex tne\u0127\u0127i t-tag\u0127bija tal-amministrazzjoni tal-korp minn fuq spallejn il-Kummissarju. Angelo Gaf\u00e0 kien kunsidrat b\u0127ala l-a\u0127jar applikant biex jid\u0127ol g\u0127al din il-kariga u issa tela&#8217; tar\u0121a o\u0127ra u ser jie\u0127u post il-Kummissarju pre\u017centi.<\/p>\n<p><img class=\"size-full wp-image-91039 aligncenter\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/pr180936c.jpg\" alt=\"\" width=\"918\" height=\"695\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/pr180936c-200x151.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/pr180936c-300x227.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/pr180936c-400x303.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/pr180936c-600x454.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/pr180936c-768x581.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/pr180936c-800x606.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/pr180936c.jpg 918w\" sizes=\"(max-width: 918px) 100vw, 918px\" \/><\/p>\n<p>Nistaqsi: kif ser i\u0121ib ru\u0127u Angelo Gaf\u00e0 fil-konfront ta&#8217; Lawrence Cutajar u fil-konfront tal-iskandlu li smajna bih f&#8217;dawn il-\u0121ranet dwar kummissarju tal-pulizija jtarraf iwassal informazzjoni lill-kriminali minn wara dahar l-investigaturi ta&#8217; ta\u0127tu?<\/p>\n<p>Kif ser i\u0121ib ru\u0127u fil-konfront ta&#8217; Konrad Mizzi u tal-mossa li dan g\u0127amel biex jibqa&#8217; fir-Renju Unit? Tg\u0127id Konrad Mizzi se j\u0127ossu komdu li jer\u0121a&#8217; lura lejn Malta?<\/p>\n<p>Il-Kummissarju tal-Pulizija l-\u0121did kif ser i\u0121ib ru\u0127u fil-konfront ta&#8217; Keith Schembri, ta&#8217; Chris Cardona u ta&#8217; Joseph Muscat? L-investigazzjonijiet moribondi dwar il-Panama Papers ser jer\u0121a&#8217; jirxuxtahom? Bi \u0127siebu jibda&#8217; investigazzjonijiet dwar il-\u0127idma tal-Pilatus Bank u dwar l-iskandlu tal-Electrogas?<\/p>\n<p>Bi \u0127siebu jsa\u0127\u0127a\u0127 ir-ri\u017corsi g\u0127all-investigazzjoni dwar l-assassinju ta&#8217; Daphne Caruana Galizia? Se ja\u010b\u010betta s-sehem tal-Europol fl-investigazzjoni dwar il-qtil?<\/p>\n<p>Kif ser jara li ter\u0121a&#8217; tirrenja l-ordni fi \u0127dan il-korp tal-pulizija <a href=\"https:\/\/lovinmalta.com\/news\/sexual-favors-an-extra-e5000-a-month-and-disabled-gps-police-racket-arrests-are-just-the-beginning-and-riu-is-next\/?fbclid=IwAR1KcsPJ8OA67GNjD2iT8Hxj7tLSzhwTXQ6sqEzzA-EupcxA04iCBE99Tzo\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">issa li qed inkomplu nisimg\u0127u dwar intervisti li qed jag\u0127tu uffi\u010bjali tal-pulizija li fihom qed ifajjru akku\u017ci ta&#8217; korruzzjoni\u00a0 kontra xulxin?<\/a><\/p>\n<p>Il-membri tal-korp ser jaraw fih bniedem e\u017cemplari? <a href=\"https:\/\/lovinmalta.com\/news\/police-commissioner-candidate-explains-why-he-attended-a-party-of-a-man-he-investigated-8-years-ago\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">L-ispjegazzjonijiet dg\u0127ajjfin li kien ta dwar il-mod kif sab ru\u0127u fil-festin ta&#8217; xi \u0127add li huwa stess kien \u0127arrek fil-qorti ser jaslu biex jikkonvin\u010buna dwar l-integrit\u00e0 tieg\u0127u?<\/a> Ser ikollu l-\u0127ila li juri li huwa bniedem ta&#8217; e\u017cempju aktar minn u\u0127ud li kkontestaw g\u0127all-kariga, li m&#8217;g\u0127andu xejn x&#8217;ja\u0127bi, li qatt m&#8217;g\u0127amel \u0127sara f&#8217;proprjet\u00e0 ta&#8217; \u0127addie\u0127or, li qatt ma refa&#8217; jdejh fuq martu u li m&#8217;hu ser ikun hemm xejn li jista&#8217; jikkompromettieh?<\/p>\n<p>Fl-a\u0127\u0127ar mill-a\u0127\u0127ar, inkunu nistg\u0127u ni\u0121\u0121udikawh bix-xog\u0127ol li jwettaq u bir-ri\u017cultati li jikseb. Il-mod kif intag\u0127\u017cel ma jimliniex b&#8217; tant fidu\u010bja li ser dan ikun differenti minn dawk li servew qablu u li servew wara John Rizzo.<\/p>\n<p>Hawn minn ig\u0127id li iktar ma jinbidlu l-affarijiet, aktar jibqg\u0127u l-istess.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-pro\u010bess tal-g\u0127a\u017cla ta&#8217; Kummissarju tal-Pulizija \u0121did sar aktar kumplikat milli qatt kien. I\u017cda wie\u0127ed seta&#8217; jbassar min kien ser jin\u0127atar.\u00a0L-g\u0127a\u017cla ta&#8217; Angelo Gaf\u00e0 ma kienitx sorpri\u017ca, bl-applikazzjoni ta&#8217; pulizija li kien isawwat lis-sie\u0127ba tieg\u0127u u li kien warrab skreditat, b&#8217;kollox. Dan huwa pajji\u017c tal-lag\u0127ba. Il-pro\u010bess tal-g\u0127a\u017cla tal-kap tal-pulizija huwa mmexxi mill-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku li l-membri [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":91040,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/91043\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=91043"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/91043\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":91054,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/91043\/revisions\/91054\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/91040\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=91043"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=91043"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=91043"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}