{"id":9122,"date":"2018-07-25T17:41:25","date_gmt":"2018-07-25T15:41:25","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=9122"},"modified":"2018-07-26T08:43:55","modified_gmt":"2018-07-26T06:43:55","slug":"guest-post-bqajna-fdinja-tal-boloh","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/07\/guest-post-bqajna-fdinja-tal-boloh\/","title":{"rendered":"GUEST POST: Bqajna f&#8217;dinja tal-bolo\u0127"},"content":{"rendered":"<p><em>L-awtur ta&#8217; dan l-artiklu mhuwiex \u0121did g\u0127al din il-website. <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/07\/guest-post-dinja-tal-boloh\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Id\u0127lu fil-link ta&#8217; dak li kien kiteb l-ewwel darba<\/a>. Illum qed jer\u0121a&#8217; jikkummenta:<\/em><\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-8654\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/beautiful-view-on-popeye-village-in-malta.jpg\" alt=\"\" width=\"1600\" height=\"1065\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/beautiful-view-on-popeye-village-in-malta-300x200.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/beautiful-view-on-popeye-village-in-malta-406x270.jpg 406w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/beautiful-view-on-popeye-village-in-malta-768x511.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/beautiful-view-on-popeye-village-in-malta.jpg 1024w\" sizes=\"(max-width: 1600px) 100vw, 1600px\" \/><\/p>\n<p>Dalg\u0127odu stenba\u0127t bil-\u0127sieb li g\u0127al mument qasir na\u010b\u010betta l-idea li l-Prim Ministru huwa bniedem tal-affari tieg\u0127u li verament ma&#8217; kellu ebda intenzjoni li jkun kompli\u010bi fl-abbu\u017c tal-poter mill-ewwel \u0121urnata li rifes fuq l-g\u0127atba ta&#8217; Kastilja wara li kien g\u0127amel kampanja s\u0127i\u0127a msejsa fuq il-meritokrazija, it-trasparenza u l-kontabilit\u00e0.<\/p>\n<p>L-ewwel imma\u0121ni li \u0121ietni f&#8217;mo\u0127\u0127i kienet dik ta&#8217; Konrad Mizzi u ta&#8217; Keith Schembri huma u\u00a0 jin\u0127atru minn Muscat b\u0127ala Ministru responsabbli g\u0127all-offerti pubbli\u010bi kbar u b\u0127ala <em>Chief of Staff<\/em> rispettivament, dan tal-a\u0127\u0127ar l-id il-leminija jew qisu t-tieni mara tieg\u0127u.<\/p>\n<p>It-tieni imma\u0121ni hi dik ta&#8217; Brian Tonna meta, ftit jiem wara, ng\u0127ata struzzjonijiet biex jo\u0127loq tliet kumpanniji sigrieti u biex jassigura li la l-banek lokali u lanqas il-kummissarju tat-taxxi nterni jsiru jafu bihom. Muscat ma jaf xejn b&#8217;dan kollu. Hu jaf bis-sigrieti tag\u0127hom u huma jafu b&#8217;tieg\u0127u. I\u017cda dan kollu g\u0127amluh minn wara dahru g\u0127ax kienu jafu li ma kienx se jittollera din il-korruzzjoni sfa\u010b\u010bata i\u017cda \u010b-\u010bans li jinkixfu huwa wie\u0127ed remot.<\/p>\n<p>Immorru issa ftit &#8216;il quddiem fi\u017c-\u017cmien meta, dakinhar li nkixfet il-kumpannija <em>Hearnville Inc.<\/em> u r-reazzjoni tieg\u0127u fis-sens li m&#8217;hemm xejn \u0127a\u017cin li l-Ministru jkollu kumpannija fil-Panama kemm il-darba dan jiddikjaraha u li, iva, ftit \u0121ranet qabel il-Ministru b\u0127ala membru parlamentari kien urie\u0127 kopja ta&#8217; abbozz ta&#8217; dikjarazzjoni bil-lista tal-\u0121id kompri\u017ca din il-kumpannija.<\/p>\n<p>Ftit \u0121ranet wara, inkixef l-isem ta&#8217; <em>Tillgate Inc.<\/em> u meta \u0121urnalist ji\u0121bidlu l-attenzjoni li anke \u010b-<em>Chief of Staff<\/em> tieg\u0127u g\u0127andu kumpannija sigrieta, Muscat isir qisu xitan u jhedded lill-\u0121urnalist b&#8217;kaw\u017ca talli qal dan. Allura l-ewwel ig\u0127id li ma kien hemm xejn \u0127a\u017cin fl-eg\u0127mil ta&#8217; Mizzi u wara ji\u010b\u0127ad li Schembri tista&#8217; tg\u0127addilu minn rasu li jag\u0127mel xi \u0127a\u0121a simili.<\/p>\n<p>Il-bu\u017cillis jinsab fil-fatt li, wara li l-istorja tal-Panama Papers tferrxet mad-dinja kollha u wara li g\u0127adda xi \u0121ranet ja\u0127sibha dwar x&#8217;kien se jkun il-pass tieg\u0127u li jmiss, Muscat jer\u0121a&#8217; jikkontradixxi lilu nnifsu. Ine\u0127\u0127i lil Mizzi minn deputat mexxej i\u017cda ji\u0121\u0121ustifika l-eg\u0127mil ta&#8217; Schembri g\u0127ax dan &#8220;negozjant&#8221;.<span class=\"Apple-converted-space\"> Biex ikompli jg\u0127axxaqha<\/span>, Mizzi j\u017comm postu fil-kabinett b\u0127ala ministru hekk kif to\u0127ro\u0121 l-a\u0127bar li it-<em>trusts<\/em> li \u0127olqu f&#8217;New Zealand ma kienux iddikjarawhom g\u0127all-finijiet tat-taxxa. Iwa\u0127\u0127lu g\u0127al dawn in-nuqqasijiet u g\u0127all-g\u0127oti ta&#8217; pariri \u0127\u017ciena f&#8217;Brian Tonna. Imbag\u0127ad iwieg\u0127du li jag\u0127lqu l-kumpanniji tal-Panama wara li ssir <em>audit.<\/em> Madankollu Brian Tonna jibqa&#8217; fil-qu\u010b\u010bata tal-lista ta&#8217; dawk li jgawdu minn kuntratti tal-gvern. Dan ukoll tg\u0127idx kemm huwa bniedem tal-affari tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Ben\u0121luha. Mhux e\u017cattament. Kul\u0127add, inklu\u017ci nies tal-partit tieg\u0127u, jag\u0127fsu fuq Muscat biex je\u0127les minn dan il-\u0127mie\u0121. U\u0127ud jitkellmu apertment u jiktbu pubblikament. Il-kap tal-<em>FIAU<\/em> u l-kummissarju tal-pulizija jirri\u017cenjaw wara xulxin. Muscat i\u0121ib ru\u0127u b&#8217;manjiera li ma&#8217; taqbilx mal-istil li jixtieqna nemmnu li jiggverna bih. Jidde\u010biedi li jisfida lill-maltemp: il-\u0127asil tal-flus u tix\u0127im huma tollerati mill-elettorat Malti kemm il-darba r-rota ekooimika tal-pajji\u017c tkun qed iddur b&#8217;pass mg\u0127a\u0121\u0121el.<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p>Imbag\u0127ad jitfa\u010b\u010baw l-allegazzjonijiet dwar <em>Egrant.<\/em> Jg\u0127idilna li hu u martu m&#8217;g\u0127andhom xejn x&#8217;jaqsmu mag\u0127ha. Kaw\u017ci kwa\u017ci mn&#8217;alla \u0121ara li \u0121ara. G\u0127ax issa jista&#8217; joqg\u0127od jilg\u0127abha tal-vittma flimkien ma&#8217; martu hekk kif jibdew l-attakki minn na\u0127a tal-oppo\u017cizzjoni. Barra minn hekk, ma jibqg\u0127ux jiffokaw fuq l-im\u0121ieba ta&#8217; Mizzi u Schembri u fuq in-nuqqas ta&#8217; responsabbilt\u00e0 politika tieg\u0127u fil-konfront ta&#8217; din l-im\u0121ieba. Jg\u0127idulhom biex i\u017commu profil baxx. Wasal i\u017c-\u017cmien biex tissejja\u0127 elezzjoni bikrija u jqabbad lill-avukati tieg\u0127u biex iniedu inkjesta ma\u0121isterjali li r-ri\u017cultat tag\u0127ha jaf minn qabel li se ssammar lill-kriti\u010bi tieg\u0127u. Jinsab \u010bert li mhux se tinstab prova li hu g\u0127andu xi rabta ma&#8217; <em>Egrant<\/em>. Ali Sadr huwa \u0127abib intimu ta&#8217; \u0127abib intimu. Il-makna tal-istat u tal-partit tattakka bla \u0127niena lill- <em>whistleblowers<\/em> u lill-\u0121urnalisti.<\/p>\n<p>Jirba\u0127 elezzjoni bil-kbir sa\u0127ansitra qabel il-pubblikazzjoni tal-inkjesta <em>Egrant<\/em>. Mizzi u Schembri j\u017commu posthom. Ing\u0127ataw l-assoluzzjoni mill-img\u0127allem innifsu u mill-elettorat.<\/p>\n<p>Fil-frattemp tfe\u0121\u0121 l-a\u0127bar dwar l-e-mail li Karl Cini kien bg\u0127at f&#8217;Di\u010bembru 2015 dwar \u201c<em>17 Black<\/em>\u201d li minnha rri\u017culta li Mizzi u Schembri kienu ttantaw jift\u0127u kontijiet bankarji sigrieti li fihom kellhom ji\u0121u depo\u017citati mill-inqas 150,000 dollaru amerikan fix-xahar \u0121ejjin mill-A\u017cerbaj\u0121an. Muscat jibqa&#8217; sieket. Jibqa&#8217; ma jikkummentax \u0127lief biex isemmi s-saltna tad-dritt u l-inkjesti pendenti.<\/p>\n<p>Fl-a\u0127\u0127ar tixxandar ver\u017cjoni qasira \u0127afna tar-rapport dwar <em>Egrant<\/em> u re\u0121a&#8217; beda&#8217; jberraq. Il-kapitlu jing\u0127alaq. Ilkoll jg\u0127idu li \u0121ew e\u017conerati. Anke Mizzi u Schembri issa huma kunsidrati b\u0127ala r\u0121iel onesti li dak l-imherri li kien kap tal-oppo\u017cizzjoni kien ipprova j\u0127ammighom. Muscat jappella lil dan tal-a\u0127\u0127ar biex jirri\u017cenja mill-\u0127ajja pubblika talli akku\u017ca b&#8217;mod falz bil-korruzzjoni lill-gvern tieg\u0127u. \u201cErfa&#8217; r-responsabbilt\u00e0 politika,\u201d qallu.<\/p>\n<p>F&#8217;attentat biex i\u0127ares il-kredibilit\u00e0 tieg\u0127u, Adrian Delia jaqa&#8217; fin-nasba. Ma jindenjax ru\u0127u jistenna &#8211; imqar sakemm jixxuttaw id-dmug\u0127 fuq wi\u010b\u010b Joseph Muscat &#8211; biex jaqra&#8217; r-rapport s\u0127i\u0127. Fil-frattemp Michelle Muscat tg\u0127idilna li se tibqa&#8217; b&#8217;we\u0121g\u0127a f&#8217;qalbha g\u0127al \u0127ajjitha kollha ming\u0127ajr ma tg\u0127idilna li dak li se\u0127\u0127 ma kienx ise\u0127\u0127 li kieku sentejn ilu \u017cew\u0121ha dabbar l-irjus ta&#8217; Mizzi u Schembri.<\/p>\n<p>Ironikament l-a\u0127\u0127ar linja tal-ver\u017cjoni qasira tar-rapport tg\u0127id li jista&#8217; jkun hemm mitt suspett ta&#8217; korruzzjoni i\u017cda dan ma jammontax g\u0127al prova. Daqstant ie\u0127or ikun a\u0127jar jekk mitt \u0127alliel jin\u0127elsu ming\u0127ajr ma jkun \u0127aqqhom milli jkollok persuna inno\u010benti misjuba \u0127atja.<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p>Fil-qosor dan huwa e\u017catt dak li qed ise\u0127\u0127 b\u0127alissa.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>L-awtur ta&#8217; dan l-artiklu mhuwiex \u0121did g\u0127al din il-website. Id\u0127lu fil-link ta&#8217; dak li kien kiteb l-ewwel darba. Illum qed jer\u0121a&#8217; jikkummenta: Dalg\u0127odu stenba\u0127t bil-\u0127sieb li g\u0127al mument qasir na\u010b\u010betta l-idea li l-Prim Ministru huwa bniedem tal-affari tieg\u0127u li verament ma&#8217; kellu ebda intenzjoni li jkun kompli\u010bi fl-abbu\u017c tal-poter mill-ewwel \u0121urnata li rifes fuq l-g\u0127atba [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":8654,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/9122\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=9122"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/9122\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":9149,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/9122\/revisions\/9149\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/8654\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=9122"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=9122"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=9122"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}