{"id":91919,"date":"2020-06-17T08:32:59","date_gmt":"2020-06-17T06:32:59","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=91919"},"modified":"2020-06-17T11:43:16","modified_gmt":"2020-06-17T09:43:16","slug":"jekk-jeghreq-hu-jeghrqu-ohrajn-mieghu","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/06\/jekk-jeghreq-hu-jeghrqu-ohrajn-mieghu\/","title":{"rendered":"Jekk jeg\u0127req hu, jeg\u0127rqu o\u0127rajn mieg\u0127u"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"size-full wp-image-91740 aligncenter\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/cardona.jpg\" alt=\"\" width=\"587\" height=\"340\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/cardona-200x116.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/cardona-300x174.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/cardona-400x232.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/cardona.jpg 587w\" sizes=\"(max-width: 587px) 100vw, 587px\" \/><\/p>\n<p>Kien ikun ferm a\u0127jar li kieku rabba xi ftit tal-esperjenza fit-tmexxija ta&#8217; organizzazzjoni kwalunkwe qabel tg\u0127abba bil-pi\u017c tal-\u0127atra b\u0127ala prim ministru u b\u0127ala mexxej tal-Partit Laburista.<\/p>\n<p>L-im\u0121ieba tieg\u0127u fil-konfront ta&#8217; Chris Cardona qed tkun wa\u0127da dg\u0127ajjfa. Li kieku Robert Abela g\u0127amel \u017cmien b\u0127ala president ta&#8217; xi g\u0127aqda tal-kollezzjonisti tal-bolli jew ta&#8217; xi klabb tal-bo\u010b\u010bi, kien jasal biex jifhem li m&#8217;g\u0127andu qatt jag\u0127milha fatta li l-membri l-o\u0127ra tal-organizzazzjoni ser joqg\u0127odu kif hu jkun jixtieq li jqieg\u0127edhom. Setg\u0127a b\u0127al din te\u017cisti biss fil-\u0127olm. Sa\u0127ansitra anki min f&#8217;idejh ikollu poter assolut, lil dawk ta&#8217; ta\u0127tu jkollu jidlikhom bix-xema&#8217;, jxa\u0127\u0127amhom, iheddidhom u jasal g\u0127al kompromessi mag\u0127hom biex i\u0121ieg\u0127elhom joqg\u0127odu g\u0127ar-rieda tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Il-gvern ta&#8217; Robert Abela sar gvern li jmexxi skont dak li jkun jixtieq li jse\u0127\u0127. Ilu \u0121ranet s\u0127a\u0127 jipprova jserra\u0127 l-irjus &#8211; kif ukoll rasu stess &#8211;\u00a0 li Chris Cardona ser jag\u0127mel dak li l-partit tieg\u0127u jistenna minnu. U peress li l-g\u0127a\u017cla kienet li jew jirri\u017cenja minn deputat kap jew inkella jibqa&#8217; f&#8217;postu, kliem il-prim ministru kien patetiku.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/chris-cardona-to-resign-as-labour-deputy-leader-after-abelas-request.798924\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">U l-biera\u0127 filg\u0127odu Robert Abela deherlu li g\u0127andu jkomplu jag\u0127fas<\/a>: \u2018Lil Chris Cardona g\u0127idtlu li nixtiequ jitlaq u hu ser iwarrab fis-sig\u0127at li \u0121ejjin\u2019.<\/p>\n<p>Il-bo\u010b\u010ba s&#8217;issa g\u0127adha ma resqitx qrib bi\u017c\u017cejjed tal-likk. U g\u0127aldaqstant ser ikollna nie\u0127du pa\u010benzja u nistennew sakemm Robert Abela, hu u jimbotta g\u0127arqan xraba, jqarreb il-bo\u010b\u010ba vi\u010bin bi\u017c\u017cejjed.<\/p>\n<p>Robert Abela mhux biss kien ming\u0127alih li g\u0127andu s-setg\u0127a jordna lil Chris Cardona x&#8217;g\u0127andu jag\u0127mel. Jidher ukoll li l-manuvra ta&#8217; Cardona baqa&#8217; ma fehmhiex. G\u0127aliex Chris Cardona m&#8217;hu xejn \u0127lief bomba tal-\u0127in li appik tisplodi.<\/p>\n<p>G\u0127all-mument, ejjew inwarrbu fil-\u0121enb il-kummiedji li kien g\u0127amel: kien ikun xurban regolarment waqt il-\u0127in tax-xog\u0127ol, kien isiefer safriet ta&#8217; lussu im\u0127allsin mill-gvern b\u0127allikieku kien xi xejk G\u0127arbi Sawdit ta\u017c-\u017cejt, fil-konferenza tal-partit kien g\u0127amel diskors dwar daqqiet bil-mannara lill-avversarji politi\u010bi, \u0127a do\u010b\u010ba kies\u0127a f&#8217;burdell i\u017cda kellu bi\u017c\u017cejjed ener\u0121ija g\u0127al avventura sesswali bejn tlieta, u l-bqija.<\/p>\n<p>Robert Abela, g\u0127al ebda wa\u0127da minn dawn ir-ra\u0121unijiet ma jrid lil Chris Cardona jwarrab minn deputat mexxej tal-Partit Laburista. Ir-ra\u0121uni li jridu jwarrab hi li Chris Cardona huwa ta\u0127t suspett li kellu xi involviment fl-assassinju ta&#8217; Daphne Caruana Galizia. Qed inkun \u0121eneru\u017c bl-u\u017cu tal-kelma \u2018involviment\u2019 g\u0127aliex ismu qed jissemma&#8217; ta&#8217; spiss fil-qorti b&#8217;rabta mal-ippjanar, mal-finanzjament u mat-twettiq tal-assassinju.<\/p>\n<p>Veru li huwa kunsidrat inno\u010benti sakemm ma ji\u0121ix pruvat il-kuntrarju. I\u017cda l-Partit Laburista \u010bertament ma jistax ikompli bi Chris Cardona f&#8217;kariga importanti fi \u0127danu b\u0127allikieku ma \u0121ara&#8217; xejn.<\/p>\n<p>Issa jista&#8217; jag\u0127ti l-ka\u017c li, jien u nikteb, Chris Cardona jkun di\u0121\u00e0 tefa&#8217; r-ri\u017cenja tieg\u0127u. Jew inkella dan jista&#8217; jse\u0127\u0127 &#8220;fis-sig\u0127at li \u0121ejjin&#8221;. I\u017cda huwa fatt li ma&#8217; kull minuta li tg\u0127addi bi Chris Cardona fil-kariga, Robert Abela qed jidher dejjem aktar dg\u0127ajjef. Robert Abela di\u0121\u00e0 \u017cbalja meta dde\u010bieda li jinnegozja ma&#8217; Chris Cardona, bniedem li m&#8217;hu xejn \u0127lief terrorista. Ji\u0121ifieri huwa bniedem li mhux ser ja\u0127sibha darbtejn li jibda&#8217; jfajjar bil-mannara metaforika.<\/p>\n<p>Robert Abela qed jipprova jirra\u0121una ma&#8217; bniedem li m&#8217;g\u0127andux il-\u0127ila li jirra\u0121una. Bi dg\u0127jufija liema b\u0127alha, qieg\u0127ed il-karti kollha fuq il-mejda u b&#8217;hekk stieden lil Chris Cardona biex ikompli j\u010bekknu f&#8217;g\u0127ajnejn il-poplu.<\/p>\n<p>G\u0127andi nifhem li g\u0127ad jasal mument li fih Chris Cardona jkollu jwarrab. I\u017cda qed jag\u0127milha \u010bara li hu ser iwarrab meta jkun lest li jag\u0127mel dan u mhux meta jordnalu Robert Abela.<\/p>\n<p>Lil kieku l-PN ma&#8217; kienx immexxi minn persuna li, b&#8217;paragun ma&#8217; Robert Abela, huwa alternattiva fjakka, l-Partit Laburista b\u0127alissa jinsab f&#8217;nofs \u0127u\u0121\u0121ie\u0121a. L-inkwiet li hemm fi \u0127danu tarah b&#8217;g\u0127ajnejk u tmissu b&#8217;idejk. U dawn qed jitqatlu bejniethom mhux dwar min ser jil\u0127aq flok min. Qed iwa\u0127\u0127lu f&#8217;xulxin g\u0127all-korruzzjoni li twettqet tul dawn l-a\u0127\u0127ar 7 snin u g\u0127all-assassinju li se\u0127\u0127 bl-iskop li x-xmara tax-xa\u0127am tibqa&#8217; g\u0127addejja.<\/p>\n<p>Chris Cardona m&#8217;huwiex biss ji\u0121\u0121ieled biex i\u017comm is-setg\u0127a. Qed ji\u0121\u0121ieled ukoll biex ma jitlifx mill-impunit\u00e0 li gawda sal-lum.<\/p>\n<p>G\u0127aliex jekk jeg\u0127req hu, ser ikun hemm bosta o\u0127rajn &#8211; b&#8217;Robert Abela b&#8217;kollox &#8211;\u00a0 li ser jeg\u0127rqu mieg\u0127u.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Kien ikun ferm a\u0127jar li kieku rabba xi ftit tal-esperjenza fit-tmexxija ta&#8217; organizzazzjoni kwalunkwe qabel tg\u0127abba bil-pi\u017c tal-\u0127atra b\u0127ala prim ministru u b\u0127ala mexxej tal-Partit Laburista. L-im\u0121ieba tieg\u0127u fil-konfront ta&#8217; Chris Cardona qed tkun wa\u0127da dg\u0127ajjfa. Li kieku Robert Abela g\u0127amel \u017cmien b\u0127ala president ta&#8217; xi g\u0127aqda tal-kollezzjonisti tal-bolli jew ta&#8217; xi klabb tal-bo\u010b\u010bi, kien [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":91741,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/91919\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=91919"}],"version-history":[{"count":3,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/91919\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":91926,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/91919\/revisions\/91926\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/91741\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=91919"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=91919"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=91919"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}