{"id":9207,"date":"2018-07-27T10:13:06","date_gmt":"2018-07-27T08:13:06","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=9207"},"modified":"2018-07-29T20:59:24","modified_gmt":"2018-07-29T18:59:24","slug":"taghlimiet-minsija","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/07\/taghlimiet-minsija\/","title":{"rendered":"Tag\u0127limiet minsija"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter wp-image-9195 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/27979.jpg\" alt=\"\" width=\"628\" height=\"378\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/27979-300x181.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/27979-449x270.jpg 449w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/27979.jpg 628w\" sizes=\"(max-width: 628px) 100vw, 628px\" \/><\/p>\n<p>Sitt ijiem wara li \u0121iet assassinata Daphne Caruana Galizia meta eluf ta&#8217; nies kienu da\u0127lu l-Belt Valletta biex jiddimostraw, g\u0127adda minn mo\u0127\u0127 \u0127afna minnhom dan il-\u0127sieb. \u2018Nixtieq ma \u0127allejthiex we\u0127idha. Nixtieq li emmintha meta kont qed na\u0127seb li qed tesa\u0121era. Issa li qatluha b&#8217;dan il-mod, naf li ma setg\u0127etx kienet qeg\u0127da tesa\u0121era. Nittama li xog\u0127olha ma jiqafx hawn u jitkompla minn \u0127addie\u0127or. X&#8217;aktarx kienet taf x&#8217;kien hemm lest g\u0127aliha u kompliet g\u0127addejja minkejja kollox.\u2019<\/p>\n<p>U\u0127ud minn dawk l-eluf \u0127asbu li kienu qeg\u0127din jitg\u0127allmu lezzjoni g\u0127all-\u0127ajja. \u0126asbu li issa setg\u0127u jaraw \u010bar biex b&#8217;hekk ikunu jistg\u0127u jg\u0127elbu t-tatti\u010bi divi\u017civi tal-gvern. \u0126assew b\u0127allikieku t-tajn li kien qed ig\u0127attilhom lil g\u0127ajnejhom issa tnaddaf u setg\u0127u jaraw \u010bar ir-rabtiet li hemm bejn il-politika u l-kriminalit\u00e0.<\/p>\n<p>Madankollu malajr re\u0121g\u0127u marru lura g\u0127al li kienu, bdew jirrepetu il-litaniji ta&#8217; \u0127addie\u0127or dwar &#8220;provi&#8221; u g\u0127a\u017clu li jistennew li jinteba\u0127 \u0127addie\u0127or qabel jammettu dik li fil-fatt dejjem kienet realt\u00e0.<\/p>\n<p>U issa, inqas minn sena wara, g\u0127adda \u017cmien bi\u017c\u017cejjed biex jintnesew it-tag\u0127limiet.<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p>A\u0127sbu ftit. Dalg\u0127odu t-<em>Times of Malta<\/em> qalet li g\u0127alkemm l-inkjesta <em>Egrant<\/em> e\u017conerat lil Joseph u Michelle Muscat, je\u017cistu ra\u0121unijiet g\u0127at-te\u0127id ta&#8217; azzjoni kriminali kontra &#8220;o\u0127rajn&#8221;. Hekk hu. L-inkjesta tikkonferma li l-kumpanniji ta&#8217; Keith Schembri u ta&#8217; Konrad Mizzi kienu in\u0127olqu flimkien mal-<em>Egrant<\/em>. U tikkonferma wkoll li Karl Cini g\u0127amel kuntatt ma&#8217; banek madwar id-dinja biex jifta\u0127 kontijiet bankarji g\u0127alihom u dwar kif raw kif g\u0127amlu biex ig\u0127attu kollox. Madankollu t-<em>Times of Malta<\/em> ma qalitx li aktarx se jittie\u0127du passi kontrihom.<\/p>\n<p>A\u0127sbu ftit ie\u0127or. Ma\u0121istrat jo\u0127ro\u0121 rapport ta&#8217; nkjesta u, kif inhu dmiru, jg\u0127addih lill-avukat \u0121enerali. X&#8217;jag\u0127mel imbag\u0127ad l-avukat \u0121enerali? Jg\u0127addih lill-persuna li dwar l-eg\u0127mil tag\u0127ha saret l-inkjesta u jirrifjuta li jg\u0127addih lil \u0127addie\u0127or. It-<em>Times of Malta<\/em> issa qed tg\u0127idlina li dak li saret l-inkjesta dwaru qed ilesti biex ixandar ir-rapport b&#8217;partijiet minnu \u010b\u010bensurati.<\/p>\n<p>F&#8217;liema parti tad-dinja issib li min ikun g\u0127adda nkjesta min\u0127abba eg\u0127milu jispi\u010b\u010ba jidde\u010biedi hu x&#8217;jixxandar u x&#8217;ji\u0121i \u010bensurat? Kif nistg\u0127u nibqg\u0127u rasna mistrie\u0127a fuq dan? Ftakru li dawn in-nies lanqas biss stajna nafdawhom b&#8217;\u010bensura ta&#8217; partijiet minn kuntratt dwar l-ener\u0121ija. Meta mbag\u0127ad ixxandret il-ver\u017cjoni s\u0127i\u0127a tal-kuntratt baxx baxx, sirna nafu &#8211; kif konna bsarna &#8211; li kienu \u010b\u010bensuraw il-korruzzjoni u l-frott qares tag\u0127ha.<\/p>\n<p>Issa l-prim minstru qed i\u0127ejji biex jivvendika ru\u0127u u l-intimidazzjoni saret parti mill-politika uffi\u010bjali tal-gvern.<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p>Imbag\u0127ad tisma&#8217; lil min ig\u0127id li din hi \u0127a\u0121a li tistenniha. Wara kollox, kienu \u2018we\u0121\u0121g\u0127u is-sentimenti ta&#8217; uliedu g\u0127al g\u0127omorhom\u2019. Dan fil-fatt m&#8217;huwiex korrett g\u0127ax kien Joseph Muscat stess li we\u0121\u0121a&#8217; s-sentimenti ta&#8217; uliedu g\u0127al g\u0127omorhom. \u0126add daqsu ma tana x&#8217;nifhmu li hu sid l-<em>Egrant<\/em>. Konna sirna nafu b&#8217;din il-kumpannija, flimkien ma&#8217; dawk ta&#8217; Konrad Mizzi u ta&#8217; Keith Schembri, minn sena qabel ma bdew l-allegazzjonijiet li hu sidha. Li kieku dak i\u017c-\u017cmien dabbrilhom rashom, kif stennew bosta, \u0127add ma kien jitlag\u0127lu suspett f&#8217;mo\u0127\u0127u li kien hemm xi rabta.<\/p>\n<p>Minflok, tahom il-kenn u g\u0127adu jag\u0127tihom il-kenn sal-lum.<\/p>\n<p>Il-prim ministru g\u0127andu ra\u0121un i\u0127ossu b&#8217;sa\u0127\u0127tu \u0127afna b\u0127alissa. M&#8217;g\u0127adux jemmen li s-setg\u0127a f&#8217;demokrazija hi mislufa u dan dment li tintu\u017ca biex isir dak li hu sewwa. Jista&#8217; jkun ukoll li qatt ma \u0127abbel rasu dwar dawn il-pettegolezzi.<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p>Is-setg\u0127a li g\u0127andu m&#8217;hix \u0121ejja mir-ri\u017cultat tal-inkjesta tal-ma\u0121istrat jew mill-interpretazzjoni li qed jag\u0127tiha. Is-setg\u0127a tieg\u0127u \u0121ejja mill-fatt li g\u0127ad hemm bosta li, g\u0127ax ja\u0127sbu li dan kollu ma jikkon\u010bernahomx, jippreferu joqg\u0127odu gallarija u jsegwu l-ispettaklu mill-bog\u0127od.<\/p>\n<p>Bosta huma t-tfal li se jwe\u0121\u0121g\u0127u min\u0127abba din il-kwistjoni. Il-\u0121enerazzjonijiet li telg\u0127in g\u0127ad jinteb\u0127u li l-istorja tal-<em>Egrant<\/em> kienet biss sku\u017ca, b\u0127al meta ng\u0127ata n-nar lir-<em>Reichstag<\/em>, biex jinfet\u0127u l-bibien bera\u0127 g\u0127al oppressjoni li l-pajji\u017c g\u0127adu qatt ma ra.<\/p>\n<p>Forsi mhux se jkun me\u0127tie\u0121 li xi w\u0127ud jitilfu \u0127ajjithom b\u0127al Daphne Caruana Galizia. I\u017cda dawk li lesti jiffa\u010b\u010bjaw il-maltemp se j\u0127ossu s-solitudni u l-bi\u017ca&#8217; li kienet t\u0127oss hi.<\/p>\n<p>G\u0127aliex, wara kollox, l-eroj m&#8217;humiex allat.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Sitt ijiem wara li \u0121iet assassinata Daphne Caruana Galizia meta eluf ta&#8217; nies kienu da\u0127lu l-Belt Valletta biex jiddimostraw, g\u0127adda minn mo\u0127\u0127 \u0127afna minnhom dan il-\u0127sieb. \u2018Nixtieq ma \u0127allejthiex we\u0127idha. Nixtieq li emmintha meta kont qed na\u0127seb li qed tesa\u0121era. Issa li qatluha b&#8217;dan il-mod, naf li ma setg\u0127etx kienet qeg\u0127da tesa\u0121era. Nittama li xog\u0127olha [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":9195,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/9207\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=9207"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/9207\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":9220,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/9207\/revisions\/9220\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/9195\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=9207"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=9207"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=9207"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}