{"id":92382,"date":"2020-06-24T14:35:05","date_gmt":"2020-06-24T12:35:05","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=92382"},"modified":"2020-06-24T15:51:26","modified_gmt":"2020-06-24T13:51:26","slug":"xhemm-aktar-li-keith-schembri-gideb-dwaru","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/06\/xhemm-aktar-li-keith-schembri-gideb-dwaru\/","title":{"rendered":"X&#8217;hemm aktar li Keith Schembri gideb dwaru?"},"content":{"rendered":"<p>Bosta minna jistg\u0127u jiftakru b&#8217;mi\u017cura ta&#8217; \u010bertezza fejn kienu hekk kif semg\u0127u li kienet inqatlet Daphne Caruana Galizia. Jiftakru dwar kif saru jafu, ma&#8217; min kienu u x&#8217;kienu g\u0127amlu dak il-\u0127in.<\/p>\n<p>Bosta minna kienu \u0121ew profondament milqutin meta semg\u0127u bl-a\u0127bar. Wie\u0127ed g\u0127andu jistenna li Keith Schembri kien milqut ukoll u li g\u0127andu memorja \u010bara ta&#8217; dak il-mument drammatiku. U wie\u0127ed g\u0127andu jistenna jiftakar \u010bar il-memorja ta&#8217; dakinhar jekk g\u0127andu jixhed fil-qorti \u0121aladarba l-uffi\u010bjal tal-prosekuzzjoni kien g\u0127adu kemm stqarr li Keith Schembri qed ji\u0121i kunsidrat b\u0127ala persuna ta&#8217; interess fid-delitt.<\/p>\n<p><img class=\"size-medium wp-image-92374 aligncenter\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/Screenshot-2019-11-27-at-16.13.06-265x300.png\" alt=\"\" width=\"265\" height=\"300\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/Screenshot-2019-11-27-at-16.13.06-200x227.png 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/Screenshot-2019-11-27-at-16.13.06-265x300.png 265w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/Screenshot-2019-11-27-at-16.13.06-400x454.png 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/Screenshot-2019-11-27-at-16.13.06.png 508w\" sizes=\"(max-width: 265px) 100vw, 265px\" \/><\/p>\n<p>Fil-Qorti, Keith Schembri xehed li dakinhar li kienu \u0121ew infurmati mill-kbir tal-isptar li kienet splodiet bomba f&#8217;Burmarrad, huwa kien fl-uffi\u010bju l-Belt Valletta flimkien ma&#8217; Joseph Muscat. Keith Schembri spjega li Joseph Muscat t\u0127asseb g\u0127aliex f&#8217;Burmarrad missieru g\u0127andu ma\u0127\u017cen fejn ja\u0127\u017cen in-nar tal-festi. Xehed li ra lill-prim ministru j\u010bempel lil missieru Hbiex jara li ma kien \u0121ralu xejn. U mbag\u0127ad xehed li bdew jir\u010bievu informazzjoni li l-bomba kienet splodiet fil-Bidnija.<\/p>\n<p>Xehed li immedjatmanet huwa \u010bempel lix-<em>charg\u00e9 d\u2019affaires<\/em> Amerikan u talbu g\u0127all-g\u0127ajnuna fl-investigazzjoni.\u00a0 I\u017cda <a href=\"https:\/\/lovinmalta.com\/news\/keith-schembri-absolutely-did-not-coordinate-fbi-involvement-into-daphne-caruana-galizia-investigation-lawrence-cutajar-says\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">l-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar qal li mhux minnu li Keith Schembri kien g\u0127amel dan, li jfisser li di\u0121a hemm xi \u0127add li qed ig\u0127id li Keith Schembri qed jigdeb.<\/a><\/p>\n<p>Sa dalg\u0127odu, quddiem l-inkjesta indipendenti dwar il-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia, smajna li te\u017cisti prova fil-forma ta&#8217; filmat li fil-\u0127in tal-isplu\u017cjoni Joseph Muscat ma kienx jinsab fil-Belt Valletta. Kien qed i\u017cur kumpannija tas-<em>software<\/em> band&#8217;o\u0127ra. U Keith Schembri ma kienx mieg\u0127u. F&#8217;dan il-filmat jidher il-\u0127in li fih kien in\u0121ibed u hu prove li Joseph Muscat kien fl-uffi\u010bju ta&#8217; din il-kumpannija fil-\u0127in jew ftit minuti wara li se\u0127\u0127et l-isplu\u017cjoni.<\/p>\n<p>G\u0127aldaqstant dak li stqarr Keith Schembri ma jistax ikun minnu.<\/p>\n<div style=\"width: 688px;\" class=\"wp-video\"><!--[if lt IE 9]><script>document.createElement('video');<\/script><![endif]-->\n<video class=\"wp-video-shortcode\" id=\"video-92382-1\" width=\"688\" height=\"464\" preload=\"metadata\" controls=\"controls\"><source type=\"video\/mp4\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/WhatsApp-Video-2020-06-24-at-13.26.55.mp4?_=1\" \/><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/WhatsApp-Video-2020-06-24-at-13.26.55.mp4\">https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/WhatsApp-Video-2020-06-24-at-13.26.55.mp4<\/a><\/video><\/div>\n<p>Din l-istorja vvintaha biex b\u0127al spe\u010bi jipprova jbellag\u0127ha dwar kemm kien ixxukkjat meta sema&#8217; bl-a\u0127bar dwar l-isplu\u017cjoni u li l-ewwel \u0127a\u0121a li kien g\u0127amel kienet li jsejja\u0127 g\u0127all-g\u0127ajnuna ming\u0127and l-FBI.<\/p>\n<p>\u0120aladarba gideb dwar dan, fuqhiex gideb aktar?<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Bosta minna jistg\u0127u jiftakru b&#8217;mi\u017cura ta&#8217; \u010bertezza fejn kienu hekk kif semg\u0127u li kienet inqatlet Daphne Caruana Galizia. Jiftakru dwar kif saru jafu, ma&#8217; min kienu u x&#8217;kienu g\u0127amlu dak il-\u0127in. Bosta minna kienu \u0121ew profondament milqutin meta semg\u0127u bl-a\u0127bar. Wie\u0127ed g\u0127andu jistenna li Keith Schembri kien milqut ukoll u li g\u0127andu memorja \u010bara ta&#8217; [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":92375,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/92382\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=92382"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/92382\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":92395,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/92382\/revisions\/92395\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/92375\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=92382"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=92382"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=92382"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}