{"id":92425,"date":"2020-06-25T09:03:04","date_gmt":"2020-06-25T07:03:04","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=92425"},"modified":"2020-06-25T21:18:40","modified_gmt":"2020-06-25T19:18:40","slug":"iddisprat-biex-isalva-l-gilda-tieghu","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/06\/iddisprat-biex-isalva-l-gilda-tieghu\/","title":{"rendered":"Iddisprat biex isalva \u0121ildu"},"content":{"rendered":"<p>Mexxejja ta&#8217; partit politiku ta&#8217; sikwit ikollhom is-sa\u0127\u0127a li jmexxu lis-segwa\u010bi tal-partit tag\u0127hom mit-triq li jkunu jridu jg\u0127adduhom. E\u017catt kif isir mat-tfal. I\u017cda meta dawn il-mexxejja jippruvaw imexxu lis-segwa\u010bi minn toroq opposti, dawn x&#8217;aktarx jiddi\u017corjentaw ru\u0127\u0127om u malajr jibda&#8217; jfe\u0121\u0121 it-tgergir.<\/p>\n<p><img class=\"size-full wp-image-92401 aligncenter\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/file-8.jpg\" alt=\"\" width=\"709\" height=\"472\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/file-8-200x133.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/file-8-300x200.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/file-8-400x266.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/file-8-600x399.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/file-8.jpg 709w\" sizes=\"(max-width: 709px) 100vw, 709px\" \/><\/p>\n<p>Xi drabi niftakar f&#8217;dak li kien se\u0127\u0127 f&#8217;nhar Jum il-\u0126addiem tal-2018, ji\u0121ifieri madwar sitt xhur wara l-qtil ta&#8217; Daphne. Ftit \u0121img\u0127at qabel, <em>The Daphne Project<\/em> kien beda&#8217; jxandar stejjer investigattivi u l-istampa dinjija bdiet i\u017c\u017cid il-pressjoni tag\u0127ha fuq Malta. Kienu xxandru stejjer investigattivi dwar il-kuntrabandu ta\u017c-\u017cejt mil-Libja u dwar il-\u0127akma tal-mafja fuq il-qasam tal-<em>gaming<\/em> f&#8217;Malta, u bosta kienu dawk li \u0127asbu li dawn l-stejjer setg\u0127u kienu l-motiv wara l-assassinju ta&#8217; Daphne sitt xhur qabel.<\/p>\n<p>U aktar tard ixxandru l-istejjer dwar il-weg\u0127diet ta&#8217; <em>17 Black<\/em> lill-kumpanniji tal-Panama ta&#8217; Schembri u ta&#8217; Mizzi u dwar ir-rabtiet bejn Chris Cardona ma&#8217; wie\u0127ed mill-allegati assassini.<\/p>\n<p>I\u017cda dak i\u017c-\u017cmien il-partitarji tal-Labour kienu g\u0127adhom jemmnu lill-idoli politi\u010bi tag\u0127hom u li dawn l-istejjer kienu biss gideb ivvintati minn Nazzjonalisti. U l-\u0121emg\u0127a Laburista li n\u0121abret f&#8217;Jum il-\u0126addiem riedet tag\u0127ti risposta lil <em>The Daphne Project<\/em> bl-ilbies ta&#8217; xalpi u lbies ie\u0127or bil-kliem <em>#josephmuscatproject<\/em> bil-g\u0127an li jg\u0127addu bi\u017c-\u017cmien lill-investigazzjonijiet \u0121urnalisti\u010bi li kienu bellg\u0127uhielhom li huma kontrollati minn David Casa u Simon Busuttil.<\/p>\n<p><img class=\"size-full wp-image-92405 aligncenter\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/joseph_muscat_project.jpg\" alt=\"\" width=\"684\" height=\"456\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/joseph_muscat_project-200x133.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/joseph_muscat_project-300x200.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/joseph_muscat_project-400x267.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/joseph_muscat_project-600x400.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/joseph_muscat_project.jpg 684w\" sizes=\"(max-width: 684px) 100vw, 684px\" \/><\/p>\n<p>Il-partitarji tal-Labour baqg\u0127u jappo\u0121\u0121jaw lill-idoli tag\u0127hom, xemx jew xita. <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2020\/06\/flash-back-to-february-2016\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Il-biera\u0127 xandart filmat ta&#8217; konferenza stampa li kien g\u0127amel Konrad Mizzi dakinhar li n\u0127atar b\u0127ala deputat mexxej tal-Partit Laburista, ftit jiem wara li konna sirna nafu li hu sid ta&#8217; kumpannija fil-Panama.\u00a0<\/a><\/p>\n<p>Dan kien g\u0127adu biss il-bidu u sal-elezzjoni \u0121enerali ta&#8217; \u0120unju 2017, filwaqt li \u0127afna aktar kien inkixef dwar il-korruzzjoni li \u0127akmet lill-Partit Laburista, tal-Labour xorta wa\u0127da baqg\u0127u jikkonsolidaw l-appo\u0121\u0121 fost il-votanti.<\/p>\n<p>Jumejn ilu, l-e\u017cekuttiv tal-Partit Laburista sa fl-a\u0127\u0127ar \u0127alla l-kuxjenza tmexxih u \u0127eles minn Konrad Mizzi. I\u017cda x&#8217;aktarx il-membri tal-e\u017cekuttiv ma skantaw xejn hekk kif bdew jir\u010bievu telefonati u messa\u0121\u0121i fuq il-media so\u010bjali ming\u0127and partitarji Laburisti rrabjati u ma\u0127sudin b&#8217;din id-de\u010bi\u017cjoni.<\/p>\n<p>G\u0127al snin twal, lis-segwa\u010bi tal-Labour kienu bellg\u0127uhielhom li Daphne Caruana Galizia kienet giddieba. U g\u0127al sentejn u nofs s\u0127a\u0127, bellg\u0127uhielhom ukoll li dawk li qed jo\u0127or\u0121u fit-toroq biex jipprotestaw u jsejj\u0127u biex issir \u0121ustizzja kienu biss Nazzjonalisti g\u0127atxana g\u0127as-setg\u0127a. Robert Abela sa\u0127ansitra kien qalilhom li ulied Daphne tant jobg\u0127odu lil Malta li mhux veru jridu jikxfu lil min qatel lil ommhom.<\/p>\n<p>Qalulhom li ulied Daphne kellhom sehem fil-konfoffa li qatlet lil ommhom. U dan il-qerq inxtered minn \u0127add \u0127lief uffi\u010bjali g\u0127oljin fl-uffi\u010b\u010bju tal-prim ministru, kandidati u politi\u010bi anzjani.<\/p>\n<p>G\u0127aldaqstant ma tlumx lill-partitarji lejali tal-Labour li ma setg\u0127ux i\u0121err\u0127u jaraw lil Konrad Mizzi jitwarrab u din l-azzjoni fehmuha b\u0127ala \u010bediment g\u0127all-pressjoni ta&#8217; dawk li qed jipprotestaw fit-toroq, li f&#8217;g\u0127ajnejhom m&#8217;humiex \u0127lief giddibin, tradituri, g\u0127edewwa tal-Partit Laburista u &#8211; ag\u0127ar minn hekk &#8211; Nazzjonalisti.<\/p>\n<p><img class=\"size-full wp-image-92407 aligncenter\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/WhatsApp-Image-2020-06-24-at-18.51.36.jpeg\" alt=\"\" width=\"640\" height=\"1136\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/WhatsApp-Image-2020-06-24-at-18.51.36-169x300.jpeg 169w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/WhatsApp-Image-2020-06-24-at-18.51.36-200x355.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/WhatsApp-Image-2020-06-24-at-18.51.36-400x710.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/WhatsApp-Image-2020-06-24-at-18.51.36.jpeg 577w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/WhatsApp-Image-2020-06-24-at-18.51.36-600x1065.jpeg 600w\" sizes=\"(max-width: 640px) 100vw, 640px\" \/><\/p>\n<p><img class=\"size-full wp-image-92411 aligncenter\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/WhatsApp-Image-2020-06-23-at-19.11.12.jpeg\" alt=\"\" width=\"916\" height=\"166\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/WhatsApp-Image-2020-06-23-at-19.11.12-200x36.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/WhatsApp-Image-2020-06-23-at-19.11.12-300x54.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/WhatsApp-Image-2020-06-23-at-19.11.12-400x72.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/WhatsApp-Image-2020-06-23-at-19.11.12-600x109.jpeg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/WhatsApp-Image-2020-06-23-at-19.11.12-768x139.jpeg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/WhatsApp-Image-2020-06-23-at-19.11.12-800x145.jpeg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/WhatsApp-Image-2020-06-23-at-19.11.12.jpeg 916w\" sizes=\"(max-width: 916px) 100vw, 916px\" \/><\/p>\n<p><img class=\"size-full wp-image-92413 aligncenter\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/WhatsApp-Image-2020-06-24-at-12.47.58.jpeg\" alt=\"\" width=\"694\" height=\"606\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/WhatsApp-Image-2020-06-24-at-12.47.58-200x175.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/WhatsApp-Image-2020-06-24-at-12.47.58-300x262.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/WhatsApp-Image-2020-06-24-at-12.47.58-400x349.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/WhatsApp-Image-2020-06-24-at-12.47.58-600x524.jpeg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/WhatsApp-Image-2020-06-24-at-12.47.58.jpeg 694w\" sizes=\"(max-width: 694px) 100vw, 694px\" \/><\/p>\n<p>Din il-lealt\u00e0 g\u0127amja tal-partitarji qed ti\u0121i sfruttata mill-\u0127allelin. B\u0127alissa qed ji\u0121u f&#8217;mo\u0127\u0127i l-u\u010buh inkwetati ta&#8217; numru ta&#8217; membri tal-korp tal-pulizija li, f&#8217;Di\u010bembru li g\u0127adda, kellhom jipprote\u0121u lil dawk li kienu qed jipprotestaw fil-Belt Valletta hekk kif eluf ta&#8217; partitarji n\u0121emg\u0127u quddiem il-kwartier Laburista fil-\u0126amrun biex juru r-rabja tag\u0127hom g\u0127all-&#8220;ardir&#8221; ta&#8217; dawn in-&#8220;Nazzjonalisti&#8221;.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/video.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2FIllumMediaToday%2Fvideos%2F2638958039661362%2F&amp;show_text=0&amp;width=560\" width=\"560\" height=\"315\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\" allowfullscreen=\"allowfullscreen\" data-mce-fragment=\"1\"><\/iframe><\/p>\n<p>Dawn kienu \u0121ew imxewxa minn persuni b\u0127al Alfred Sant, Tony Zarb u \u0127afna o\u0127rajn li kienu qed jag\u0127mlu sej\u0127iet biex isiru konfrontazzjonijiet fit-toroq biex ji\u0121u intimidati dawk li kienu qed jipprotestaw u biex dawn ji\u0121u mfakkra l-ma\u0121\u0121oranza fuq liema na\u0127a tinsab.<\/p>\n<p>Wara li tke\u010b\u010ba minn ministru, <a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/labour-supporters-rally-for-joseph-muscat.754402\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Konrad Mizzi \u017car il-mi\u0121emg\u0127a fil-\u0126amrun fost \u0127afna bews u tg\u0127anniq.<\/a> F&#8217;g\u0127ajnejn il-partitarji, Konrad Mizzi kien idolu, vittma u eroj ie\u0127or Laburista b\u0127al &#8220;vittmi&#8221; o\u0127rajn li \u0121ew qablu.<\/p>\n<p>Qed insemmi dan kollu g\u0127aliex, bil-g\u0127an li jibqa&#8217; jimra\u0127 fil-wi\u010b\u010b, x&#8217;aktarx li Joseph Muscat qed jag\u0127mel xi \u0127a\u0121a simili. Ta&#8217; sikwit insemmi l-mod dwar kif Joseph Muscat \u0127ataf\u00a0 u \u0127akem lill-istituzzjonijiet. Dwar kif \u0127akem lis-servizz \u010bivili, il-Parlament, lill-Pulizija, lill-Prosekutur, lill-\u0121udikatura, lill-awtorit\u00e0 tal-ippjanar, lill-mezzi tax-xandir, u lill-armata biex \u017cgur ma jkun hemm \u0127add li jkun jista&#8217; jfixklu.<\/p>\n<p>I\u017cda l-verit\u00e0 hi li l-ewwel istituzzjoni li \u0127ataf kien il-Partit Laburista stess. U jidher li g\u0127adu ggranfat mal-partit sal-lum. Hekk kif l-influwenza tieg\u0127u fuq l-istituzzjonijiet tkompli tonqos &#8211; inklu\u017c fuq il-gvern li g\u0127ad ji\u0121ih il-kura\u0121\u0121 li j\u017comm &#8216;il bog\u0127od minnu (min jaf? &#8211; imma hekk spi\u010b\u010ba \u0121ara&#8217; Chris Cardona u Konrad Mizzi) &#8211; l-appo\u0121\u0121 li g\u0127andu mal-g\u0127eruq fil-partit m&#8217;hux ser jisfa&#8217; fix-xejn mil-lum g\u0127al-g\u0127ada.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/watch-muscat-denies-briefing-fenech-on-2017-election-date.800781\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Il-biera\u0127 tkellem fil-Parlament<\/a>, b&#8217;espressjoni ta&#8217; rabja fuq wi\u010b\u010bu li fakkritni fl-okka\u017cjoni meta f&#8217;Ottubru 2018 kien hedded lil Simon Busuttil li je\u017ciljah. Bid-diskors li g\u0127amel il-biera\u0127 mhux biss ried ibellag\u0127ha li hu inno\u010benti i\u017cda ried ukoll jer\u0121a&#8217; ju\u017ca l-istess tattika li g\u0127amel u\u017cu minnha f&#8217;nhar Jum il-\u0126addiem tal-2018. Jigifieri li jipprova jbellag\u0127ha li l-fatti li qed jinkixfu dwar ir-rwol tieg\u0127u fil-korruzzjoni li assassinat lil Daphne, il-konfoffa kriminali biex jit\u0127arsu l-assassini tag\u0127ha u issa, l-indikazzjonijiet \u010bari li seta&#8217; kien jaf bl-assassinju tag\u0127ha qabel dan se\u0127\u0127, huma lkoll gideb ivvintati min-Nazzjonalisti.<\/p>\n<p>Diskors b\u0127al dan lill-partitarji Laburisti jin\u017clilhom g\u0127asel. Mhux li l-mexxejja tag\u0127hom kienu appo\u0121\u0121jati mill-\u0127allelin u mill-qattiela. I\u017cda li huma vittmi tal-oppo\u017cizzjoni, tal-imxajtan Jason Azzopardi u tat-tradituri rg\u0127iba fi \u0127dan il-partit oppost.<\/p>\n<p>Joseph Muscat m&#8217;huwiex ifittex li jibqa&#8217; politiakment fil-wi\u010b\u010b. Qed jipprova jsalva l-\u0121ilda tieg\u0127u u bi \u0127siebu jag\u0127mel u\u017cu mill-mezzi kollha possibli biex jibqa&#8217; jimra\u0127 fil-wi\u010b\u010b. L-appo\u0121\u0121 popolari li g\u0127andu li wa\u0127da mill-a\u0127\u0127ar karti li g\u0127andu f&#8217;idejh u mhux ser ja\u0127sibha darbtejn li jilg\u0127abha.<\/p>\n<p>Din l-im\u0121ieba tista&#8217; titqabbel mal-po\u017cizzjoni ta&#8217; Adrian Delia li qed jisfida s-sej\u0127iet li qed jag\u0127mlulu s\u0127abu biex iwarrab mit-tmexxija tal-PN: dan jaf li l-partitarji tieg\u0127u ser jibqg\u0127u jappo\u0121\u0121jawh jag\u0127mel x&#8217;jag\u0127mel.<\/p>\n<p>Joseph Muscat jkollu jerfa&#8217; responsabbilt\u00e0 kbira jekk jintilef il-kontroll. Dan jaf li s-segwa\u010bi tieg\u0127u m&#8217;humiex ser jabbandunawh kif \u0121ieb u la\u0127aq.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Mexxejja ta&#8217; partit politiku ta&#8217; sikwit ikollhom is-sa\u0127\u0127a li jmexxu lis-segwa\u010bi tal-partit tag\u0127hom mit-triq li jkunu jridu jg\u0127adduhom. E\u017catt kif isir mat-tfal. I\u017cda meta dawn il-mexxejja jippruvaw imexxu lis-segwa\u010bi minn toroq opposti, dawn x&#8217;aktarx jiddi\u017corjentaw ru\u0127\u0127om u malajr jibda&#8217; jfe\u0121\u0121 it-tgergir. Xi drabi niftakar f&#8217;dak li kien se\u0127\u0127 f&#8217;nhar Jum il-\u0126addiem tal-2018, ji\u0121ifieri madwar sitt [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":92402,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/92425\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=92425"}],"version-history":[{"count":4,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/92425\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":92468,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/92425\/revisions\/92468\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/92402\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=92425"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=92425"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=92425"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}