{"id":9243,"date":"2018-07-29T17:10:18","date_gmt":"2018-07-29T15:10:18","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=9243"},"modified":"2018-08-01T10:11:44","modified_gmt":"2018-08-01T08:11:44","slug":"tpattija","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/07\/tpattija\/","title":{"rendered":"Tpattija"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-9216\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/file-1.aspx_-1.jpeg\" alt=\"\" width=\"630\" height=\"340\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/file-1.aspx_-1-300x162.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/file-1.aspx_-1-500x270.jpeg 500w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/07\/file-1.aspx_-1.jpeg 630w\" sizes=\"(max-width: 630px) 100vw, 630px\" \/><\/p>\n<p>Wasalna g\u0127all-kapitlu tan-nofs.<\/p>\n<p>Dawk kollha li jirrispettaw il-prin\u010bipji tas-sewwa u li \u0127ar\u0121u g\u0127onqhom biex jirre\u017cistu lil Joseph Muscat u lill-qaddejja tieg\u0127u b\u0127alissa qieg\u0127din ig\u0127ixu ta\u0127t s\u0127aba sewda.<\/p>\n<p>U n-numru ta&#8217; dawn il-qaddejja huwa mdaqqas. Aktar milli wie\u0127ed jasal biex jimma\u0121ina.<\/p>\n<p>Ibda&#8217; b&#8217;Michelle Muscat li, bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; stqarrijiet uffi\u010bjali tal-gvern u ta&#8217; intervisti kontrollati, ng\u0127aqdet mal-bqija tad-dinja f&#8217;lamentazzjoni tad-destin kiefer tag\u0127ha. Donnha li g\u0127adha kemm skopriet li mhux kul\u0127add g\u0127andu grazzja ma&#8217; \u017cew\u0121ha l-prim ministru.<\/p>\n<p>Mhux bi \u0127siebni noqg\u0127od nikkummenta dwar l-intervista li din tat lill-<em>Malta Today<\/em>. Dak li \u0121ie rappurtat jitkellem wa\u0127du u jwassal stampa ta&#8217; mara mog\u0127nija b&#8217;megalomaniji u fissazzjonjiet liema b\u0127alhom li kwa\u017ci jgieg\u0127luk tist\u0127i minflokha.<\/p>\n<p>Din qalet li meta mietet Daphne Caruana Galizia kien iddispja\u010biha aktar milli kien iddispja\u010bihom uliedha. F&#8217;mo\u0127\u0127ha rra\u0121unat li l-mewt ta&#8217; Daphne \u010ba\u0127ditha minn vendetta u tkellmet qisha John Dalli, li kien qal li g\u0127andu ndiema li ma kien qatilha hu qabel \u0127addie\u0127or \u0121ietu l-idea li joqtolha.<\/p>\n<p>\u010aanfret ukoll il-mexxejja tal-iskola fejn jattendu wliedha talli, skont hi, dawn ma \u0127arsuhomx bi\u017c\u017cejjed.<\/p>\n<p>Tabil\u0127aqq kif setg\u0127u j\u0127arsuhom? Billi jirrappurtawhom lill-pulizija &#8211; kif kien dmirhom &#8211; kull darba li kien jfallu l-iskola biex ikun jistg\u0127u jiltaqg\u0127u ma&#8217; xi ras kbira band&#8217;o\u0127ra? Billi jinsistu li ommhom ma tibqax tid\u0127ol fl-iskola b&#8217;\u0127afna arja ta&#8217; &#8220;arani u la tmissnix&#8221; akkumpanjata mill-a\u0121enti tas-sigurt\u00e0?<\/p>\n<p>Imbag\u0127ad l-g\u0127aref l-ie\u0127or Saviour Balzan li kiteb dwar l-Egrant b&#8217;arja ta&#8217; trijonfali\u017cmu. Ma&#8217; dan ukoll, inqas ma jing\u0127ad a\u0127jar. L-eg\u0127mil tieg\u0127u jixhed il-karattru li g\u0127andu.<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p>Dan kien \u0121ie redikolat meta l-famu\u017c skandlu ta\u017c-\u017cejt sfuma fix-xejn. Ta&#8217; min ifakkar li kien hu li talab lil Joseph Muscat jirri\u017cenja meta, wara l -elezzjoni tal-2013, inkjesta presjeduta minn s\u0127abu Edward Zammit Lewis u Owen Bonnici kkonkludiet li f&#8217;dik il-kwistjoni ma kien imda\u0127\u0127al ebda politiku. U meta Joseph Muscat kien g\u0127amel tieg\u0127u l-akku\u017ci ta&#8217; Saviour Balzan kontra Tonio Fenech u Austin Gatt, \u0127add ma kien sfidah biex jirri\u017cenja.<\/p>\n<p>Jitbissem u jid\u0127ak hu u jitfa&#8217; \u0121ebla wara o\u0127ra fuq saqajh, hemm ukoll Adrian Delia li b\u0127al donnu qed jistenna&#8217; li kapa\u010bi ji\u017cgi\u010b\u010ba minn sitwazzjonijiet politikament imbarazzanti bl-istess mod li ji\u017cgi\u010b\u010ba minnhom l-img\u0127allem tieg\u0127u ta&#8217; Kastilja. Mill-ewwel \u0121urnata li \u0127a r-riedni f&#8217;idejh, Adrian Delia baqa&#8217; ma fehemx min suppost g\u0127adu jkun l-avversarju politiku tieg\u0127u. Adrian Delia dejjem \u0127aseb li lil Joseph Muscat m&#8217;hemmx g\u0127alfejn li wie\u0127ed imerih jew jikkonfrontah. Dak kien il-mod l-antik. Issa wara sena, jrid isallab lil Simon Busuttil permezz tal-Mod \u0120did u sab sku\u017ca bl-Egrant.<\/p>\n<p>Cyrus Engerer qalilna li Maria Efimova g\u0127andha ti\u0121i estradita. Tafu g\u0127aliex? G\u0127aliex l-inkjesta Egrant ikkonkludiet li ma kienx hemm bi\u017c\u017cejjed provi li jorbtu lill-prim ministru ma&#8217; kumpannija sigrieta fil-Panama. Cyrus Engerer ma jifhimx kif ta\u0127dem l-estradizzjoni. Dan ming\u0127alih li dawk li jixhdu kontra l-prim ministru g\u0127andhom jin\u0127atfu u ji\u0121u m\u0121ieg\u0127la ji\u0121u hawn. Forsi biex joqg\u0127odu jaraw lil Cyrus Engerer ji\u017cfen?<\/p>\n<p>Dawn huma in-nies huma biss il-qaddejja w\u017cati mill-prim ministru waqt li hu joqg\u0127od gallarija. Il-mo\u0127\u0127 m&#8217;hu \u0127add \u0127lief Keith Schembri, il-prin\u010bep tad-dlamijiet.<\/p>\n<p>Araw naqra x&#8217;inhu g\u0127addej: ir-rapport tal-inkjesta tal-Egrant qed jixxandar bi\u010b\u010ba bi\u010b\u010ba; tmexxija dilettanteska tal-partit fl-oppo\u017cizzjoni; il-vanit\u00e0 bla ra\u017can ta&#8217; mart il-prim ministru. Fuq kollox, innutaw it-theddid: it-tne\u0127\u0127ija tas-sigurt\u00e0 g\u0127al Simon Busuttil u t-tama li dak li \u0121arrbet Daphne Caruana Galizia se jikkundizzjona l-\u0127e\u0121\u0121a tieg\u0127u; \u017cfin fuq il-qabar ta&#8217; Daphne Caruana Galizia bil-g\u0127an li jissiket lil min jit\u0127ajjar jimitaha; theddid bil-\u0127abs lil David Casa u lill-g\u0127ejjun tieg\u0127u bil-g\u0127an li jbe\u017c\u017cg\u0127u.<\/p>\n<p>M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, dan kollu qed jikka\u0121una l-\u0127sara. L-istituzzjonijiet tal-istat issa saru \u0127a\u0121a wa\u0127da mal-poter u mas-setg\u0127a li g\u0127andu Joseph Muscat. Waslet l-awtokrazija. Madankollu, kull bidu g\u0127andu tmiemu u din l-g\u0127amla ta&#8217; tmexxija i\u0121\u0121orr mag\u0127ha \u017cerrieg\u0127a li twassal g\u0127at-tmiemha stess. Tmexxija li twelled il-qerda tag\u0127ha stess.<\/p>\n<p>Id-demokrazija li lkoll \u0127sibna li konna ksibna, spe\u010bjalment wara t-transizzjoni pa\u010bifika tal-1987 u wara d-d\u0127ul fl-Unjoni Ewropea, ma rnexxilhiex tra\u017c\u017can it-tendenzi awtokrati\u010bi tal-Partit Laburista.<\/p>\n<p>Iridu jg\u0127addu s-snin biex inkunu nistg\u0127u na\u010b\u010bettaw dan il-falliment u biex nitg\u0127allmu minnu. G\u0127ax g\u0127ad hemm numru kbir ta&#8217; segwa\u010bi ta&#8217; Joseph Muscat li, e\u017catt b\u0127al dawk li g\u0127adhom sal-lum jixg\u0127alu x-xemg\u0127at lil Dom Mintoff u lil Lorry Sant, se jibqg\u0127u jikkunsidraw dawn is-snin b\u0127ala snin tad-deheb minkejja l-\u0127mie\u0121 u l-intejjen li ninsabu mdawrin bihom.<\/p>\n<p>Il-\u0127sara li qed issir lill-Partit Nazzjonalista m&#8217;hix kbira daqs il-\u0127sara li qed issir lid-demokrazija u l-libert\u00e0. A\u0127sbu naqra x&#8217;se jfisser g\u0127alina li jkollna lil Adrian Delia b\u0127ala ministru dell g\u0127all-governanza tajba.<\/p>\n<p>Ta\u0127sbu li se jkun hemm xi mpjegat mal-gvern, xi pulizija, xi investigatur li g\u0127andu l-provi dwar \u0127mie\u0121 li se jmur jikxef kollox mal-ministru dell tal-PN g\u0127all-governanza tajba?<\/p>\n<p>G\u0127iduli naqra x&#8217;se jg\u0127addi minn mo\u0127\u0127 l-g\u0127ejjun kollha imbe\u017c\u017cg\u0127in hekk kif jaraw lil Maria Efimova mmaqdra fuq it-televi\u017cjoni tal-PN u lil Jonathan Ferris mhedded mill-FIAU li jinqafel il-\u0127abs fi stqarrija g\u0127all-istampa li malajr qabel mag\u0127ha u appo\u0121\u0121jaha il-kap tal-PN.<\/p>\n<p>Ftakru ftit dwar it-tmexxija \u0127a\u017cina, il-korruzzjoni, it-tix\u0127im, offerti ma\u0127dumin minn qabel, l-impjiegi g\u0127all-ba\u017cu\u017cli, il-permessi li ma messhomx in\u0127ar\u0121u: a\u0127sbu ftit kif issa qed ig\u0127adduha lixxa f&#8217;kollox.<\/p>\n<p>Dan huwa r-ri\u017cultat tal-konklu\u017cjonijiet tar-rapport dwar Egrant: Joseph Muscat irran\u0121a biex jir\u010bievi assoluzzjoni bla tarf g\u0127alih u g\u0127all-gvern tieg\u0127u kollu g\u0127at-ta\u0127wid u g\u0127all-korruzzjoni kollha li twettqet sakemm in\u0127are\u0121 ir-rapport. Mhux hekk biss: g\u0127andu amnestija f&#8217;idu g\u0127al dak kollu li g\u0127ad iridu jag\u0127mlu, msa\u0127\u0127a bil-barka ta&#8217; Adrian Delia li wa\u0127du \u017carma lill-oppo\u017cizzjoni mill-kapa\u010bit\u00e0 li kellha li ssus wara l-gvern u tikxef dak kollu li jipprova ja\u0127bi.<\/p>\n<p>Dan huwa l-kapitlu tan-nofs. L-istorja mhux hekk se tintemm. Ma\u0127kumin kif inhuma f&#8217;sakra tal-poter u mwennsin mill-appo\u0121\u0121 tal-fanati\u010bi u minn dawk il-lag\u0127qa kollha li jammiraw lill-kriminali li jirnexxielhom jg\u0127adduha lixxa, u msa\u0127\u0127a mill-fatt li l-avversarju \u010beda l-armi, qed i\u0127ossu li ma jista&#8217; g\u0127alihom \u0127add.<\/p>\n<p>Forsi g\u0127andhom ra\u0121un ja\u0127sbu hekk. I\u017cda din l-istorja taf tispi\u010b\u010ba fi triq fejn \u0127add m&#8217;hu jobsor li se tmur.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Wasalna g\u0127all-kapitlu tan-nofs. Dawk kollha li jirrispettaw il-prin\u010bipji tas-sewwa u li \u0127ar\u0121u g\u0127onqhom biex jirre\u017cistu lil Joseph Muscat u lill-qaddejja tieg\u0127u b\u0127alissa qieg\u0127din ig\u0127ixu ta\u0127t s\u0127aba sewda. U n-numru ta&#8217; dawn il-qaddejja huwa mdaqqas. Aktar milli wie\u0127ed jasal biex jimma\u0121ina. Ibda&#8217; b&#8217;Michelle Muscat li, bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; stqarrijiet uffi\u010bjali tal-gvern u ta&#8217; intervisti kontrollati, ng\u0127aqdet mal-bqija [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":9216,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/9243\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=9243"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/9243\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":9291,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/9243\/revisions\/9291\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/9216\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=9243"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=9243"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=9243"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}