{"id":92471,"date":"2020-06-25T17:59:30","date_gmt":"2020-06-25T15:59:30","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=92471"},"modified":"2020-06-26T11:03:23","modified_gmt":"2020-06-26T09:03:23","slug":"segwu-kif-l-enemalta-ntuzat-minn-muscat-u-mizzi-bhala-ghodda-biex-titkattar-il-korruzzjoni","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/06\/segwu-kif-l-enemalta-ntuzat-minn-muscat-u-mizzi-bhala-ghodda-biex-titkattar-il-korruzzjoni\/","title":{"rendered":"Segwu: Kif l-Enemalta ntu\u017cat minn Muscat u Mizzi b\u0127ala g\u0127odda biex titkattar il-korruzzjoni."},"content":{"rendered":"<p>&nbsp;<\/p>\n<div class=\"video-shortcode\"><iframe title=\"How Muscat and Mizzi made Enemalta an SVP for corruption\" width=\"1100\" height=\"825\" src=\"https:\/\/www.youtube.com\/embed\/qK8JwngPWvo?feature=oembed\" frameborder=\"0\" allow=\"accelerometer; autoplay; encrypted-media; gyroscope; picture-in-picture\" allowfullscreen><\/iframe><\/div>\n<p>Dakinhar li tal-Labour \u0127adu f&#8217;idejhom ir-riedni tas-setg\u0127a fl-2013, l-hekk imsejja\u0127 skandlu ta\u017c-\u017cejt fl-Enemalta kien g\u0127adu relattivament frisk fl-im\u0127u\u0127. <a href=\"https:\/\/www.maltatoday.com.mt\/news\/national\/24072\/revealed-kickbacks-paid-for-enemalta-oil-purchases-to-procurement-official-20130120#.XvS18pMzY1I\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Din l-istorja fe\u0121\u0121et frott ta&#8217; investigazzjoni li kienet saret mill-<em>Malta Today<\/em> ta&#8217; Saviour Balzan u li wasslet biex ittella&#8217; l-qorti i\u010b-Chairman tal-Enemalta Tancred Tabone, fost o\u0127rajn.<\/a> Dawn kienu \u0121ew mixlija li xxa\u0127\u0127mu minn a\u0121ent lokali ta&#8217; fornitur ta\u017c-\u017cejt u l-a\u0121ent innifsu kien ing\u0127ata l-proklama biex seta&#8217; jixhed kontra kull min kien imda\u0127\u0127al.<\/p>\n<p>L-istorja telg\u0127et fil-wi\u010b\u010b g\u0127aliex \u0127ut il-fornitur u s\u0127abu fin-negozju kienu t\u0127allew barra min-negozju korrott u \u0121aladarba ma kienux ser jit\u0127allew jilg\u0127abu, dde\u010bidew li j\u0127assru. L-avukat tag\u0127hom kien wie\u0127ed mill-kandidati tal-Labour g\u0127all-elezzjoni u l-istorja spi\u010b\u010bat \u0127ar\u0121et fil-bera\u0127.<\/p>\n<p>B&#8217;xorti \u0127a\u017cina, l-ka\u017c g\u0127adu g\u0127addej fil-qorti sal-lum u dan il-fatt jixhed in-nuqqas ta&#8217; rieda jew tan-nuqqas ta&#8217; \u0127ila tal-pajji\u017c li ji\u0121\u0121ieled il-korruzzjoni.<\/p>\n<p>L-im\u0121ieba tal-gvern m&#8217;hix tg\u0127in.<\/p>\n<p>Ix-xhud li ng\u0127ata l-proklama xehed li kien ta rigali lil Ray Ferris, uffi\u010bjal tal-Enemalta responsabbli g\u0127ax-xiri ta\u017c-\u017cejt. Kont tistenna li xi \u0127add b\u0127al dan kellu jin\u017camm il-bog\u0127od g\u0127al g\u0127omru mis-servizz pubbliku. <a href=\"https:\/\/www.independent.com.mt\/articles\/2020-02-09\/local-news\/Ex-Enemalta-official-who-took-gifts-from-oil-trader-is-MTA-head-of-enforcement-6736219438\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">I\u017cda meta Konrad Mizzi kien ministru tat-turi\u017cmu fl-2019, Ray Ferris in\u0127atar b\u0127ala h<em>ead of enforcement and compliance<\/em> mal-Awtorit\u00e0 tat-Turi\u017cmu ta&#8217; Malta.<\/a> Araw ftit x&#8217;e\u017cempju ng\u0127ata.<\/p>\n<p><img class=\"n3VNCb aligncenter\" src=\"https:\/\/content.maltatoday.com.mt\/ui_frontend\/thumbnail\/684\/0\/konrad-mizzi-talks-nonsense-fenech-on-night-tariffs-20131113.png\" alt=\"MaltaToday.com.mt - Tag\" data-noaft=\"1\" \/><\/p>\n<p>\u0120aladarba tal-Labour kienu g\u0127amlu tant kjass (bir-ra\u0121un) dwar dak li kien se\u0127\u0127 fl-Enemalta ta\u0127t il-gvern ta&#8217; qabel, wie\u0127ed kien jistenna&#8217; li lill-Enemalta dawn kienu ser jag\u0127mluha mudell tal-governanza tajba.<\/p>\n<p>Dlonk tfa\u010b\u010ba Konrad Mizzi, l-Ministru tal-Ener\u0121ija. Dak li kien qed ja\u0127mi minn wara l-kwinti mill-ewwel \u0121ranet li kellu r-riedni tas-setg\u0127a f&#8217;idejh ilu mag\u0127ruf minn meta&#8217; nkixef l-iskandlu tal-Panama fl-2016, i\u017cda xi kultant ma ninteb\u0127ux b&#8217;dak li jkun qed ise\u0127\u0127 ta\u0127t imne\u0127irna stess.<\/p>\n<p>Lill-Enemalta, Konrad Mizzi u\u017caha b\u0127ala g\u0127odda g\u0127all-korruzzjoni tal-gvern. <a href=\"https:\/\/www.independent.com.mt\/articles\/2016-04-28\/local-news\/Konrad-Mizzi-removed-from-energy-health-portfolio-to-remain-minister-under-PM-6736157042\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Teknikament Konrad Mizzi ma kienx g\u0127adu Ministru tal-Enemalta f&#8217;April 2016<\/a> meta kien tne\u0127\u0127a simbolikament minn dak il-ministeru wara li l-<em>Panama Papers<\/em> kienu kkonfermaw dak li kienet kixfet Daphne fi Frar ta&#8217; dik is-sena.<\/p>\n<p>Madankollu n\u0127atar b\u0127ala ministu fi \u0127dan l-uffi\u010b\u010bju tal-prim ministru Joseph Muscat, li kien assuma r-responsabbilt\u00e0 g\u0127all-Enemalta, u lil Konrad Mizzi kien tah inkarigu biex jie\u0127u \u0127sieb il-&#8220;pro\u0121ett spe\u010bjali&#8221; tal-<em>power station<\/em> il-\u0121dida. Il-bidla kienet wa\u0127da ko\u017cmetika g\u0127all-a\u0127\u0127ar.<\/p>\n<p><img class=\"n3VNCb aligncenter\" src=\"https:\/\/content.maltatoday.com.mt\/ui_frontend\/thumbnail\/684\/0\/2_joseph_muscat_konrad_mizzi.jpg\" alt=\"Keeping Konrad Mizzi against all odds?\" data-noaft=\"1\" \/><\/p>\n<p>Wara l-elezzjoni ta&#8217; \u0120unju 2017, Joe Mizzi n\u0127atar b\u0127ala ministru tal-Enemalta. G\u0127al darb&#8217;o\u0127ra, l-\u0127atra kienet wa\u0127da simbolika. Joe Mizzi kien tlibbes \u017carbun li ma kienx ji\u0121ieh u kien bi\u017c\u017cejjed g\u0127alih li seta&#8217; jaqta&#8217; \u017c-\u017cigarelli u jippo\u017ca g\u0127ar-ritratti. Fil-ministeru kien qieg\u0127ed hemm biss g\u0127at-ti\u017cjin g\u0127aliex dan xorta wa\u0127da baqa&#8217; ji\u0121i mmexxi minn Konrad Mizzi. F&#8217;Jannar li g\u0127adda, Robert Abela \u0127atar lil Michael Farrugia b\u0127ala ministru tal-Enemalta u\u00a0<a href=\"https:\/\/www.maltatoday.com.mt\/news\/national\/99764\/veteran_labour_ministers_joe_mizzi_and_chris_cardona_out_of_cabinet#.XvR0JJMzY1I\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">lil Konrad Mizzi u lil Joe Mizzi ma tahomx ministeru<\/a>. I\u017cda Michael Farrugia huwa meqjus li hu qrib \u0127afna ta&#8217; Joseph Muscat. Bniedem li serva l-interessi tal-klikka korrotta li mexxiet il-pajji\u017c meta kien ministru tal-pulizija. U hekk qed ikompli jag\u0127mel ta\u0127t Robert Abela.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter wp-image-92458 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/49085207597_e472260b48_k-1.jpg\" alt=\"\" width=\"2048\" height=\"1361\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/49085207597_e472260b48_k-1-200x133.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/49085207597_e472260b48_k-1-300x199.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/49085207597_e472260b48_k-1-400x266.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/49085207597_e472260b48_k-1-600x399.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/49085207597_e472260b48_k-1-768x510.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/49085207597_e472260b48_k-1-800x532.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/49085207597_e472260b48_k-1.jpg 1024w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/49085207597_e472260b48_k-1-1200x797.jpg 1200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/49085207597_e472260b48_k-1-1536x1021.jpg 1536w\" sizes=\"(max-width: 2048px) 100vw, 2048px\" \/><\/p>\n<p>Bejn l-2013 u l-2019 l-iskandli komplew jo\u0127or\u0121u fil-bera\u0127.<\/p>\n<p>Il-gvern beda&#8217; t-triq tieg\u0127u kif kien bi \u0127siebu jissuktaha <a href=\"https:\/\/www.independent.com.mt\/articles\/2014-02-21\/local-news\/Enemalta-smart-meter-scandal:-PM-says-amnesty-conforms-to-law-4023222272\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">u fl-2014 ta ma\u0127fra lil 1,000 negozjant li kienu xa\u0127\u0127mu uffi\u010bjali tal-Enemalta meta bag\u0127bsu bil-meter tad-dawl<\/a>. <a href=\"https:\/\/daphnecaruanagalizia.com\/2014\/04\/so-a-lot-of-those-who-corrupted-enemalta-employees-to-fix-their-meters-are-in-fact-business-operators\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">L-impunit\u00e0 kienet \u0121iet istituzzjonalizzata.<\/a><\/p>\n<p>Konrad Mizzi beda&#8217; jinda\u0127al direttament f&#8217;kuntratti kbar. Fl-2015 kien \u0121ie kritikat mill-Awditur \u0120enerali wara li dan ikkritika l-fatt li Konrad Mizzi kien inda\u0127al f&#8217;kuntratt dwar il-<em>hedging<\/em> mas-Socar tal-A\u017cerbaj\u0121an. <a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/Mizzi-under-fire-for-Azeri-hedging-deal.559226\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">L-Awditur g\u0127amel kritika iebsa. Id-de\u010bi\u017cjonijiet ma kienux qed jittie\u0127du b&#8217;mod trasparenti u ma kienx hemm ser\u0127an il-mo\u0127\u0127 li kienu fil-fatt il-kumitati tal-esperti li kienu qed jie\u0127du d-de\u010bi\u017cjonijiet u li ma kienux biss qed ibierku dak li jkun idde\u010bieda\u00a0 Konrad Mizzi, li kien hu li kien jikkonkludi l-kuntratti b&#8217;mod sigriet.<\/a><\/p>\n<p>F&#8217;Mejju 2016, <a href=\"https:\/\/daphnecaruanagalizia.com\/2016\/05\/breaking-scandal-energy-ministers-corrupt-accountant-set-up-secret-bvi-company-for-shanghai-electric-official-alongside-his\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Daphne Caruana Galizia kixfet li tan-Nexia BT kienu \u0127olqu kumpanniji <em>offshore<\/em> g\u0127al Cheng Chen, uffi\u010bjal tal-<em>Accenture<\/em>, li kien innegozja x-xiri tal-ishma fl-Enemalta mix-<em>Shanghai Electric<\/em> mal-gvern Malti<\/a>. L-istorja li kixfet Daphne kienet tat sinjal qawwi li l-privatizzazzjoni parzjali tal-Enemalta kienet wa\u0127da tinten.<\/p>\n<p>Il-gvern imbag\u0127ad ne\u0127\u0127a l-iskrutinju parlamentari fuq il-finanzi tal-Enemalta u kompla feta\u0127 il-bibien bera\u0127 biex tkompli titkattar il-korruzzjoni.<\/p>\n<p>Ir-rabta bejn tan-Nexia BT u Cheng Chen kienet ta&#8217; sinjifikat g\u0127aliex, ftit xhur qabel, konna sirna nafu li tan-Nexia\u00a0 BT kienu wkoll \u0127olqu kumpanniji g\u0127al Keith Schembri u g\u0127al Konrad Mizzi. U g\u0127al persuna o\u0127ra li l-Ma\u0121istrat Aaron Bugeja kkonkluda li ma kienitx ta&#8217; Joseph Muscat.<\/p>\n<p>Fil-frattemp tan-Nexia BT kienu wkoll imda\u0127\u0127lin f&#8217;kuntratt kbir tal-ener\u0121ija Enemalta li kellu jkopri 18 il-sena. Tan-Nexia BT kienu tqabbdu minn Konrad Mizzi biex ifasslu l-kundizzjonijiet tal-pro\u0121ett u dan minkejja l-fatt li m&#8217;humiex in\u0121iniera tal-Enemalta b&#8217;esperjenza f&#8217;dan il-qasam. Tan-Nexia BT wkoll \u0127adu \u0127sieb il-pro\u010bess tal-g\u0127a\u017cla u g\u0127a\u017clu lill-konsorzju ta&#8217; Yorgen Fenech mal-A\u017cerbaj\u0121an g\u0127al wie\u0127ed mill-akbar kuntratti pubbli\u010bi fl-istorja. U dan minkejja l-fatt li kienu huma li \u0127adu \u0127sieb l-awditjar tal-<em>accounts<\/em> tal-kumpannija prin\u010bipali ta&#8217; Yorgen Fenech u tas-so\u010bji tieg\u0127u, ji\u0121ifieri l-familji Gasan u Apap Bologna.<\/p>\n<p>Dan biss kien skandlu minn nnifsu. <a href=\"https:\/\/nao.gov.mt\/en\/press-releases\/4\/211\/an-investigation-of-matters-relating-to-the-c\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">U dan l-iskandlu kien \u0121ie dokumentat fid-dettall f&#8217;Novembru 2018 mill-Awditur li kien g\u0127amel kritika \u0127arxa dwar l-im\u0121ieba ta&#8217; Konrad Mizzi.<\/a> Konrad Mizzi kien serra\u0127 rasu li l-bi\u010b\u010ba l-kbira tal-poplu ser ti\u0121i taqa&#8217; u tqum mir-rapport tal-Awditur u allega li l-Awditur kien fil-fatt bierek l-ind\u0127il tieg\u0127u u allura l-korruzzjoni li se\u0127\u0127et minn ta\u0127t.<\/p>\n<p>M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, il-kuntratt tal-Electrogas feta\u0127 il-bibien bera\u0127 g\u0127all-korruzzjoni bla ra\u017can.<\/p>\n<p>Suppost l-Enemalta kellha tixtri l-elettriku ming\u0127and l-Electrogas u l-Electrogas kellha tag\u0127mel l-arran\u0121amenti tag\u0127ha g\u0127all-forniment ta\u017c-\u017cjut. L-Electrogas kellha tixtri l-gass ming\u0127and is-Socar tal-A\u017cerbaj\u0121an. I\u017cda l-kuntratt li sar mas-Socar ma kienx \u0121ie ffirmat mill-Electrogas jew mill-Enemalta, kif wie\u0127ed g\u0127andu jistenna. <a href=\"https:\/\/theshiftnews.com\/2018\/04\/19\/revealed-minister-konrad-mizzi-personally-signed-18-year-lng-agreement\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Kien \u0121ie ffirmat minn Konrad Mizzi nnifsu.<\/a><\/p>\n<p>Dan il-fatt \u0127asad bil-kbir lill-investigaturi fi \u0127dan il-<i>Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU)<\/i> u dawn dlonk \u0127asbu li bil-provi li di\u0121\u00e0 kellhom il-pulizija kienet ser taqbe\u017c fuq Konrad Mizzi. Wie\u0127ed je\u0127tie\u0121 li jiftakar li fl-2015, l-Awditur kien di\u0121\u00e0 \u0121ibed l-attenzjoni g\u0127all-fatt li, fejn jid\u0127ol il-kuntratt mas-Socar, l-im\u0121ieba ta&#8217; Konrad Mizzi ma kienitx wa\u0127da a\u010b\u010bettabbli. I\u017cda dan kien biss il-bidu.<\/p>\n<p>Il-pulizija ma \u010b\u010baqilqitx u baqg\u0127et \u010bassa.\u00a0<a href=\"https:\/\/www.theguardian.com\/world\/2018\/apr\/25\/malta-azerbaijan-energy-deal-losing-money-claim-experts\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">U bi\u017c-\u017cmien sirna nafu li l-kuntratt li Konrad Mizzi kien iffirma mas-Socar kien ser i\u0121ieg\u0127elna n\u0127allsu d-doppju, t-tripplu u sa seba&#8217; darbiet aktar mill-prezz tas-suq g\u0127all-materja prima marbuta mal-konsum tal-ener\u0121ija<\/a>.<\/p>\n<p>Dan ma kienx bi\u017c\u017cejjed. <a href=\"https:\/\/www.independent.com.mt\/articles\/2017-05-26\/local-news\/EXCLUSIVE-Proof-of-kickbacks-to-Mizzi-and-Schembri-from-LNG-tanker-FIAU-6736174749\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Minn investigazzjonijiet li saru mill-FIAU, li kienu ntefg\u0127u ta\u0127t it-tapit, irri\u017culta li kien se\u0127\u0127 tix\u0127im li kien intenzjonat g\u0127at-tgawdija ta&#8217; Konrad Mizzi u ta&#8217; Keith Schembri bis-sa\u0127\u0127a tal-kuntratt tat-<em>tanker<\/em> tal-gass li jinsab ankrat qrib il-<em>power station<\/em> f&#8217;Marsaxlokk.<\/a> Dan ma kien xejn \u0127lief skandlu ie\u0127or ta&#8217; korruzzjoni.<\/p>\n<p><img class=\"n3VNCb aligncenter\" src=\"https:\/\/cdn-attachments.timesofmalta.com\/e29d9390bfdcae1397dfdd06a64d5057a46aa191-1476368099-57ff96e3-620x348.jpg\" alt=\"Photos of the week - Times of Malta\" data-noaft=\"1\" \/><\/p>\n<p>M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, x-xa\u0127am kompla joktor u tan-Nexia BT re\u0121g\u0127u kienu fi\u010b-\u010bentru ta&#8217; kollox. <a href=\"https:\/\/theshiftnews.com\/2020\/01\/12\/nexia-bts-brian-tonna-and-karl-cini-cashed-in-on-taxpayer-funded-scam\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Il-kuntratt ma&#8217; <em>Streamcast<\/em> sewa&#8217; lil Malta \u20ac5 million g\u0127al <em>seed investment<\/em> li ma kien xejn \u0127lief qerq.<\/a> U fil-frattemp, hekk kif ir-ri\u017corsi tal-Enemalta komplew jintremew il-ba\u0127ar, tan-Nexia BT da\u0127\u0127lu kemxa \u0121mielha minn drittijiet fuq konsulenzi u riklami.<\/p>\n<p>U biex tkompli tg\u0127aqqad, issa smajna bl-iskandlu tal-Montenegro.\u00a0<a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2020\/06\/montenegro-papers-say-enemalta-agreed-to-pay-e3-5-million-for-wind-farm-but-enemalta-accounts-say-they-paid-e10-3\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Aktar kmieni llum irrappurtjna dwar kif, minn\u00a0 dokumenti uffi\u010bjali li \u0121ew re\u0121istrati f&#8217;Podgorica, jirri\u017culta li l-Enemalta kienet \u0127allset \u20ac3.5 miljun biex setg\u0127et tixtri l-ishma ta&#8217; kumpannija Spanjola li kienet is-sid tal-<\/a><em><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2020\/06\/montenegro-papers-say-enemalta-agreed-to-pay-e3-5-million-for-wind-farm-but-enemalta-accounts-say-they-paid-e10-3\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">wind farm<\/a><\/em>. I\u017cda mill-kotba tal-Enemalta jirri\u017culta li din kienet nefqet aktar minn \u20ac10 miljuni. Dan \u010bertament ma kienx xi \u017cball tal-pinna.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter wp-image-92460 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/WhatsApp-Image-2020-06-25-at-13.27.48.jpeg\" alt=\"\" width=\"1000\" height=\"653\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/WhatsApp-Image-2020-06-25-at-13.27.48-200x131.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/WhatsApp-Image-2020-06-25-at-13.27.48-300x196.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/WhatsApp-Image-2020-06-25-at-13.27.48-400x261.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/WhatsApp-Image-2020-06-25-at-13.27.48-600x392.jpeg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/WhatsApp-Image-2020-06-25-at-13.27.48-768x502.jpeg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/WhatsApp-Image-2020-06-25-at-13.27.48-800x522.jpeg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/WhatsApp-Image-2020-06-25-at-13.27.48.jpeg 1000w\" sizes=\"(max-width: 1000px) 100vw, 1000px\" \/><\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/yorgen-fenech-profited-from-enemalta-montenegro-deal-via-17-black.799566\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Tar-<em>Reuters<\/em> u t-<em>Times of Malta<\/em> \u017cvelaw li s-<em>17 Black<\/em> ta&#8217; Yorgen Fenech kienet g\u0127amlet profitt ta&#8217; \u20ac4.6 miljun wara li kienet \u0127allset flus biex il-kumpannija tg\u0127addi minn idejn is-sidien Spanjoli g\u0127al idejn l-Enemalta permezz ta&#8217; kumpannija finta re\u0121istrata fil-\u0121\u017cejjer Seychelles li s-sid tag\u0127ha huwa s-so\u010bju A\u017cerbaj\u0121ani tieg\u0127u fl-<em>Electrogas<\/em> Turab Musayev.<\/a><\/p>\n<p>Dan il-\u0127mie\u0121 kollu seta&#8217; jkompli joktor g\u0127aliex l-Enemalta intu\u017cat b\u0127ala g\u0127odda minn grupp fdat ta&#8217; \u0127allelin kompli\u010bi.<\/p>\n<p>Tul dan i\u017c-\u017cmien kollu, is-segretarju tal-bord tal-Enemalta kien Aron Mifsud Bonnici. Bniedem li hu wkoll l-avukat personali ta&#8217; Konrad Mizzi li kien imda\u0127\u0127al ukoll fil-kuntratt tal-Montenegro.<\/p>\n<p><img class=\"n3VNCb aligncenter\" src=\"https:\/\/www.independent.com.mt\/file.aspx?f=153189&amp;width=630&amp;height=340\" alt=\"Konrad Mizzi claims breach of his right to fair hearing in Panama ...\" data-noaft=\"1\" \/><\/p>\n<p>G\u0127al diversi snin l-Enemalta tmexxiet minn Frederick Azzopardi li mbag\u0127ad da\u0127al floku l-veteran Kevin Chircop meta dan Azzopardi ng\u0127ata \u0127atra mad-dipartiment tat-toroq.<\/p>\n<p>I\u017cda l-intri\u010b\u010bi mhux dejjem ise\u0127\u0127u fl-uffi\u010b\u010bju ta\u010b-<em>chairman.<\/em> Il-fibra morali ta&#8217; entit\u00e0 taf tiddg\u0127ajjef meta jittie\u0127du de\u010bi\u017cjonijiet minn politi\u010bi u jin\u0127atru persuni fi \u0127danha li ma jkollhomx il-\u0127iliet me\u0127tie\u0121a.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter\" src=\"https:\/\/content.maltatoday.com.mt\/ui_frontend\/thumbnail\/684\/0\/daniel_zammit.png\" alt=\"Former police inspector Daniel Zammit\" \/><\/p>\n<p>Nie\u0127du l-ka\u017c ta&#8217; Daniel Zammit. Dan ji\u0121i iben Ray Zammit, wie\u0127ed mill-Kummissarji li n\u0127atar minn tal-Labour u li g\u0127adu msemmi sal-lum g\u0127ar-reazzjoni tieg\u0127u meta x-xufier tal-eks ministru Manuel Mallia qallu li kien spara fuq karrozza o\u0127ra fit-triq g\u0127aliex kienet saqet vi\u010bin wisq il-karrozza tal-ministru. \u201cOK, Sie\u0127bi!\u201d kien qallu.<\/p>\n<p><img class=\"n3VNCb aligncenter\" src=\"https:\/\/daphnecaruanagalizia.com\/wp-content\/uploads\/2015\/06\/ray-zammit.jpg\" alt=\"Boarded out' police inspector is son of Assistant Commissioner Ray ...\" data-noaft=\"1\" \/><\/p>\n<p>Daniel Zammit kien pulizija di\u017conest. <a href=\"https:\/\/daphnecaruanagalizia.com\/2015\/06\/exclusive-this-is-a-corrupt-police-inspectors-e1-million-house-near-san-anton-palace\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Meta Daphne Caruana Galizia kient \u017cvelat li Zammit kien xtara villa f&#8217;\u0126\u2019Attard li \u010bertament ma setax xtraha bis-sa\u0127\u0127a tal-paga ta&#8217; pulizija li kellu,<\/a> huwa spi\u010b\u010ba minn mal-korp bil-pensjoni. I\u017cda dan ma t\u0127alliex joqg\u0127od i\u0127ares. <a href=\"https:\/\/www.maltatoday.com.mt\/news\/national\/54361\/expolice_inspector_was_prosecutor_on_smart_meters_bribery#.XvSjKpMzY1J\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">U Daniel Zammit dda\u0127\u0127al mal-Enemalta biex ja\u0127dem fost dawk li, meta kien g\u0127adu mal-pulizija, kien investiga u mexxa kontrihom talli kienu xxa\u0127\u0127mu b&#8217;rabta mal-<em>ismart metres<\/em>.<\/a><\/p>\n<p>O\u0127ra. Tiftakruh Raymond Aquilina? Ippermettli nfakkarkom. <a href=\"https:\/\/www.tvm.com.mt\/en\/news\/keith-schembri-mentioned-in-fiau-report-about-17-black-superintendent-raymond-aquilina\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Fi Frar 2020 dan kien supretendent fid-dipartiment tal-pulizija u kien xehed fl-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia.<\/a> Kien xehed li kien ja\u0127dem fi \u0127dan l-iskwadra ta&#8217; kontra l-\u0127asil tal-flus mill-2009. Kien \u0121ie mistoqsi jispjega il-g\u0127ala d-dipartiment tieg\u0127u ma kien g\u0127amel xejn dwar ir-rapporti li kienet g\u0127addewlha tal-FIAU dwar Konrad Mizzi. Huwa kien wie\u0121eb li d-dokumenti kienu g\u0127addew minn dipartiment g\u0127al ie\u0127or u li ma kien sema&#8217; xejn aktar dwarhom. Xehed ukoll li ma kienx jaf b&#8217;rapporti ta&#8217; provi dwar l-im\u0121ieba ta&#8217; rjus kbar fil-gvern.<\/p>\n<p>Ftit jiem wara li xehed, <a href=\"https:\/\/www.linkedin.com\/in\/raymond-aquilina-4bb158138\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Raymond Aquilina rri\u017cenja mill-korp tal-pulizija wara 34 sena ta&#8217; servizz.<\/a><\/p>\n<p>I\u017cda ismu kellu jer\u0121a&#8217; jissemma&#8217;. Minn <em>recordings<\/em> li kien g\u0127amel Melvyn Theuma &#8211; wie\u0127ed mill-membri tal-kon\u0121ura fil-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia li ng\u0127ata l-proklama &#8211; jidher li dan kien \u0121ie mg\u0127arraf bil-quddiem li l-pulizija kien bi \u0127siebha tarrestah. Kienu qalulu li kien ser ji\u0121i arrestat fuq akku\u017ci ta&#8217; \u0127asil ta&#8217; flus u li kien ser ikun interrogat minn Raymond Aquilina. <a href=\"https:\/\/www.maltatoday.com.mt\/news\/national\/102826\/theuma_expected_a_pass_on_money_laundering_but_the_wrong_inspector_turned_up#.XvSmDpMzY1I\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Lil Melvyn Theuma kienu qalulu wkoll li ma kellux g\u0127alfejn joqg\u0127od i\u0127abbel rasu g\u0127aliex Raymond Aquilina huwa bniedem <em>\u201call right\u201d<\/em>, li jfisser li kien fuq in-na\u0127a tal-kriminali u li kien ser je\u0127les lil Melvyn Theuma wara li jkun taparsi interrogah.\u00a0<\/a><\/p>\n<p>X&#8217;aktarx g\u0127aliex lil Raymond Aquilina waslitlu f&#8217;widnejh li mir-<em>recordings<\/em> ismu kien ser jissemma&#8217; fil-qorti b\u0127ala persuna mid\u0127la tal-kriminali, huwa warrab mill-korp bil-kwiet. Fejn ta\u0127sbu li mar ja\u0127dem Raymond Aquilina wara li telaq mill-korp tal-pulizija x&#8217;aktarx wara li kien g\u0127addielu minn g\u0127ala widnejh li ismu kien ser jissemma&#8217; fil-qorti? Qtajtuha sewwa. Mal-Enemalta.<\/p>\n<p>L-Enemalta g\u0127amluha <em>refugium peccatorum<\/em>. Konrad Mizzi, li kellu sehem ewlieni fit-tix\u0127im u l-korruzzjoni fl-Enemalta, kien je\u0127tie\u0121 persuni li seta&#8217; jafdahom meta se\u0127\u0127et il-privatizzazzjoni parzjali tal-Enemalta u minflok din ing\u0127atat aktar awtonomija, lil Konrad mizzi tatu kontroll assolut.<\/p>\n<p>Ta&#8217; min isemmi li d-diretturi tal-Enemalta qed jonqsu minn dmirijiethom li jg\u0127addu lill-azzjonisti informazzjoni dettaljata u rendikont dwar l-im\u0121ieba tag\u0127hom b&#8217;reazzjoni g\u0127all-iskandlu tal-Montenegro. Dawn id-diretturi wie\u0121bu biss meta sarulhom mistoqsijiet mill-\u0121urnalisti jew minn Repubblika u ma \u0127adu ebda inizjattiva biex i\u017commu lill-pubbliku nfurmat.<\/p>\n<p>Jista&#8217; jkun li hemm ra\u0121uni g\u0127al dan kollu. Il-kelliem tal-Enemalta huwa Robert Debrincat. Dan ma kienx uffi\u010bjal tal-Pulizija li issa qed ja\u0127dem mal-Enemalta.<\/p>\n<p>O\u0127ro\u0121 il-g\u0127a\u0121eb <a href=\"https:\/\/www.linkedin.com\/in\/roberto-debrincat-00264a95\/?originalSubdomain=mt\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">dan kien l-editur tal-orizzont.<\/a><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>&nbsp; Dakinhar li tal-Labour \u0127adu f&#8217;idejhom ir-riedni tas-setg\u0127a fl-2013, l-hekk imsejja\u0127 skandlu ta\u017c-\u017cejt fl-Enemalta kien g\u0127adu relattivament frisk fl-im\u0127u\u0127. Din l-istorja fe\u0121\u0121et frott ta&#8217; investigazzjoni li kienet saret mill-Malta Today ta&#8217; Saviour Balzan u li wasslet biex ittella&#8217; l-qorti i\u010b-Chairman tal-Enemalta Tancred Tabone, fost o\u0127rajn. Dawn kienu \u0121ew mixlija li xxa\u0127\u0127mu minn a\u0121ent lokali ta&#8217; [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":92465,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/92471\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=92471"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/92471\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":92479,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/92471\/revisions\/92479\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/92465\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=92471"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=92471"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=92471"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}