{"id":92521,"date":"2020-06-28T11:15:20","date_gmt":"2020-06-28T09:15:20","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=92521"},"modified":"2020-06-28T18:09:17","modified_gmt":"2020-06-28T16:09:17","slug":"segwu-it-tragedja-ta-zminijietna","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/06\/segwu-it-tragedja-ta-zminijietna\/","title":{"rendered":"SEGWU: It-tra\u0121edja ta&#8217; \u017cminijietna"},"content":{"rendered":"<p>&nbsp;<\/p>\n<div class=\"video-shortcode\"><iframe title=\"The tragedy of our time\" width=\"1100\" height=\"825\" src=\"https:\/\/www.youtube.com\/embed\/FNgT30sW2hU?feature=oembed\" frameborder=\"0\" allow=\"accelerometer; autoplay; encrypted-media; gyroscope; picture-in-picture\" allowfullscreen><\/iframe><\/div>\n<p><b>It-tra\u0121edja ta&#8217; \u017cminijietna<\/b><\/p>\n<p>L-istorja ta&#8217; pajji\u017cna g\u0127addiet mi\u017c-\u017cminijiet imqallbin tag\u0127ha. I\u017cda qed isir dejjem aktar diffi\u010bli li wie\u0127ed jipparaguna \u017c-\u017cminijiet li ninsabu g\u0127addejjin minnhom ma&#8217; \u017cminijiet o\u0127rajn mill-Indipendenza &#8216;l hawn.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/muscat-expected-to-quit-as-mp-after-summer.801435\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Illum is-<em>Sunday Times of Malta<\/em> tikkowota g\u0127ejjun li huma &#8220;qrib il-gvern ta&#8217; Robert Abela\u201d li qalu li \u201cl-prim ministru l-\u0121did huwa \u0127erqan li jaqleb il-pa\u0121na dwar il-ka\u017c ta&#8217; Caruana Galizia.\u201d<\/a> Diskors li jwa\u0127\u0127xek. \u201cIl-ka\u017c ta&#8217; Caruana Galizia\u201d ma kienx xi in\u010bident b\u0127all-o\u0127rajn. Lanqas biss jista&#8217; ji\u0121i kunsidrat b\u0127ala ka\u017c ta&#8217; qtil kwalunkwe u, g\u0127alkemm huwa ka\u017c ta&#8217; qtil li \u0127oloq we\u0121g\u0127at kbar, dawn il-we\u0121g\u0127at jistg\u0127u biss ji\u017cdiedu kemm il-darba tibqa&#8217; ma ssirx \u0121ustizzja.<\/p>\n<p>L-hekk imsejja\u0127 &#8220;ka\u017c Caruana Galizia&#8221; &#8211; isejj\u0127ulu b&#8217;dan il-mod huma u jippruvaw ja\u0127arbu mir-realt\u00e0 &#8211;\u00a0 m&#8217;huwa xejn \u0127lief il-kxif tal-korruzzjoni istituzzjonalizzata u tal-kriminalit\u00e0 organizzata liebsin l-ilbies ta&#8217; gvern li pajji\u017cna b\u0127alissa jinsab imsallab bih.<\/p>\n<p>Kif ser naqilbu l-pa\u0121na \u0121aladarba g\u0127ad hemm tant mistoqsijiet li g\u0127adhom mhux imwie\u0121ba? \u0120aladarba l-\u0121ustizzja tinsab daqstant &#8216;il bog\u0127od milli ssir? \u0120aladarba g\u0127ad hemm \u0127afna aktar x&#8217;jinkixef?<\/p>\n<p>Meta nisma&#8217; dawn l-g\u0127ejjun jitkellmu pemezz tas-<em>Sunday Times of Malta<\/em>, ninteba\u0127 li dawn jinsabu fi stat ta&#8217; \u010ba\u0127da. Il-feriti li nkixfu m&#8217;humiex ser jag\u0127lqu sforz ix-xewqa li dawn jag\u0127lqu. Dawn ser jibqg\u0127u feriti miftu\u0127in u aktar ma jg\u0127addi \u017cmien, ser ikomplu jnixxu d-demm.<\/p>\n<p>Illum il-<em>MaltaToday<\/em> kitbet li dakinhar li l-kabinett tal-ministri kien idde\u010bieda li ji\u010b\u0127ad it-talba ta&#8217; Yorgen Fenech li ting\u0127atalu l-proklama, ji\u0121ifieri fid-29 ta&#8217; Novembru tas-sena li g\u0127addiet, dawn kienu \u0121ew infurmati li l-istess Yorgen Fenech kien qed joffri li jixhed dwar il-korruzzjoni fl-Electrogas, fil-ka\u017c tal-Montenegro u fil-ka\u017c ta&#8217; kuntratt li sar f&#8217;Hong Kong li fih jinsab imda\u0127\u0127al i\u010b-<em>chief of staff<\/em> tal-eks prim ministru.<\/p>\n<p>Il-kelma \u2018offra\u2019 tfisser li din kienet informazzjoni dwar kwistjonijiet li l-ministri g\u0127andhom ikunu \u0127erqanin li jisimg\u0127u dwarhom. I\u017cda jidher li ma kellhomx l-istonku li jisimg\u0127u dwar kemm kien imxajtan ir-re\u0121im li huma stess kienu jifformaw parti minnu. G\u0127amlu b\u0127alma kienu g\u0127amlu l-mixlijin quddiem it-Tribunal ta&#8217; Nuremberg wara l-gwerra hekk kif taw daqqa&#8217; t&#8217;g\u0127ajn lejn ritratti tad-delitti kriminali li kien wettaq il-gvern tag\u0127hom: bdew ig\u0127idu ma&#8217; xulxin li ma kienu jafu b&#8217;xejn.<\/p>\n<p>Il-\u0121img\u0127a li g\u0127addiet, dik ix-xena li fiha Ian Borg lill-\u0121urnalisti deher jg\u0127idilhom &#8220;xorta nirb\u0127ulhom&#8221; hu u die\u0127el g\u0127al laqg\u0127a tal-Partit Laburista, m&#8217;hi xejn \u0127lief tifsira ta&#8217; dak li jridu jfissru meta jistqarru li jridu jaqilbu l-pa\u0121na dwar il-ka\u017c Caruana Galizia.<\/p>\n<p>Huma u ji\u0121u ffa\u010b\u010bjati bl-immoralit\u00e0 tar-re\u0121im li kienu jiffirmaw parti minnu, dawn iridu jo\u0127or\u0121u bl-isku\u017ca li ma kellhomx x&#8217;jaqsmu mad-delitti imwettqa mill-gvern tag\u0127hom. G\u0127aliex jekk dawn jidde\u010biedu li jerfg\u0127u fuq spallejhom ir-responsabbilt\u00e0 kollettiva b\u0127ala ministri g\u0127all-kuntratt tal-Electrogas u g\u0127all-iskandlu tal-Montenegro u jekk ja\u010b\u010bettaw ir-resposabbilt\u00e0 individwali li ma jirri\u017cenjawx meta &#8211; kif stqarr dan l-a\u0127\u0127ar Edward Scicluna kienu esprimew in-nuqqas ta&#8217; qbil tag\u0127hom &#8220;internament&#8221; &#8211; ikollhom iwarrbu mill-\u0127ajja pubblika.<\/p>\n<p>Il-verit\u00e0 hi dan ir-re\u0121im suppost jinsab fl-a\u0127\u0127ar \u0121ranet tieg\u0127u. Issa li l-effetti tal-imxijja Covid-19 qed jonqsu, bosta huma dawk li qed jinteb\u0127u li l-politika ekonomika ta&#8217; Muscat ma kienitx wa\u0127da li t\u0127ares fit-tul. Bosta huma dawk li qed i\u0127ejju ru\u0127\u0127om g\u0127at-tmiem tas-seba&#8217; snin tal-abbundanza li matulhom il-gvern ma \u0127asibx g\u0127al meta jaslu \u017c-\u017cminijiet tal-g\u0127aks. Dakinhar naqilg\u0127u d-daqqa li x&#8217;aktarx ser naqilg\u0127u bil-lista l-gri\u017ca tal-<em>Moneyval<\/em>, se jkunu biss is-segwa\u010bi fanati\u010bi tal-Partit Laburista li ser jonqsu milli jinteb\u0127u li Joseph Muscat u l-klikka ta&#8217; madwaru serqu l-\u0121id ta&#8217; \u0121enerazzjoni s\u0127i\u0127a.<\/p>\n<p>Il-korruzzjoni nkredibbli li nkixfet u li g\u0127adha qed tinkixef suppost g\u0127andha tkun bi\u017c\u017cejjed biex i\u0121\u0121ieg\u0127elhom iwarrbu. Ma jwarrbux mhux g\u0127aliex g\u0127aliex il-bi\u010b\u010ba &#8216;l kbira tan-nies f&#8217;Malta ma nteb\u0127itx bil-\u0127tie\u0121a kbira li jkun hawn bidla fil-pajji\u017c. In-nies taf li te\u017cisti \u0127tie\u0121a ur\u0121enti g\u0127al bidla. I\u017cda taf ukoll li gvern immexxi minn PN kif inhu mmexxi llum, ma jipprovdix alternattiva kredibbli.<\/p>\n<p>David Agius u Edwin Vassallo, li huma fost il-wa\u0127diet fil-grupp parlamentari li g\u0127adhom jag\u0127tu l-appo\u0121\u0121 tag\u0127hom lil Adrian Delia, g\u0127adhom kemm wasslu dak li f&#8217;mo\u0127\u0127hom ig\u0127addi b\u0127ala messa\u0121\u0121 politiku tal-PN.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2FEdwinVassalloPN%2Fposts%2F3683058305042597&amp;width=500\" width=\"500\" height=\"611\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\" data-mce-fragment=\"1\"><\/iframe><\/p>\n<p>Skont dawn, je\u0127tie\u0121 li nag\u0127tu l-appo\u0121\u0121 tag\u0127na lill-PN g\u0127aliex m&#8217;hemmx alternattiva o\u0127ra g\u0127al tal-Labour. Daqshekk sempli\u010bi. Dan l-argument la jag\u0127mel sens u lanqas hu wie\u0127ed rilevanti. I\u017cda dan huwa l-uniku argument li g\u0127andu Adrian Delia. M&#8217;g\u0127andu xejn aktar x&#8217;joffri, la g\u0127andu l-perswa\u017cjoni u lanqas il-kari\u017cma li tista&#8217; twassal lin-nies biex tag\u0127ti daharha lil tal-Labour. Kulma fadallu Adrian Delia fl-armarju tieg\u0127u huwa t-theddid: \u2018Tridu jew ma tridux, jien biss l-alternattiva.\u2019<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/www.maltatoday.com.mt\/news\/national\/103223\/adrian_delia_dodges_questions_on_yorgen_fenech_donation_and_inquiry#.XvhfWJMzY1I\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Ag\u0127tu daqqa t&#8217;g\u0127ajn lejn l-intervista li Adrian Delia ta lil Kurt Sansone tal-<em>Malta Today.<\/em><\/a> Dan qal li bosta huma dawk li jinsabu rrabjati g\u0127all-fatt li x-xog\u0127ol li qed iwettaq hu wassal biex twarrbu Lawrence Cutajar, Chris Cardona u Konrad Mizzi. M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, \u0127add ma \u0127adu bis-serjet\u00e0. I\u017cda dak li stqarr ma da\u0127\u0127ak lil \u0127add. L-esperti tal-istorja lil Adrian Delia g\u0127ad jikkunsidrawh b\u0127ala persuna\u0121\u0121 li j\u0121ib it-tbissim fuq ix-xufftejn u li jg\u0127ix fis-s\u0127ab. G\u0127ad ukoll jikkunsidrawh b\u0127ala persuna\u0121\u0121 tra\u0121iku.<\/p>\n<p>G\u0127aliex, huma x&#8217;inhuma d-dg\u0127jufijiet li g\u0127andu, huwa l-pajji\u017c li qed ibati l-konsegwenzi. Matul l-intervista huwa stqarr li kieku kien prim ministru, kien ike\u010b\u010bi lil Lawrence Cutajar mill-ewwel jum u li Robert Abela huwa bniedem inde\u010bi\u017c.<\/p>\n<p>Robert Abela huwa tabi\u0127aqq bniedem inde\u010bi\u017c g\u0127aliex jinsab liebes \u017carbun li ma ji\u0121ie\u0127x, hu \u0121ifa u giddieb u m&#8217;g\u0127andux l-esperjenza me\u0127tie\u0121a. I\u017cda \u010bertament Adrian Delia huwa l-a\u0127\u0127ar persuna li g\u0127andu dritt li jikkritika lil Robert Abela b&#8217;inde\u010bi\u017cjoni. Delia \u0127a l-fama li j\u0127obb jevita l-konfrontazzjonijiet. Min \u0127adem mieg\u0127u professjonalment fl-oqsma tal-isport u tal-politika jista&#8217; jikkonferma li ma jaf juri nuqqas ta&#8217; qbil ma&#8217; ebda persuna.<\/p>\n<p>Fil-grupp parlamentari tal-PN saru mill-inqas 50 laqg\u0127a identika li fihom issejja\u0127 biex &#8220;jikkunsidra l-po\u017cizzjoni tieg\u0127u&#8221; &#8211; ji\u0121ifieri biex iwarrab u j\u0127alli lil xi \u0127add li hu aktar tal-lant biex imexxi floku. G\u0127alkemm baqa&#8217; jiggranfa mal-appo\u0121\u0121 ta&#8217; segwa\u010bi li, aktar ma ig\u0127addi \u017cmien, dejjem qieg\u0127din jonqsu, l-konklu\u017cjoni ta&#8217; dawn il-laqg\u0127at qed tkun identika kull darba: jistqarr li ser ja\u0127sibha u jwieg\u0127ed li jag\u0127tihom risposta.<\/p>\n<p>U, m&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, din ir-risposta tibqa&#8217; ma tasal qatt.<\/p>\n<p>It-tra\u0121edja ta&#8217; \u017cminijietna tikkonsisti fil-fatt li l-kariga ta&#8217; kap tal-oppo\u017cizzjoni hi ne\u010bessarja u rilevanti aktar minn qatt qabel. U minkejja dan u minkejja li ming\u0127alih li t-ti\u0121rif fil-Partit Laburista qed ise\u0127\u0127 sforz kemm qed jirsisti hu, Adrian Delia huwa totalment irrelevanti.<\/p>\n<p>Mhux hekk biss. Il-pajji\u017c jixtieq je\u0127les minn dan il-gvern imxajtan i\u017cda m&#8217;huwiex jara alternattiva. Qed jara xi \u0127a\u0121a li taf tkun ag\u0127ar minn tal-Labour.<\/p>\n<p>Adrian Delia baqa&#8217; jinsisti li, wara li kienet \u0121iet mag\u0127rufa l-identit\u00e0 tas-sid tas-17 Black, huwa qatt ma kien ikkomunika jew tkellem ma&#8217; Yorgen Fenech. I\u017cda mbag\u0127ad imur jg\u0127id li hu m&#8217;huwiex qed ji\u0121i investigat dwar dan, \u0127a\u0121a li we\u0127idha turi li Adrian Delia qed ig\u0127ix fis-s\u0127ab. Fil-politika, mhux permissibbli li wie\u0127ed jinsa&#8217; u hi \u0127afna aktar fa\u010bli li wie\u0127ed jiftakar il-verit\u00e0.<\/p>\n<p>Chris Cardona, per e\u017cempju, jaf li l-gideb wie\u0127ed ikun je\u0127tie\u0121 li jiftakru. \u2018Qatt ma d\u0127alt fil-burdell. Qatt ma \u0127adt xorb mill-<em>minibar.<\/em> M&#8217;attendejtx g\u0127all-<em>Grand Prix<\/em> ta&#8217; Monaco minn fuq dahar il-poplu. Lill-a\u0127wa Degiorgio ma kontx nafhom. Qatt ma ltqajt mal-Fulu fil-Ferdinand Bar. Qatt ma rajtu f&#8217;festin privat. Mhux veru li \u0127allast flus biex tinqatel Daphne. Mhux bi \u0127siebni nirri\u017cenja. M&#8217;g\u0127amilt xejn \u0127a\u017cin.\u2019<\/p>\n<p>B\u0127alissa g\u0127andu jkollna seba&#8217; mitt sena li naraw jitwarrbu lil dawk il-ministri kollha li tg\u0127idx kemm kienu pubblikament g\u0127annqu lil Chris Cardona u li tg\u0127idx kemm kienu xg\u0127alu xemg\u0127at max-xbihat tal-alla tag\u0127hom Joseph Muscat u ma&#8217; dawk ta&#8217; Keith Schembri u Konrad Mizzi. G\u0127andu jkollna seba&#8217; mitt sena li nistmerru l-moralit\u00e0 falza ta&#8217; Evarist Bartolo, l-qdusija falza ta&#8217; Edward Scicluna, l-ksu\u0127at bla tarf ta&#8217; Ian Borg u l-immoralit\u00e0 kollettiva tal-membri nkompetenti kollha tal-kabinett li &#8211; ja\u0127asra &#8211; qatt ma raw u qatt ma xammew xejn.<\/p>\n<p>B\u0127alissa g\u0127andu jkollna seba&#8217; mitt sena biex nassistu g\u0127ar-ri\u017cenja qabel i\u017c-\u017cmien ta&#8217; Robert Abela &#8211; l-uniku konsulent ta&#8217; eks prim ministru fid-dinja li ming\u0127alih ser ibellag\u0127ha li ma kien jaf b&#8217;xejn bid-delitti mwettqa mill-klijent tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Suppost g\u0127andu jkollna seba&#8217; mitt sena biex naraw dan kollu jse\u0127\u0127, li kieku fin-nofs ma kienx hemm politi\u010bi b\u0127al Edwin Vassallo, Carmelo Mifsud Bonnici, Mario Galea, David Agius u Robert Arrigo li nist\u0127ajjilhom qishom ir-reffieg\u0127a tal-vara mxaqqa&#8217; ta&#8217; Adrian Delia.<\/p>\n<p>Din hi t-tra\u0121edja ta&#8217; \u017cminijietna.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>&nbsp; It-tra\u0121edja ta&#8217; \u017cminijietna L-istorja ta&#8217; pajji\u017cna g\u0127addiet mi\u017c-\u017cminijiet imqallbin tag\u0127ha. I\u017cda qed isir dejjem aktar diffi\u010bli li wie\u0127ed jipparaguna \u017c-\u017cminijiet li ninsabu g\u0127addejjin minnhom ma&#8217; \u017cminijiet o\u0127rajn mill-Indipendenza &#8216;l hawn. Illum is-Sunday Times of Malta tikkowota g\u0127ejjun li huma &#8220;qrib il-gvern ta&#8217; Robert Abela\u201d li qalu li \u201cl-prim ministru l-\u0121did huwa \u0127erqan li jaqleb [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":92517,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/92521\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=92521"}],"version-history":[{"count":4,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/92521\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":92526,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/92521\/revisions\/92526\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/92517\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=92521"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=92521"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=92521"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}