{"id":92682,"date":"2020-07-01T15:16:19","date_gmt":"2020-07-01T13:16:19","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=92682"},"modified":"2020-07-01T19:24:28","modified_gmt":"2020-07-01T17:24:28","slug":"baqghu-mdendlin-ma-djul-yorgen","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/07\/baqghu-mdendlin-ma-djul-yorgen\/","title":{"rendered":"Baqg\u0127u mdendlin ma&#8217; djul Yorgen"},"content":{"rendered":"<p>Robert Abela wieg\u0127ed livelli g\u0127oljin ta&#8217; m\u0121ieba fejn g\u0127andha x&#8217;taqsam il-governanza. I\u017cda milli jidher il-ministri mhux bi \u0127siebhom jintrabtu b&#8217;din il-weg\u0127da u dan ma jmurx xi wie\u0127ed (jew aktar) minnhom jinqabad bil-qalziet imni\u017c\u017cel sa g\u0127arqubu.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/watch-robert-abela-on-ministers-alleged-relationships-with-yorgen.802023\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Illum huwa wie\u0121eb g\u0127all-mistoqsijiet li l-\u0121urnalisti qed jag\u0127mlu lill-ministri<\/a> wara li <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2020\/06\/touching-yorgen\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">ftit tal-jiem ilu Paul Caruana Galizia xandar <em>tweet<\/em> li fiha stqarr li ministru tal-kabinett kien f&#8217;kuntatt mill-qrib ma&#8217; Yorgen Fenech u li segretarju parlamentari kellu jew kellha relazzjoni sesswali mieg\u0127u.<\/a><\/p>\n<p>Bosta mill-ministri tfixklu f&#8217;saqajn xulxin bil-\u0127erqa li kellhom biex ji\u010b\u0127du li fl-2019 ma kellhom ebda relazzjoni ma&#8217; Yorgen Fenech. Adrian Delia, Julia Farrugia Portelli, Edward Zammit Lewis, Silvio Schembri u sa\u0127ansitra anki Robert Abela: ilkoll \u010ba\u0127du b&#8217;mod kategoriku li kellhom xi kuntatt ma&#8217; Yorgen Fenech fix-xhur ta&#8217; qabel l-arrest tieg\u0127u u t-tlug\u0127 eventwali tieg\u0127u lejn il-qorti.<\/p>\n<p>Rosianne Cutajar tkellmet mill-inqas u g\u0127amlet b\u0127alma hu mdorri jag\u0127mel Joseph Muscat: lill-\u0121urnalisti talbithom jistaqsu lil Paul Caruana Galizia jekk kellhiex x&#8217;taqsam ma&#8217; Yorgen Fenech. B&#8217;daqshekk din ming\u0127aliha li serr\u0127iltina mo\u0127\u0127na.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter wp-image-92674 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/07\/2019-26-MARCH-A-photo-to-treasure.png\" alt=\"\" width=\"1871\" height=\"1198\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/07\/2019-26-MARCH-A-photo-to-treasure-200x128.png 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/07\/2019-26-MARCH-A-photo-to-treasure-300x192.png 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/07\/2019-26-MARCH-A-photo-to-treasure-400x256.png 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/07\/2019-26-MARCH-A-photo-to-treasure-460x295.png 460w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/07\/2019-26-MARCH-A-photo-to-treasure-600x384.png 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/07\/2019-26-MARCH-A-photo-to-treasure-768x492.png 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/07\/2019-26-MARCH-A-photo-to-treasure-800x512.png 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/07\/2019-26-MARCH-A-photo-to-treasure.png 1024w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/07\/2019-26-MARCH-A-photo-to-treasure-1200x768.png 1200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/07\/2019-26-MARCH-A-photo-to-treasure-1536x983.png 1536w\" sizes=\"(max-width: 1871px) 100vw, 1871px\" \/><\/p>\n<p>I\u017cda aktar inkwetanti kienet l-istqarrija li g\u0127amel Robert Abela &#8211; li jridha tal-paladin tal-livelli g\u0127oljin ta&#8217; m\u0121ieba fil-politika tant li jippretendi li ser insiru l-g\u0127ira tad-dinja &#8211; fejn insista li m&#8217;g\u0127amlu xejn \u0127a\u017cin dawk il-politi\u010bi li \u0127akkew mill-qrib ma&#8217; Yorgen Fenech qabel dan \u0121ie mixli bi qtil.<\/p>\n<p>L-istqarrija li g\u0127amel m&#8217;hi xejn \u0127lief \u0127merija grassa. Il-Prim Ministru ma stqarrx li kien di\u0121\u00e0 ilu mag\u0127ruf minn 13 il-xahar qabel \u0121ie mixli, li Yorgen Fenech huwa sid is-<em>17 Black<\/em> u li kien qed jinqeda&#8217; b&#8217;din il-kumpannija biex ixa\u0127\u0127am lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi. Wara Ottubru 2018, kull politiku li ddendel ma&#8217; djul Yorgen Fenech g\u0127amel dan biex jakkwista l-flus bi bdil ma&#8217; pja\u010biri politi\u010bi li persuni b\u0127al Konrad Mizzi and Keith Schembri kienu lesti li jag\u0127mlu.<\/p>\n<p>M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, mhux kull politiku rnexxielu jakkwista daqs kemm kien irnexxielhom jakkwistaw kuljum Keith Schembri u Konrad Mizzi g\u0127aliex mhux kull politiku kellu s-setg\u0127a li jag\u0127ti lura daqs kemm ikun akkwista.\u00a0 Xi w\u0127ud minnhom setg\u0127u biss joffru s-skiet u n-newtralit\u00e0 tag\u0127hom kemm il-darba kellu jfe\u0121\u0121 l-inkwiet u o\u0127rajn kellhom is-setg\u0127a li jag\u0127tu l-appo\u0121\u0121 tag\u0127hom biex jo\u0127ro\u0121 xi permess kontroversjali tal-bini jew xi li\u010benzja iebsa tal-log\u0127ob tal-a\u017c\u017card. U lil o\u0127rajn setg\u0127u jipperswaduhom biex ma jaqilg\u0127ux problemi. It-tix\u0127im ta&#8217; dawn in-nies i\u0121orr mieg\u0127u rati differenti ta&#8217; \u0127las.<\/p>\n<p>G\u0127aldaqstant, wara Ottubru 2018 meta sirna nafu min hu s-sid tas-17 Black, kull politiku li baqa&#8217; vi\u010bin Yorgen Fenech g\u0127amel dan minkejja l-fatt li kien jaf li dan kien qed ixa\u0127\u0127am lill-politi\u010bi. Mhux importanti x&#8217;kwalit\u00e0 ta&#8217; relazzjoni kien hemm. L-importanti hu li lil Yorgen Fenech dawn il-politi\u010bi baqg\u0127u ma skartaw\u0127x.<\/p>\n<p>I\u017cda, skont Robert Abela, ma jkun \u0121ara&#8217; xejn jekk politiku jibqa&#8217; f&#8217;kuntatt ma&#8217; negozjant li hu mag\u0127ruf li jxa\u0127\u0127am lill-politi\u010bi. Tg\u0127id g\u0127andu din il-fehma g\u0127aliex x&#8217;aktarx hekk kien jag\u0127mel huwa stess?<\/p>\n<p>X&#8217;aktarx li hekk hu.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Robert Abela wieg\u0127ed livelli g\u0127oljin ta&#8217; m\u0121ieba fejn g\u0127andha x&#8217;taqsam il-governanza. I\u017cda milli jidher il-ministri mhux bi \u0127siebhom jintrabtu b&#8217;din il-weg\u0127da u dan ma jmurx xi wie\u0127ed (jew aktar) minnhom jinqabad bil-qalziet imni\u017c\u017cel sa g\u0127arqubu. Illum huwa wie\u0121eb g\u0127all-mistoqsijiet li l-\u0121urnalisti qed jag\u0127mlu lill-ministri wara li ftit tal-jiem ilu Paul Caruana Galizia xandar tweet li [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":92675,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/92682\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=92682"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/92682\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":92683,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/92682\/revisions\/92683\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/92675\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=92682"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=92682"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=92682"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}