{"id":9303,"date":"2018-08-01T14:41:04","date_gmt":"2018-08-01T12:41:04","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=9303"},"modified":"2018-08-02T09:36:06","modified_gmt":"2018-08-02T07:36:06","slug":"tal-malta-today-u-l-konfoffa-tal-prim-ministru","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/08\/tal-malta-today-u-l-konfoffa-tal-prim-ministru\/","title":{"rendered":"Tal-Malta Today u l-konfoffa tal-prim ministru"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-9299\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/56_joseph_muscat_visits_mediatoday_cm554.png.jpeg\" alt=\"\" width=\"684\" height=\"455\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/56_joseph_muscat_visits_mediatoday_cm554.png-300x200.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/56_joseph_muscat_visits_mediatoday_cm554.png-406x270.jpeg 406w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/56_joseph_muscat_visits_mediatoday_cm554.png.jpeg 684w\" sizes=\"(max-width: 684px) 100vw, 684px\" \/><\/p>\n<p>Je\u0127tie\u0121 li ji\u0121i \u010b\u010barat punt li qed jo\u0127loq \u010berta konfu\u017cjoni f&#8217;mo\u0127\u0127 in-nies: l-inkjesta <em>Egrant<\/em> ma ntalbitx mill-prim ministru skond il-prerogattiva li g\u0127andu ta\u0127t il-li\u0121i spe\u010bjali li tirregola l-inkjesti.<\/p>\n<p>Minflok g\u0127amel dan, il-prim ministru, kontra kull prassi, qabbad lill-kummissarju tal-pulizija biex jitlob li ssir inkjesta ma\u0121isterjali b&#8217;termini ta&#8217; riferenza imposti minn min suppost qed ji\u0121i investigat: ji\u0121ifieri Joseph Muscat.<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p>X&#8217;ji\u0121ri s-soltu f&#8217;ka\u017cijiet simili? F&#8217;ka\u017cijiet b\u0127al dawn l-inkjesta ssir strettament fil-mag\u0127luq u r-ri\u017cultat tag\u0127ha ji\u0121i mg\u0127oddi lill-avukat \u0121enerali ta\u0127t segretezza kbira. L-ewwel \u0127a\u0121a li jkollu jag\u0127mel l-avukat \u0121enerali tkun li jg\u0127arbel ir-rapport tal-inkjesta u li jara jkunux saru l-mistoqsijiet kollha li kellhom isiru. Imbag\u0127ad jekk ikun jidhirlu li fih in-nuqqasijiet, xog\u0127olu jkun li jibg\u0127at ir-rapport lura lill-ma\u0121istrat b&#8217;lista ta&#8217; kjarifiki li jkunu me\u0127tie\u0121a.<\/p>\n<p>Fil-ka\u017c tal-<em>Egrant<\/em>, dan kollu ma se\u0127\u0127x u lanqas seta&#8217; jse\u0127\u0127. G\u0127aliex, f&#8217;radda ta&#8217; salib, ir-rapport ming\u0127and il-Ma\u0121istrat sab ru\u0127u g\u0127and l-avukat \u0121enerali u mbag\u0127ad dritt g\u0127al g\u0127and il-prim ministru.<\/p>\n<p>G\u0127al darb&#8217;o\u0127ra l-avukat \u0121enerali naqas minn dmirijietu u minflok g\u0127a\u017cel li jaqdi l-interessi tal-prim ministru b\u0127allikieku dan huwa l-klijent tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Mir-rapport tal-inkjesta, l-prim ministru silet biss dak li jdoqq g\u0127al widnejh u \u010bappsu fl-u\u010bu\u0127 tan-nies. U sabiex jattira s-simpatija, qabbe\u017c demg\u0127a jew tnejn minn g\u0127ajnejh. Din issa hi l-istorja uffi\u010bjali u min jiddubitaha huwa kunsidrat li g\u0127andu rasu mg\u0127addsa fir-ramel.<\/p>\n<p>It-tieni fa\u017ci tal-istrate\u0121ija kkonsistiet fl-intervisti orkestrati li saru lil Michelle Muscat u lil Adrian Delia.<\/p>\n<p>Issa ninsabu fit-tielet fa\u017ci tal-kampanja.<\/p>\n<p>Tal-<em>Malta Today<\/em> qed ixandru stejjer &#8220;esklussivi&#8221; li suppost huma mislutin minn 97% tar-rapport tal-inkjesta li baqa&#8217; ma xxandarx.<\/p>\n<p>Dawn ming\u0127alihom li dan huwa \u0121urnali\u017cmu. Mhux qed jistqarru li r-rapport raw\u0127 jew li akkwistaw kopja tieg\u0127u. Minflok, kif di\u0121\u00e0 ntba\u0127na, qed jitkellmu mal-persuna li dwarha sar ir-rapport u mal-qaddejja tag\u0127ha u qeg\u0127din ixandru biss siltiet minn dak li jidhrilhom huma li g\u0127andna nsiru nafu bih.<\/p>\n<p>M&#8217;jinix \u010bert jekk l-avukat \u0121enerali anti\u010bipax dak li qed ise\u0127\u0127 b\u0127alissa. L-esperjenza s&#8217;issa wriet li l-avukat \u0121enerali m&#8217;huwiex xi persuna li je\u010b\u010bella f&#8217;dan ir-rigward. Hu u ji\u010b\u0127ad talbiet g\u0127all-pubblikazzjoni tar-rapport kollu bl-isku\u017ca tal-integrit\u00e0 tal-inkjesti li g\u0127ad iridu jsiru, min jaf kemm l-avukat \u0121enerali j\u0127ossux qiesu \u010bu\u010b hekk kif Joseph Muscat ixandar biss dak li jaqbillu permezz tal-<em>Malta Today<\/em>.<\/p>\n<p>Li kieku Peter Grech kellu nitfa integrit\u00e0, kien jinsisti li jaqra&#8217; r-rapport s\u0127i\u0127 qabel ig\u0127addi\u0127 lill-persuna li dwarha saret l-investigazzjoni. M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, il-kelma &#8220;integrit\u00e0&#8221; Joseph Muscat m&#8217;g\u0127andux l-i\u010bken idea xi tfisser. U Saviour Balzan wera&#8217; m&#8217;g\u0127andu integrit\u00e0 ta&#8217; xejn hekk kif, minflok talab li je\u017camina r-rapport kollu biex juri li m&#8217;hu jaqdi lil \u0127add \u0127lief lill-qarrejja tieg\u0127u, a\u010b\u010betta li jing\u0127ata bi\u010b\u010biet mir-rapport mag\u0127\u017culin minn \u0127addie\u0127or.<\/p>\n<p>Minflok \u0127addnu l-integrit\u00e0, dawn il-qaddejja kollha g\u0127a\u017clu li jkunu kompli\u010bi fil-manipulazzjoni tal-prim ministru. Ix-xandir ta&#8217; dawk is-siltiet biss li jdoqqu g\u0127al widnejh jammonta g\u0127al gideb. Jekk g\u0127andek informazzjoni fuq mitt \u0127a\u0121a u xxandar informazzjoni fuq g\u0127axra biss, tkun qed tag\u0127\u017cel int liema mid-disg\u0127in g\u0127andek tostor. U dan jammonta g\u0127al gideb.<\/p>\n<p>Dawk il-professjonisti kollha li qed jippermettu lilhom infushom li ji\u0121u w\u017cati b&#8217;dan il-mod makakk, g\u0127andhom jirriflettu ftit dwar il-po\u017cizzjoni tag\u0127hom.<\/p>\n<p>Araw ftit kif l-avukati ta&#8217; Joseph Muscat, Keith Schembri, Konrad Mizzi u l-o\u0127rajn tal-klikka tal-Panama lanqas biss indenjaw ru\u0127\u0127om li jappellaw huma stess mis-sentenza tal-qorti kostituzzjonali li dde\u010bidiet li l-Im\u0127allef Antonio Mizzi &#8211; ir-ra\u0121el ta&#8217; MEP Laburista\u00a0 &#8211; g\u0127andu jwarrab u jag\u0127mel il-wisa&#8217; g\u0127al Im\u0127allef ie\u0127or biex ji\u0121i de\u010bi\u017c l-appell li g\u0127amlet il-Klikka tal-Panama minn ordni tal-qorti biex dawn ji\u0121u nvestigati fuq it-ta\u0127wid li wettqu skond dak li inkixef mill-Panama Papers.<\/p>\n<p>U ma ndenjawx ru\u0127\u0127om g\u0127ax Peter Grech da\u0127al g\u0127aliha hu. Ovvjament biex itawwal. Antonio Mizzi dalwaqt jitira. I\u017cda sakemm ji\u0121i biex jinstema&#8217; l-appell mis-sentenza li ordnatlu jwarrab mill-ka\u017c tal-Panama, se jil\u0127qu jg\u0127addu x-xhur, il-provi jin\u0127bew u min hu ta\u0127t suspett ig\u0127addiha lixxa. Grazzi g\u0127as-servizzi tal-avukat \u0121enerali.<\/p>\n<p>Tabil\u0127aqq ma nkunux qed ne\u017ca\u0121eraw meta nsejj\u0127u lil dan il-pajji\u017c Mafia State.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Je\u0127tie\u0121 li ji\u0121i \u010b\u010barat punt li qed jo\u0127loq \u010berta konfu\u017cjoni f&#8217;mo\u0127\u0127 in-nies: l-inkjesta Egrant ma ntalbitx mill-prim ministru skond il-prerogattiva li g\u0127andu ta\u0127t il-li\u0121i spe\u010bjali li tirregola l-inkjesti. Minflok g\u0127amel dan, il-prim ministru, kontra kull prassi, qabbad lill-kummissarju tal-pulizija biex jitlob li ssir inkjesta ma\u0121isterjali b&#8217;termini ta&#8217; riferenza imposti minn min suppost qed ji\u0121i investigat: [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":9299,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/9303\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=9303"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/9303\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":9328,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/9303\/revisions\/9328\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/9299\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=9303"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=9303"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=9303"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}