{"id":9357,"date":"2018-08-03T10:04:18","date_gmt":"2018-08-03T08:04:18","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=9357"},"modified":"2018-08-07T14:53:10","modified_gmt":"2018-08-07T12:53:10","slug":"dan-kollu-kienet-qalitulna","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/08\/dan-kollu-kienet-qalitulna\/","title":{"rendered":"Dan kollu kienet qalitulna"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-9354\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/washing-machine-pilatus-bank.jpg\" alt=\"\" width=\"800\" height=\"533\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/washing-machine-pilatus-bank-300x200.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/washing-machine-pilatus-bank-405x270.jpg 405w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/washing-machine-pilatus-bank-768x512.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/washing-machine-pilatus-bank.jpg 800w\" sizes=\"(max-width: 800px) 100vw, 800px\" \/><\/p>\n<p>Hekk kif <em>Standard &amp; Poor&#8217;s<\/em> turi t-t\u0127assib tag\u0127ha dwar il-qasam bankarju f&#8217;Malta, hi \u0127a\u0121a minn ewl id-dinja li\u00a0 dawk li ja\u0127dmu fis-servizzi finanzjarji sabu ru\u0127\u0127om f&#8217;ba\u0127ar ta&#8217; inkwiet. Fil-fatt m&#8217;g\u0127andhomx b&#8217;xiex jiskantaw g\u0127al dan l-inkwiet g\u0127ax jafu sew x&#8217;inhu ji\u0121ri.<\/p>\n<p>Dawn in-nies, li lil din l-industrija jifhmuha sew, jafu li s-swieq ilhom \u017cmien twil jitme\u017cm\u017cu kull meta tissemma&#8217; Malta. Mhux g\u0127ax f&#8217;Malta kien hawn bank fa\u017cull. \u0126a\u0121a b\u0127al din tista&#8217; sse\u0127\u0127 f&#8217;kwalunkwe pajji\u017c ie\u0127or. I\u017cda g\u0127ax il-bank fa\u017cull t\u0127alla ja\u0127dem g\u0127al \u017cmien twil.<\/p>\n<p>Je\u0127tie\u0121 nifhmu li min ikun irid i\u0127addem flusu g\u0127andu diversi g\u0127a\u017cliet madwar id-dinja fejn jista&#8217; jag\u0127mel dan.\u00a0 L-istqarrija ta&#8217; t\u0127assib minn <em>Standard &amp; Poor&#8217;s<\/em> hi l-a\u0127\u0127ar wa\u0127da minn sensiela ta&#8217; stqarrijiet minn organizzazzjoni li m&#8217;g\u0127andha ebda motivazzjoni parti\u0121\u0121jana biex timbarazza lil Joseph Muscat. G\u0127alkemm irid jing\u0127ad li tal-Labour \u00a0issa ilhom bl-istess kantaliena li dan it-t\u0127assib ta&#8217; osservaturi newtrali huwa tort tal-&#8220;bloggers Nazzjonalisti\u201d jew \u201cDavid Casa\u201d.<\/p>\n<p>X&#8217;qalet e\u017catt l-istqarrija ta&#8217; <em>Standard &amp; Poor&#8217;s<\/em>? L-Awtorit\u00e0 Bankarja Ewropea wriet it-t\u0127assib tag\u0127ha dwar l-<em>FIAU<\/em> u dwar l-eg\u0127mil tag\u0127ha. U g\u0127ax wriet dan it-t\u0127assib, tal-Labour wa\u0127\u0127lu f&#8217;David Casa. L-istess g\u0127amlu g\u0127at-t\u0127assib tal-Parlament Ewropew.<\/p>\n<p>G\u0127andu jifta\u0127 l-g\u0127ajnejn il-fatt li \u0127add ma qg\u0127ad jallega li l-prosekuzzjoni ta&#8217; Ali Sadr mill<em>-FBI<\/em> kienet motivata mill-politika parti\u0121\u0121jana Maltija. U min\u0127abba l-eg\u0127busija tar-ras, il-gvern baqa&#8217; jinjora dan kollu.<\/p>\n<p>Je\u0127tie\u0121 niftakru li l-ewwel darba li smajna bil-<em>Pilatus Bank<\/em> kien permezz tal-kitbiet ta&#8217; Daphne Caruana Galizia li kienet basret li dan il-bank kien se j\u0121ib lill-pajji\u017c fl-inkwiet.<\/p>\n<p>Il-verit\u00e0 hi li Daphne Caruana Galizia kienet ippruvat tifta\u0127 l-g\u0127ajnejn dwar il-<em>Pilatus Bank<\/em> sa mill-ewwel xhur tal- 2016. Li jfisser li dawk l-operaturi fis-servizzi finanzjarji, li b\u0127alissa qed jag\u0127mlu ta\u0127thom bl-inkwiet hekk kif &#8211; sa dalg\u0127odu stess &#8211; g\u0127adhom jg\u0127arblu l-konsegwenzi tal-istqarrija ta&#8217; <em>Standard &amp; Poor&#8217;s<\/em>, di\u0121\u00e0 kienu ilhom imwissijin g\u0127al \u017cmien twil.<\/p>\n<p>Daphne kienet kitbet dwar kontijiet bankarji fl-ismijiet tal-membri tal-familja tad-dittatur tal-A\u017cerbaj\u0121an u fl-ismijiet ta&#8217; o\u0127rajn b\u0127alma huma l-werrieta ta&#8217; dak li kien id-dittatur tal-Angola. U eventwalment kienet kitbet ukoll dwar kontijiet bankarji f&#8217;isem i\u010b-<em>Chief of Staff<\/em> tal-prim minsitru Keith Schembri.<\/p>\n<p>M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, l-informazzjoni li kien irnexxielha ti\u0121bor Daphne ma waqg\u0127etx mis-sema. Akkwistat din l-informazzjoni g\u0127ax \u0127admet ma&#8217; g\u0127ejjun, fosthom Maria Efimova li wasslitilha stejjer dwar dak kollu li kien g\u0127addej fil-<em>Pilatus Bank<\/em>.<\/p>\n<p>Il-Partit Nazzjonalista g\u0127amel sew meta fakkar lill-<em>MFSA<\/em> u lill-gvern dwar ir-responsabbilt\u00e0 li dawn je\u0127tie\u0121 jerfg\u0127u g\u0127al din il-\u0127sara kollha li saret lill-pajji\u017c. Lill-gvern, il-PN qallu l-<em>Pilatus Bank<\/em> ma kien messu qatt ing\u0127ata li\u010benzja biex jopera f&#8217;Malta u li kien messha ttie\u0127det azzjoni immedjata hekk kif bdew jixxandru l-istejjer dwar it-ta\u0127wid li kien qed ise\u0127\u0127.<\/p>\n<p>Madankollu l-attenzjoni tal-Partit Nazzjonalista (biex ma nsemmux ukoll lill-gvern) g\u0127andha wkol tin\u0121ibed g\u0127all-fatt li l-informazzjoni\u00a0 &#8211; korretta sal-anqas dettall u li kka\u0121unat \u0127sara &#8211; waslet ming\u0127and g\u0127ejjun u ming\u0127and \u0121urnalista li issa qed jipprova jiskredita u jgiddeb. Il-gvern u l-PN flimkien qed isejj\u0127u l-informazzjoni li kienet xandret Daphne Caruana Galizia dwar it-ta\u0127wid fil-<em>Pilatus Bank<\/em> b\u0127ala l-ikbar gidba fl-istorja politika Maltija.<\/p>\n<p>M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, l-iskreditar ma bediex illum, g\u0127alkemm il-koperazzjoni mimlija \u0127e\u0121\u0121a tal-PN hi fenomenu ri\u010benti li hu relattivament \u0121did. L-iskreditar ilu \u017cmien twil li beda&#8217; u kompla ji\u0127rax meta bdew jixxandru l-istejjer dwar il-<em>Pilatus Bank<\/em>. U meta nkixfet l-identit\u00e0 ta&#8217; Efimova, il-kanuni ddawwru g\u0127al fuqha wkoll.<\/p>\n<p>Li kieku dawk l-operaturi tas-servizzi finanzjarji &#8211; li kienu jafu bit-ta\u0127wid &#8211; ma tnikkrux biex jag\u0127mlu pressjoni fuq il-gvern biex i\u0121ieg\u0127luh ji\u010b\u010baqlaq u jnaddaf il-\u0127mie\u0121, forsi llum is-sitwazzjoni mhix gravi daqs kemm hi b\u0127alissa.<\/p>\n<p>Wasalna s&#8217;hawn min\u0127abba l-kompli\u010bit\u00e0 tas-silenzju u min\u0127abba l-interessi egoisti\u010bi tal-korrotti. U, milli jidher, il-maltemp li g\u0127addejjin minnu se jdum biex ibatti.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Hekk kif Standard &amp; Poor&#8217;s turi t-t\u0127assib tag\u0127ha dwar il-qasam bankarju f&#8217;Malta, hi \u0127a\u0121a minn ewl id-dinja li\u00a0 dawk li ja\u0127dmu fis-servizzi finanzjarji sabu ru\u0127\u0127om f&#8217;ba\u0127ar ta&#8217; inkwiet. Fil-fatt m&#8217;g\u0127andhomx b&#8217;xiex jiskantaw g\u0127al dan l-inkwiet g\u0127ax jafu sew x&#8217;inhu ji\u0121ri. Dawn in-nies, li lil din l-industrija jifhmuha sew, jafu li s-swieq ilhom \u017cmien twil jitme\u017cm\u017cu [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":9354,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/9357\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=9357"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/9357\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":9439,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/9357\/revisions\/9439\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/9354\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=9357"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=9357"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=9357"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}