{"id":93658,"date":"2020-08-11T16:03:00","date_gmt":"2020-08-11T14:03:00","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=93658"},"modified":"2020-08-11T18:36:54","modified_gmt":"2020-08-11T16:36:54","slug":"qed-nergghu-nittiehdu-mill-marda-nazzjonali-tar-reghba-u-tal-impunita","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/08\/qed-nergghu-nittiehdu-mill-marda-nazzjonali-tar-reghba-u-tal-impunita\/","title":{"rendered":"Qed ner\u0121g\u0127u nittie\u0127du mill-marda nazzjonali tar-reg\u0127ba u tal-impunit\u00e0"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-93652\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/08\/110478708_059058415-1.jpg\" alt=\"\" width=\"1024\" height=\"576\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/08\/110478708_059058415-1-200x113.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/08\/110478708_059058415-1-300x169.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/08\/110478708_059058415-1-400x225.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/08\/110478708_059058415-1-600x338.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/08\/110478708_059058415-1-768x432.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/08\/110478708_059058415-1-800x450.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/08\/110478708_059058415-1.jpg 1024w\" sizes=\"(max-width: 1024px) 100vw, 1024px\" \/> Robert Abela qalilna li t-tfal g\u0127andhom jattendu l-iskola. Qal dan b\u0127allikieku dawk li qed irabbu t-tfal ma jriduhomx jattendu l-iskejjel. Ifakkarna &#8211; g\u0127aliex mid-dehra je\u0127tie\u0121 li jkollna min ifakkarna &#8211; li je\u0127tie\u0121 li t-tfal ma jkomplux ifallu l-iskola. U li je\u0127tie\u0121 li nibbilan\u010bjaw il-\u0127tie\u0121a li t-tfal ikomplu bl-edukazzjoni tag\u0127hom mal-\u0127tie\u0121a li n\u0127arsulhom sa\u0127\u0127ithom, kif ukoll is-sa\u0127\u0127a ta&#8217; dawk li ji\u0121i in kuntatt mag\u0127hom.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/www.maltatoday.com.mt\/news\/national\/104137\/watch_abela_warns_of_educational_catastrophe_if_schools_do_not_reopen_safety_protocols_being_drafted#.XzKcGBMzY1I\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Robert Abela llum ried iserr\u0127ilna rasna u stqarr li l-protokolli g\u0127all-iskejjel qed jitfasslu mid-Dipartiment tas-Sa\u0127\u0127a.<\/a> Dan huwa \u0127a\u017cin g\u0127al diversi ra\u0121unijiet.<\/p>\n<p>L-ewwel: x&#8217;inhi r-ra\u0121uni li dawn il-protokolli qed jitfasslu proprju issa? U f&#8217;Awwissu? It-tfal ilhom ma jattendu l-iskejjel minn Marzu. Possibbli li, minn dakinhar &#8216;l hawn, \u0127add ma \u0127a \u0127sieb biex ifassal dawn il-protokolli? Ma ta\u0127sbux li hi farsa li l-iskejjel g\u0127adhom ma ng\u0127atawx direttivi dwar kif g\u0127andhom i\u0121ibu ru\u0127\u0127om meta dawn mistennija li jer\u0121g\u0127u jift\u0127u? Hemm g\u0127exieren ta&#8217; eluf li huma effettwati. L-g\u0127alliema ser ikunu mistennija li j\u0127ejju lezzjonijiet <em>online<\/em>? Il-\u0121enituri ser jintalbu jipprovdu g\u0127all-edukazzjoni ta&#8217; wliedhom minn djarhom? G\u0127andhom jinxtraw l-uniformijiet? Il-klassijiet ser ikun je\u0127tie\u0121 li ji\u0121u modifikati? Ser ikun je\u0127tie\u0121 tibdiliet fejn g\u0127andhom x&#8217;jaqsmu l-prattika tal-isport, il-laboratorji, l-prattika tax-xog\u0127ol, l-e\u017camijiet, fil-prattika tal-arti u d-drama, e\u010b\u010betra? Il-vannijiet li jg\u0127abbu t-tfal ser ikollhom limitu fin-numru ta&#8217; passi\u0121\u0121ieri? Ser ikunu me\u0127tie\u0121a aktar vannijiet? Ser ikunu me\u0127tie\u0121a aktar testijiet medi\u010bi fl-iskejjel?<\/p>\n<p>It-twe\u0121ibiet g\u0127al dawn il-mistoqsijiet kien messhom ing\u0127ataw \u0121img\u0127at s\u0127a\u0127 ilu lil dawk li jmexxu l-iskejjel kif ukoll lill-\u0121enituri biex dawn setg\u0127u j\u0127ejju ru\u0127\u0127om g\u0127all ftu\u0127 mill-\u0121did tal-iskejjel. S&#8217;issa dawn g\u0127adhom ma ng\u0127atawx twe\u0121iba wa\u0127da u Robert Abela b\u0127al spe\u010bi skandalizza ru\u0127u g\u0127all-fatt li n-nies qed turi t-t\u0127assib tag\u0127ha.<\/p>\n<p>Dawn il-protokolli mhux l-awtoritajiet tas-sa\u0127\u0127a biss je\u0127tie\u0121 li jfassluhom. It-tfassil tat-tibdiliet u l-implimentazzjoni tag\u0127hom jinvolvu pi\u017cijiet amministrattivi kbar \u0127afna li l-gvern ma jistax jaqbad u jimponihom lejliet il-ftu\u0127 tal-iskejjel. U mhux billi Owen Bonnici jipprova jbellag\u0127ha lir-rappre\u017centanti tal-istudenti minn fuq il-<em>Facebook<\/em> li kollox jinsab miexi \u0127arir. <img class=\"aligncenter size-full wp-image-93646\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/08\/WhatsApp-Image-2020-08-11-at-08.27.14.jpeg\" alt=\"\" width=\"576\" height=\"749\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/08\/WhatsApp-Image-2020-08-11-at-08.27.14-200x260.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/08\/WhatsApp-Image-2020-08-11-at-08.27.14-231x300.jpeg 231w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/08\/WhatsApp-Image-2020-08-11-at-08.27.14-400x520.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/08\/WhatsApp-Image-2020-08-11-at-08.27.14.jpeg 576w\" sizes=\"(max-width: 576px) 100vw, 576px\" \/> Minn daqqa t&#8217;g\u0127ajn lejn dan ir-ritratt, wie\u0127ed malajr jinteba\u0127 li Owen Bonnici ma jafx x&#8217;qed jag\u0127mel. L-istudenti li marru j\u017curuh idda\u0127\u0127lu f&#8217;kamra li hi \u017cg\u0127ira wisq biex tesa&#8217; 15 il-ru\u0127. Li kieku kienu f&#8217;ristorant, ir-ristorant kien ji\u0121i m\u0121ieg\u0127el jag\u0127laq. U dan mhux biss g\u0127aliex kienu aktar minn 10. G\u0127aliex dawn jinsabu mrassin ma&#8217; xulxin u \u0127add minnhom ma ndenja ru\u0127u jilbes maskra. Jekk il-protokolli li qed jitfasslu g\u0127all-iskejjel b&#8217;xi mod jixb\u0127u dawk li tfasslu g\u0127al din il-laqg\u0127a, g\u0127adna ma bdejniex inxommu d-di\u017castru li ser ikollna fil-qasam tal-edukazzjoni.<\/p>\n<p>Barra minn dan, dak li kiteb Owen Bonnici ma fih sugu ta&#8217; xejn. Dan stqarr li huwa wie\u0121eb il-mistoqsijiet kollha tal-istudenti i\u017cda t-twe\u0121ibiet tieg\u0127u ma jidhru miktubin imkien. L-istudenti tal-MCAST mistennija jibdew l-e\u017camijiet g\u0127ad-d\u0127ul fl-Universit\u00e0 fid-29 ta&#8217; Awwissu u sal-lum g\u0127adhom ma jafux f&#8217;liema swali ser isiru dawn l-e\u017camijiet. G\u0127adhom ma jafux jekk dawn is-swali humiex ser ikunu bl-arja kundizzjonata u x&#8217;arran\u0121amenti saru biex ji\u0121u rispettati d-distanzi so\u010bjali. S&#8217;issa l-ilmenti u l-protesti tag\u0127hom ma ng\u0127atawx widen. Ma jag\u0127milx sens l-argument ta&#8217; Robert Abela fis-sens li bosta minn dawk li huma nfettati bl-imxijja Covid m&#8217;g\u0127andhomx il-\u0127tie\u0121a li jittie\u0127du l-isptar. Dawn l-istudenti tal-MCAST bir-ra\u0121un jinsabu nkwetati g\u0127an-nanniet tag\u0127hom u g\u0127al qraba vulnerabbli li jkun je\u0127tie\u0121 li jer\u0121g\u0127u ji\u017colaw ru\u0127\u0127om min\u0127abba l-politika \u017cbaljata tal-gvern u jippreferu li joqg\u0127odu fuq il-pariri tal-esperti medi\u010bi milli fuq il-pariri tal-prim ministru. <a href=\"https:\/\/www.independent.com.mt\/articles\/2020-08-11\/local-news\/Britons-scramble-to-get-home-amid-fears-Malta-other-countries-could-be-added-to-UK-quarantine-list-6736225996\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Dawn l-esperti lkoll kelma wa\u0127da li r-riskju tal-infezzjoni f&#8217;Malta hu og\u0127la minn dak tal-\u0121irien Ewropej tag\u0127na.<\/a> U dan qabel il-ftu\u0127 tal-iskejjel.<\/p>\n<p>Skont id-<em>Daily Mail <\/em>&#8220;minn nhar il-\u0126add &#8216;l hawn, ir-rata tal-infezzjonijiet fi Franza kienet ta&#8217; 26 g\u0127al kull 100,000 ru\u0127, fil-Polonja 23 u fl-Isvizzera 25. Il-biera\u0127 f&#8217;Malta kellna 58.6 ka\u017c g\u0127al kull 100,000 ru\u0127 u fl-Olanda 32.5. U r-rati ta&#8217; infezzjoni komplew ji\u017cdiedu tul l-a\u0127\u0127ar \u0121img\u0127a kif irri\u017culta minn informazzjoni mi\u0121bura mill-<em>European Centre for Disease Prevention and Control<\/em>&#8220;.<\/p>\n<p>I\u017cda f&#8217;Malta hawn min irid ibellag\u0127ha li m&#8217;g\u0127andniex g\u0127alfejn noqg\u0127odu nit\u0127assbu. G\u0127al min isegwi l-One TV, dawk li jesprimu t-t\u0127assib tag\u0127hom huma giddibin. <a href=\"https:\/\/www.one.com.mt\/news\/2020\/08\/09\/malta-bl-anqas-ghadd-u-fost-l-anqas-incidenzi-fl-ewropa\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Dan ir-rapport jittratta dwar ir-rata tal-infezzjonijiet mill-2019 &#8216;l hawn u jipprova jipperswadina li r-rati ta&#8217; Malta huma aktar baxxi minn dawk ta&#8217; pajji\u017ci o\u0127ra<\/a><a href=\"https:\/\/www.one.com.mt\/news\/2020\/08\/09\/malta-bl-anqas-ghadd-u-fost-l-anqas-incidenzi-fl-ewropa\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">. <\/a>Bosta huma dawk li jsegwu biss il-One TV. Dawn qed jing\u0127ataw pariri medi\u010bi \u017cbaljati u qeg\u0127din ig\u0127idulhom li m&#8217;g\u0127andniex g\u0127alfejn noqg\u0127odu attenti. Sa\u0127ansitra hemm min qed ixerridha li dawk li qed ja\u017c\u017cardaw li jmeru l-po\u017cizzjoni tal-gvern li m&#8217;hemm ebda kri\u017ci dwar l-imxijja Covid, <a href=\"https:\/\/www.one.com.mt\/news\/2020\/08\/11\/velenu-fl-ilsien\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">qed jag\u0127mlu dan g\u0127aliex huma nies \u0127\u017ciena li mo\u0127\u0127hom biss biex ixerrdu l-velenu b&#8217;ilsienhom.<\/a> Ji\u0121ifieri dawk li jinsabu m\u0127assba dwar ir-rati g\u0127oljin tal-infezzjoni &#8211; rati li kienu wasslu biex qafluna fi djarna g\u0127al xahrejn s\u0127a\u0127 &#8211; skont il-gvern qed ixerrdu l-velenu u qed i\u0121ibu ru\u0127\u0127om b&#8217;mod sedizzju\u017c.<\/p>\n<p>Huwa \u010bar li dan kollu m&#8217;huwiex ri\u017cultat tal-politika edukattiva tal-gvern. <a href=\"https:\/\/palermo.repubblica.it\/cronaca\/2020\/08\/11\/news\/in_sicilia_piu_contagi_che_in_lombardia_esplode_il_caso_dei_viaggi_a_malta-264371659\/?ref=fbpr&amp;refresh_ce\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Dawk il-\u0127dax il-\u017cag\u0127\u017cug\u0127 Sqalli li din il-\u0121img\u0127a dda\u0127\u0127lu fi kworantina wara ttie\u0127du mill-imxijja ma kienux \u0121ew f&#8217;Malta biex jattendu l-iskola.<\/a> \u0120ew hawn biex jiddevertu. U waqt li l-industrija tad-divertiment impalat il-liri, dawn komplew ixerrdu l-infezzjoni fostna. A\u0127bar b\u0127al din ma messiex \u0121iet milqug\u0127a bl-indifferenza \u00e0 la Robert Abela li qalilna li bl-imxijja ma jmutux nies. I\u017cda din l-a\u0127bar messha ntlaqg\u0127et b\u0127ala d-di\u017castru li hi u li sa\u0127ansitra waslet g\u0127and <em>La Repubblica<\/em> li mbag\u0127ad g\u0127addiet biex tiddeskrivi lil Malta b\u0127ala &#8220;pajji\u017c problema&#8221;. Spe\u010bi ta&#8217;, jekk m&#8217;intix ser tmur Malta biex ta\u0127sel il-flus tal-mafja, ser tmur hemm biex imbag\u0127ad i\u0121\u0121ib l-imxijja lura mieg\u0127ek.<\/p>\n<p>Ag\u0127tu daqqa t&#8217;g\u0127ajn lejn dan ir-ritratt li n\u0121ibed dalg\u0127odu.<img class=\"aligncenter size-full wp-image-93648\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/08\/WhatsApp-Image-2020-08-11-at-11.54.43.jpeg\" alt=\"\" width=\"1024\" height=\"768\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/08\/WhatsApp-Image-2020-08-11-at-11.54.43-200x150.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/08\/WhatsApp-Image-2020-08-11-at-11.54.43-300x225.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/08\/WhatsApp-Image-2020-08-11-at-11.54.43-400x300.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/08\/WhatsApp-Image-2020-08-11-at-11.54.43-600x450.jpeg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/08\/WhatsApp-Image-2020-08-11-at-11.54.43-768x576.jpeg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/08\/WhatsApp-Image-2020-08-11-at-11.54.43-800x600.jpeg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/08\/WhatsApp-Image-2020-08-11-at-11.54.43.jpeg 1024w\" sizes=\"(max-width: 1024px) 100vw, 1024px\" \/> Nistaqsi: b&#8217;liema protokoll jinsab marbut is-sid ta&#8217; dan il-vapur? Tg\u0127id il-protokoll jixba\u0127 dak li qed jitfassal g\u0127all-iskejjel tag\u0127na? Dawk li tg\u0127abbew fuq il-vapur qed jintalbu li jilbsu l-maskri u li j\u017commu &#8216;l bog\u0127od minn xulxin b&#8217;mill-inqas 2 metri? Dawn il-protokolli qed ji\u0121u njorati?<\/p>\n<p>Wisq nib\u017ca&#8217; li qed ner\u0121g\u0127u nittie\u0127du mill-marda nazzjonali endemika: dik tar-reg\u0127ba u tal-impunit\u00e0. \u0126alli g\u0127alina biex infasslu l-li\u0121ijiet, dment li dawn imbag\u0127ad jit\u0127allew fuq il-karta u ma ji\u0121ux infurzati sabiex xi w\u0127ud ikunu jistg\u0127u jimlew bwiethom. U d-dg\u0127ajjfin u l-vulnerabbli jistg\u0127u jmorru jixxejru. U tista&#8217; wkoll tmur tixxejjer l-edukazzjoni ta&#8217; wliedna. Wara kollox, li kieku ma kienx g\u0127all-fatt li kien hemm min kellu lublieba biex jer\u0121a&#8217; jifta\u0127 in-<i>night-clubs<\/i> b\u0127allikieku l-imxijja m&#8217;hix ser tkompli tolqotna, f&#8217;Settembru li \u0121ej l-iskejjel tag\u0127na ser ner\u0121g\u0127u nift\u0127uhom ming\u0127ajr \u0127afna xkiel.<\/p>\n<p>Robert Abela g\u0127andu ra\u0121un fuq \u0127a\u0121a wa\u0127da. L-edukazzjoni ta&#8217; wliedna ser tie\u0127u daqqa kbira.<\/p>\n<p>U l-gvern je\u0127tie\u0121 li jag\u0127ti rendikont g\u0127al dan id-di\u017castru.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Robert Abela qalilna li t-tfal g\u0127andhom jattendu l-iskola. Qal dan b\u0127allikieku dawk li qed irabbu t-tfal ma jriduhomx jattendu l-iskejjel. Ifakkarna &#8211; g\u0127aliex mid-dehra je\u0127tie\u0121 li jkollna min ifakkarna &#8211; li je\u0127tie\u0121 li t-tfal ma jkomplux ifallu l-iskola. U li je\u0127tie\u0121 li nibbilan\u010bjaw il-\u0127tie\u0121a li t-tfal ikomplu bl-edukazzjoni tag\u0127hom mal-\u0127tie\u0121a li n\u0127arsulhom sa\u0127\u0127ithom, kif ukoll [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":93653,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/93658\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=93658"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/93658\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":93665,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/93658\/revisions\/93665\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/93653\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=93658"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=93658"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=93658"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}