{"id":94363,"date":"2020-09-08T09:52:51","date_gmt":"2020-09-08T07:52:51","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=94363"},"modified":"2020-09-08T13:54:08","modified_gmt":"2020-09-08T11:54:08","slug":"jekk-il-gvern-ma-jhassarx-il-kuntratt-tal-electrogas-ser-ikollna-niehdu-passi-biex-inhassruh","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/09\/jekk-il-gvern-ma-jhassarx-il-kuntratt-tal-electrogas-ser-ikollna-niehdu-passi-biex-inhassruh\/","title":{"rendered":"Jekk il-gvern ma j\u0127assarx il-kuntratt tal-Electrogas, ser ikollna nie\u0127du passi biex in\u0127assru\u0127."},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter wp-image-94359 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/09\/mystery-company-named-by-murdered-maltese-journalist-is-linked-to-power-station-developer__374393_-1-1024x682-1.jpg\" alt=\"\" width=\"1024\" height=\"682\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/09\/mystery-company-named-by-murdered-maltese-journalist-is-linked-to-power-station-developer__374393_-1-1024x682-1-200x133.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/09\/mystery-company-named-by-murdered-maltese-journalist-is-linked-to-power-station-developer__374393_-1-1024x682-1-300x200.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/09\/mystery-company-named-by-murdered-maltese-journalist-is-linked-to-power-station-developer__374393_-1-1024x682-1-400x266.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/09\/mystery-company-named-by-murdered-maltese-journalist-is-linked-to-power-station-developer__374393_-1-1024x682-1-600x400.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/09\/mystery-company-named-by-murdered-maltese-journalist-is-linked-to-power-station-developer__374393_-1-1024x682-1-768x512.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/09\/mystery-company-named-by-murdered-maltese-journalist-is-linked-to-power-station-developer__374393_-1-1024x682-1-800x533.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/09\/mystery-company-named-by-murdered-maltese-journalist-is-linked-to-power-station-developer__374393_-1-1024x682-1.jpg 1024w\" sizes=\"(max-width: 1024px) 100vw, 1024px\" \/><\/p>\n<p>Tiskanta kemm g\u0127ad hawn bolo\u0127 li ja\u0127sbu li darba wa\u0127da pajji\u017cna kien g\u0127addej mill-aqwa \u017cmien u li kien biss bis-sa\u0127\u0127a tal-e\u017ca\u0121erazzjonijiet ta&#8217; dawk is-segwa\u010bi fanati\u010bi kollha ta&#8217; Daphne li dan i\u017c-\u017cmien \u0121ie fi tmiemu qabel il-waqt. Mhux bi \u0127siebni noqg\u0127od nid\u0127ol f&#8217;dibattitu morali dwar l-g\u0127a\u017cla li hemm bejn il-kilba g\u0127all-flus u l-insistenza fuq it-twettiq tas-sewwa u tal-\u0121ustizzja, jkunu x&#8217;ikunu l-konsegwenzi. Mhux g\u0127ax jien ma nafx l-g\u0127a\u017cla tieg\u0127i x&#8217;g\u0127andha tkun. I\u017cda lir-rg\u0127iba, tg\u0127idlihom x&#8217;tg\u0127idilhom, ma tkun tista&#8217; tikkonvin\u010bihom b&#8217;xejn.<\/p>\n<p>Li jiskantani u li jnixxifni m&#8217;huwiex li dawn in-nies xtaqu li l-mewt ta&#8217; Daphne tintnesa&#8217; u titfarfar ta\u0127t it-tapit biex b&#8217;hekk inkunu nistg\u0127u nkomplu nixxalaw u ngawdu x-xa\u0127am \u0121ej mill-kriminalit\u00e0. Jiskantani u jnixxifni l-fatt li dawn in-nies kien ming\u0127alihom li fil-fatt e\u017cista l-aqwa \u017cmien u li kien ser imisshom xi sehem minnu.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/theshiftnews.com\/2020\/09\/07\/konrad-mizzi-gifted-electrogas-over-e40-million-in-excise-tax-refunds\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Il-biera\u0127 <em>The Shift News<\/em> xandar rapport li \u017cvela li Yorgen Fenech u Konrad Mizzi kienu dde\u010bidew li jiffrankaw lill-<em>Electrogas<\/em> \u20ac40 miljun f&#8217;taxxi tas-sisa dovuti lid-dwana fuq l-importazzjoni ta&#8217; \u017cjut.<\/a> Din l-ispi\u017ca spi\u010b\u010bat biex laqqtitha l-<em>Enemalta<\/em>, ji\u0121ifieri spi\u010b\u010bat biex ittie\u0127det minn bwiet il-poplu Malti biex b&#8217;hekk Yorgen Fenech u s\u0127abu fin-negozju jkunu jistg\u0127u jaqilg\u0127u \u20ac40 miljun fuq ir-ri\u0127.<\/p>\n<p>Dak li se\u0127\u0127 ma kienx normali. M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, kul\u0127add jippreferi li j\u017comm f&#8217;butu il-qlieg\u0127 li jkollu ming\u0127ajr il-\u0127tie\u0121a ta&#8217; \u0127las ta&#8217; taxxi. Kull kuntratt li jsir mal-gvern ikun jista&#8217; j\u0127alli profitt akbar kemm il-darba ma tit\u0127allasx taxxa fuq il-materja prima li ti\u0121i mpurtata biex jing\u0127ata servizz lill-gvern. U l-impjegati tal-gvern jispi\u010b\u010baw b&#8217;aktar flus fil-but li kieku mill-paga ma titnaqqsilhomx direttament it-taxxa dovuta mill-istess gvern li jimpjegahom.<\/p>\n<p><em>The Shift News<\/em> \u017cvelat li <em>e-mails<\/em> li g\u0127andha f&#8217;idejha juru din id-de\u010bi\u017cjoni li ti\u0121i ffrankata t-taxxa lill-<em>Electrogas<\/em> se\u0127\u0127et wara battalja qalila li damet g\u0127addejja xhur s\u0127a\u0127. Dan ma kienx parti mill-pro\u010bess tal-offerti. Fatt li ma jistax \u0127lief ifisser li min kien bi \u0127siebu li jag\u0127mel offerta lill-<em>Enemalta<\/em>, fl-istess \u017cmien li kienet g\u0127amlet offerta l-<em>Electrogas,<\/em> ma kienx jaf li l-ispi\u017ca kienet ser tkun ta&#8217; \u20ac40 miljun inqas mill-kalkoli li g\u0127amlu meta kellha tittie\u0127ed in konsiderazzjoni t-taxxa dovuta fuq i\u017c-\u017cjut. De\u010bi\u017cjoni b\u0127al dik li ttie\u0127det wara li l-pro\u010bess tal-offerti \u0121ie fi tmiemu kienet wa\u0127da in\u0121usta u llegali u, fit-teorija, min m&#8217;huwiex mid\u0127la jew \u0127abib ta&#8217; Konrad Mizzi li seta&#8217; g\u0127amel offerta g\u0127all-kuntratt tal-ener\u0121ija, seta&#8217; wkoll jifta\u0127 kaw\u017ca fil-qorti.<\/p>\n<p>Id-de\u010bi\u017cjoni li permezz tag\u0127ha is-somma ta&#8217; \u20ac40 miljun \u0121iet iffrankata f&#8217;taxxa kienet wa\u0127da llegali g\u0127aliex tammonta g\u0127al <em>state aid<\/em> ji\u0121ifieri g\u0127ajnuna mill-istat. G\u0127al xi ra\u0121uni, il-Kummissjoni Ewropea kienet idde\u010bidiet li l-garanzija ta&#8217; \u20ac360 miljun li kien g\u0127amel il-gvern ma kienitx illegali u ma tammontax g\u0127al g\u0127ajnuna mill-istat. G\u0127andi g\u0127alxiex nissuspetta li, wara li nkixfu tant borom dwar l-<em>Electrogas<\/em>, li kieku l-Kummissjoni Ewropea kellha ter\u0121a tittratta l-ka\u017c, il-konklu\u017cjoni tag\u0127ha tkun wa\u0127da differenti. M&#8217;hemm assolutament ebda mod kif il-Kummissjoni Ewropea setg\u0127et ta\u010b\u010betta li ji\u0121i ffrankat il-\u0127las ta&#8217; taxxi lil kumpannija privata li ta&#8217; bilfors kellha tikkompeti f&#8217;pro\u010bess ta&#8217; kuntratt bl-offerti mal-Ewropa kollha.<\/p>\n<p>Ftit jiem qabel <em>The Shift News<\/em> kixfet din l-istorja fl-inkjesta dwar il-qtil ta&#8217; Daphne, Alfred Camilleri stqarr li l-<em>Enemalta<\/em> kienet tg\u0127abbiet hi bl-ispi\u017ca ta&#8217; \u20ac5 miljun fi \u0127las ta&#8217; taxxa dovuti mill-<em>Electrogas.<\/em> Dan se\u0127\u0127 min\u0127abba xi sottovalutar u min\u0127abba xi nuqqas ta&#8217; trasparenza fl-im\u0121ieba tal-gvern? Jew inkella kien ri\u017cultat ta&#8217; attentat biex jitg\u0127attew ix-xtur?<\/p>\n<p>Ag\u0127tu daqqa t&#8217;g\u0127ajn lejn il-kitba li \u0121ejja ta&#8217; Matthew Caruana Galizia.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fmatthewcaruanagalizia%2Fposts%2F10164122555410035&amp;show_text=true&amp;width=552&amp;height=237&amp;appId\" width=\"552\" height=\"237\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\" data-mce-fragment=\"1\"><\/iframe><\/p>\n<p>Dawk ir-rg\u0127iba kollha tg\u0127id issa ser jift\u0127u g\u0127ajnejhom u jibdew\u00a0 jifhmu li kienu qed jinsterqu f&#8217;wi\u010b\u010bhom u li l-assassinju ta&#8217; Daphne kien me\u0127tie\u0121 biex jitg\u0127atta l-\u0127mie\u0121 u l-inkallar? Tg\u0127id ser jibdew jifhmu li ma jistax jitkattar il-\u0121id fil-pajji\u017c kemm il-darba miljuni kbar jibqg\u0127u jinsterqu mill-ftit?<\/p>\n<p>Jekk ma jitwaqqafx il-kuntratt tal-<em>Electrogas,<\/em> is-serq ser jibqa&#8217; g\u0127addej. G\u0127adna qed ninsterqu tal-\u0121urnata mqaddsa tal-lum u anki jekk &#8211; g\u0127alissa &#8211; Yorgen Fenech innifsu ma jistax igawdi l-frott ta&#8217; dan id-delitt kriminali, l-familja tieg\u0127u u l-familji ta&#8217; s\u0127abu fin-negozju &#8211; ji\u0121ifieri l-familji Gasan u Apap Bologna, kif ukoll is-<em>Siemens<\/em> u s-<strong>Socar<\/strong> &#8211; ser jibqg\u0127u jisirqu l-flus minn bwietna kull darba li n\u0127allsu kont tad-dawl.<\/p>\n<p>G\u0127alissa l-mezzi tax-xandir tawna l-opportunit\u00e0 li nag\u0127tu daqqa t&#8217;g\u0127ajn \u0127afifa lejn il-provi. Fi \u0121ranet li \u0121ejjin, dawn il-provi ser jitressqu fil-qorti fil-ka\u017c li qed jag\u0127mel l-istat kontra Yorgen Fenech. Din l-istorja m&#8217;hix biss dwar l-ikla \u0127abs li mistenni li jiekol Yorgen Fenech. Hi wkoll dwar it-twaqqif tas-serq li wettaq. Je\u0127tie\u0121 li titwaqqaf \u0127esrem ix-xmara ta&#8217; miljuni die\u0127la fi bwiet dawn il-qabda \u0127allelin. Dawn setg\u0127u kellhom jew seta&#8217; ma kellhomx x&#8217;jaqsmu mal-assassinju ta&#8217; Daphne. I\u017cda l-verit\u00e0 hi li g\u0127adhom sal-lum igawdu &#8211; sa\u0127ansitra anki dawk ir-rg\u0127iba li g\u0127adhom tal-fehma li l-assassinju ta&#8217; Daphne g\u0127andu jintnesa&#8217; u jindifen.<\/p>\n<p>Jekk ikun irid, il-gvern jista&#8217; jibda&#8217; t-triq tal-fidwa tieg\u0127u billi j\u0127assar il-kuntratt tal-<em>Electrogas<\/em> min\u0127abba l-fatt li dan kien ing\u0127ata bis-sa\u0127\u0127a tar-relazzjoni korrotta li kien hemm bejn Yorgen Fenech u Konrad Mizzi u Yorgen Fenech u dawk li kienu qaqo\u010b\u010ba mag\u0127hom, ji\u0121ifieri Keith Schembri u Joseph Muscat.<\/p>\n<p>Ma na\u0127sibx li l-gvern ser jaqbad din it-triq.<\/p>\n<p>Hekk kif jitressqu l-provi fil-qorti, sta g\u0127alina \u010b-\u010bittadini li qed in\u0127allsu l-kontijiet tad-dawl bil-g\u0127oli biex nie\u0127du passi legali biex jit\u0127assar il-kuntratt.<\/p>\n<p>Dan ser nag\u0127mluh anki g\u0127al wi\u010b\u010b dawk li g\u0127adhom ma\u0127kumin minn nostal\u0121ija g\u0127a\u017c-\u017cmien ta&#8217; Joseph Muscat.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Tiskanta kemm g\u0127ad hawn bolo\u0127 li ja\u0127sbu li darba wa\u0127da pajji\u017cna kien g\u0127addej mill-aqwa \u017cmien u li kien biss bis-sa\u0127\u0127a tal-e\u017ca\u0121erazzjonijiet ta&#8217; dawk is-segwa\u010bi fanati\u010bi kollha ta&#8217; Daphne li dan i\u017c-\u017cmien \u0121ie fi tmiemu qabel il-waqt. Mhux bi \u0127siebni noqg\u0127od nid\u0127ol f&#8217;dibattitu morali dwar l-g\u0127a\u017cla li hemm bejn il-kilba g\u0127all-flus u l-insistenza fuq it-twettiq tas-sewwa [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":94360,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/94363\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=94363"}],"version-history":[{"count":4,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/94363\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":94373,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/94363\/revisions\/94373\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/94360\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=94363"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=94363"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=94363"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}