{"id":9443,"date":"2018-08-07T14:41:51","date_gmt":"2018-08-07T12:41:51","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=9443"},"modified":"2018-08-08T08:57:37","modified_gmt":"2018-08-08T06:57:37","slug":"zewg-deputati-parlamentari-jitolbu-l-ftuh-mill-gdid-tal-inkjesta-egrant","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/08\/zewg-deputati-parlamentari-jitolbu-l-ftuh-mill-gdid-tal-inkjesta-egrant\/","title":{"rendered":"\u017bew\u0121 deputati parlamentari jitolbu l-ftu\u0127 mill-\u0121did tal-inkjesta Egrant"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-9436\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/egrantt.jpg\" alt=\"\" width=\"575\" height=\"462\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/egrantt-300x241.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/egrantt-336x270.jpg 336w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/egrantt.jpg 575w\" sizes=\"(max-width: 575px) 100vw, 575px\" \/><\/p>\n<p>Meta storja jkun hemm min iqisha b\u0127allikieku kienet Van\u0121elu u dawk li g\u0127andhom is-setg\u0127a f&#8217;idejhom ma jitilfux mument wie\u0127ed biex jippruvaw ibellg\u0127uha sal-ger\u017cuma tan-nies li tabil\u0127aqq hi Van\u0121elu u li dan \u0127add m&#8217;g\u0127andu l-jedd li jiddubitah, ma jistax jonqos li jkun hemm min jo\u0127ro\u0121 b&#8217;mistoqsijiet pertinenti.<\/p>\n<p>It-theddid u x-xiljiet x&#8217;aktarx i\u0121ieg\u0127lu lil dak li jkun jissuspetta li fl-istorja hemm xi \u0127a\u0121a li ma ddoqqx. Ftit \u0127afna huma dawk li raw ir-rapport tal-inkjesta Egrant: l-awtur u l-\u0127addiema tal-uffi\u010b\u010bju tal-ma\u0121istrat; l-avukat \u0121enerali u l-\u0127addiema tal-uffi\u010b\u010bju tieg\u0127u; xi membri tal-korp tal-pulizija; u l-prim ministru u dawk ta&#8217; madwaru.<\/p>\n<p>U minkejja dan, dawk li qeg\u0127din jistaqsu mistoqsijiet dwar x&#8217;fih ir-rapport qed ji\u0121u mixlija li qeg\u0127din iqanqlu d-dubji apposta, li ma ja\u0127mlux lill-familja Muscat, li l-fatti u ra\u0121uni ma jridux jafu bihom, li qed jonqsu li jirrispettaw is-saltna tad-dritt jew &#8211; din xilja \u0121dida tal-Labour\u00a0 &#8211; li t-tir tag\u0127hom hu li &#8220;jattakkaw&#8221; lil Aaron Bugeja.<\/p>\n<p>Ejjew ne\u017caminaw il-qag\u0127da bil-kalma. Indunajtu kif qomsu tal-Labour wara li <a href=\"https:\/\/www.newsbook.com.mt\/blogg\/2018\/08\/07\/no-inquiry-should-be-taken-as-gospel-truth\/?lang=en\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">llum id-Deputat tal-PN Karol Aquilina a\u017c\u017carda jikteb li l-inkjesta m&#8217;g\u0127andhiex titqies b\u0127allikieku hi Van\u0121elu<\/a> u li din l-inkjesta g\u0127andha tinfeta\u0127 mill-\u0121did wara li rri\u017culta li, sa fejn huwa mag\u0127ruf, \u010berti fatti ma tti\u0127dux in konsiderazzjoni mill-inkjesta.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-9437\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/4503f07ccab85e495eea614d9bf8ac18f1de577c-1459377552-56fc5590-360x251.jpg\" alt=\"\" width=\"360\" height=\"251\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/4503f07ccab85e495eea614d9bf8ac18f1de577c-1459377552-56fc5590-360x251-300x209.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/4503f07ccab85e495eea614d9bf8ac18f1de577c-1459377552-56fc5590-360x251.jpg 360w\" sizes=\"(max-width: 360px) 100vw, 360px\" \/><\/p>\n<p>A\u0127arquh! Mitlufin f&#8217;dag\u0127diha liema b\u0127alha, lil Adrian Delia tal-Labour qalulu li lil Karol Aquilina g\u0127andu jsikktu u sabiex ma j\u0127alli\u0127x iqanqal dubji.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/articles\/view\/20180805\/opinion\/send-it-back-manuel-delia.686049\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Wara li jien ktibt artiklu fuq is-<em>Sunday Times of Malta <\/em><\/a>li fih g\u0127amilt su\u0121\u0121eriment simili, fuq il-<em>Facebook<\/em> id-Deputat Jason Azzopardi ukoll qabel li l-Ma\u0121istrat g\u0127andu jer\u0121a&#8217; jag\u0127ti daqqa t&#8217;g\u0127ajn o\u0127ra. I\u017cda l-inkjesta, li suppost kellha tinvestiga l-g\u0127emil tal-prim ministru, f&#8217;radda ta&#8217; salib issa saret spe\u010bi ta&#8217; inkwi\u017cizzjoni kontra min ja\u017c\u017carda jdejjaq lill-koppja Muscat.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fjason.azzopardi.315%2Fposts%2F879986885529220&amp;width=500\" width=\"500\" height=\"586\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\"><\/iframe><\/p>\n<p><a href=\"http:\/\/www.independent.com.mt\/articles\/2018-08-07\/local-news\/Maria-Efimova-expected-to-be-charged-with-perjury-and-slander-police-sources-6736194570\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\"><em>The Malta Independent<\/em> ikkonfermat l-a\u0127bar mistennija li Maria Efimova se ti\u0121i mixlija\u00a0 <\/a>bi sper\u0121ur, diffamazzjoni u frodi. Dan hi a\u0127bar &#8220;mistennija&#8221; mhux g\u0127ax o\u0121\u0121ettivament Efimova g\u0127andha xi \u0127tija i\u017cda g\u0127aliex tal-Labour ilhom \u017cmien twil jippersegwitawha sew minn qabel isimha fe\u0121\u0121 fl-a\u0127barijiet. Dawn di\u0121\u00e0 ppruvaw i\u0121ibuha Malta b&#8217;estradizzjoni fuq akku\u017ci foloz. U jidher li hekk se jippruvaw jer\u0121g\u0127u jag\u0127mlu.<\/p>\n<p>Madankollu ma jidhirx li se jakku\u017cawha li \u0127admet b\u0127ala spija g\u0127ar-Russja. Fuq hekk kien xlieha personalment Joseph Muscat. Tg\u0127id il-pulizija se jressqu lilu b&#8217;akku\u017ca ta&#8217; diffamazzjoni? Wie\u0127ed g\u0127andu g\u0127alxiex ja\u0127seb li lill-ambaxxatur Russu il-prim ministru je\u0127tie\u0121 jag\u0127millu xi kjarifiki. Bl-iskreditar tax-xhieda ta&#8217; Maria Efimova u t-tkissir tar-reputazzjoni tag\u0127ha, mhux Joseph Muscat biss ikun qed jinqeda&#8217;. Ikun qed jinqeda&#8217; wkoll is-sid tal-Pilatus Bank. G\u0127ax ikun jaqbel jekk il-mara li Ali Sadr xela&#8217; falz li kienet serqitu meta fil-fatt kien hu, kif ammetta l-amministratur tal-bank, li kien midjun mag\u0127ha, ti\u0121i skreditata b\u0127ala xhud.<\/p>\n<p>Hu u jaqra din il-kitba minn New York, fejn qed jin\u017camm b&#8217;ordni tal-qorti, Ali Sadr g\u0127andu g\u0127alxiex ikun sodisfatt meta jara li l-gvern Malti g\u0127al darb&#8217;o\u0127ra qieg\u0127ed jaqdih billi jeqred provi li jistg\u0127u jwasslu biex jinqafel f&#8217;\u010bella g\u0127al g\u0127omru. Dak li Ali Sadr ma rnexxilux jag\u0127mel bis-sa\u0127\u0127a tal-ftu\u0127 ta&#8217; kaw\u017ca ta&#8217; 40 miljun dollaru f&#8217;Arizona kontra Daphne Caruana Galizia \u2014 u Alla biss jaf x&#8217;g\u0127amel aktar &#8211; jista&#8217; jwettqu jekk jirnexxilu &#8220;jdendel&#8221; lil Maria Efimova.<\/p>\n<p>Din l-inkwi\u017cizzjoni mhix qed issir biex t\u0127ares xi domma tal-fidi. <span class=\"Apple-converted-space\">It-theddid u l-intimidazzjoni \u0121ejjin mill-kbarat ta&#8217; Kastilja u mill-qaddejja tag\u0127hom fil-kwartieri ta\u017c-\u017cew\u0121 partiti politi\u010bi u mill-uffi\u010b\u010bji tal-prosekuturi u tal-kbarat tal-pulizija<\/span> qed isiru bl-iskop li j\u0121ieg\u0127eluk temmen li dawn m&#8217;humiex \u010borma \u0127allelin, li l-provi fuq provi li hemm kontra tag\u0127hom huma biss frott l-imma\u0121inazzjoni u li min qed jixlihom \u0127aqqu li jin\u0127araq.<\/p>\n<p>I\u017cda, s&#8217;issa, \u017cew\u0121 deputati parlamentari kellhom il-kura\u0121\u0121 li jg\u0127idu li g\u0127ad hemm &#8220;imma&#8221;.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Meta storja jkun hemm min iqisha b\u0127allikieku kienet Van\u0121elu u dawk li g\u0127andhom is-setg\u0127a f&#8217;idejhom ma jitilfux mument wie\u0127ed biex jippruvaw ibellg\u0127uha sal-ger\u017cuma tan-nies li tabil\u0127aqq hi Van\u0121elu u li dan \u0127add m&#8217;g\u0127andu l-jedd li jiddubitah, ma jistax jonqos li jkun hemm min jo\u0127ro\u0121 b&#8217;mistoqsijiet pertinenti. It-theddid u x-xiljiet x&#8217;aktarx i\u0121ieg\u0127lu lil dak li jkun [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":9436,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/9443\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=9443"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/9443\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":9454,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/9443\/revisions\/9454\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/9436\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=9443"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=9443"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=9443"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}