{"id":94882,"date":"2020-09-25T15:37:32","date_gmt":"2020-09-25T13:37:32","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=94882"},"modified":"2020-09-25T22:42:10","modified_gmt":"2020-09-25T20:42:10","slug":"il-paniku-tabilhaqq-qed-jaghmel-tieghu","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/09\/il-paniku-tabilhaqq-qed-jaghmel-tieghu\/","title":{"rendered":"Il-paniku tabil\u0127aqq qed jag\u0127mel tieg\u0127u"},"content":{"rendered":"<p>Joseph Muscat illum fet\u0127ilha kontra l-<em>blogger<\/em> Amerikan dwar il-kriminalit\u00e0 finanzjarja Kenneth Rijock u g\u0127ajjru &#8220;frodist&#8221; wara li l-Amerikan kiteb b&#8217;\u010bertu dettall dwar investigazzjonijiet li ilu jg\u0127id li qed isiru dwar l-im\u0121ieba tal-eks prim ministru. <a href=\"https:\/\/rijock.blogspot.com\/2020\/09\/italys-financial-intelligence-unit.html?m=1\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Kenneth Rijock kiteb li l-awtoritajiet Taljani qed jinvestigaw lil Joseph Muscat.<\/a> U Joseph Muscat wie\u0121eb li dan m&#8217;huwiex minnu.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fjosephmuscatdotcom%2Fposts%2F10160487290424741&amp;show_text=true&amp;width=552&amp;height=275&amp;appId\" width=\"552\" height=\"275\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\" data-mce-fragment=\"1\"><\/iframe><\/p>\n<p>Issa jien mhux bi \u0127siebni noqg\u0127od na\u0127lef g\u0127al Kenneth Rijock u g\u0127all-g\u0127ejjun tieg\u0127u. I\u017cda ma skantajtx li, g\u0127alih, Joseph Muscat huwa su\u0121\u0121ett ta&#8217; interess. F&#8217;dawn l-a\u0127\u0127ar 3 snin iltqajt ma&#8217; bosta \u0121urnalisti li kienu mejtin biex ikollhom l-opportunit\u00e0 li jikxfu lil Joseph Muscat. G\u0127al bosta <em>bloggers<\/em> li jiktbu dwar il-kriminalit\u00e0 finanzjarja, l-eks prim ministru tag\u0127na huwa persuna\u0121\u0121 mill-aktar interessanti.<\/p>\n<p>Milll-banda l-o\u0127ra, kemm il-darba smajt lil Joseph Muscat ig\u0127ajjar lil \u0127addie\u0127or &#8220;frodist&#8221; u tg\u0127allimt inqis il-fehmiet tieg\u0127u dwar \u0127addie\u0127or b&#8217;\u010berta kawtela.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/www.maltatoday.com.mt\/news\/national\/90030\/muscat_calls_busuttil_fraudster_house_suspended_in_fracas_over_cardona_statement#.X23v-ZMzY1I\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Imbag\u0127ad hemm dak il-filmat klassiku tal-eks prim ministru fgat f&#8217;demmu waqt dibattitu parlamentari hu u jhedded lil Simon Busuttil li kien bi \u0127siebu jikxef stejjer dwar l-eks mexxej tal-PN li bis-sa\u0127\u0127a tag\u0127hom ikun jista&#8217; je\u017ciljah minn Malta g\u0127al dejjem.<\/a> Dakinhar Muscat lil Busuttil g\u0127ajjru &#8220;frodist&#8221;. M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, dan l-eg\u0127mil ta&#8217; Joseph Muscat ma kienx \u0127lief teatrin mill-bidu sal-a\u0127\u0127ar.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/video.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2FBusuttilSimon%2Fvideos%2F1201665836887904%2F&amp;show_text=0&amp;width=560\" width=\"560\" height=\"315\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\" allowfullscreen=\"allowfullscreen\" data-mce-fragment=\"1\"><\/iframe><\/p>\n<p>Dakinhar kienet ixxandret l-a\u0127bar li Chris Cardona kien gideb meta stqarr li lil Alfred Degiorgio ma kienx jafu. Dan inkixef li kien attenda festin li se\u0127\u0127 madwar pixxina mal-allegat assassin ta&#8217; Daphne Caruana Galizia. Il-gvern ta&#8217; Joseph Muscat dakinhar kien ta\u0127t pressjoni kbira u kienu je\u0127tie\u0121 lil xi \u0127add fuq min iwa\u0127\u0127al.<\/p>\n<p>Illum permezz tal-<em>Facebook,<\/em> Muscat fakkar f&#8217;persuna o\u0127ra li hu kien g\u0127ajjar &#8220;frodista&#8221;. <a href=\"https:\/\/daphnecaruanagalizia.com\/2017\/05\/last-week-fraudster-today-shes-bond-girl\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Fil-fatt lil Maria Efimova kien xlieha li hi spija u a\u0121ent doppju g\u0127al Vladimir Putin.<\/a> Dawn ix-xiljiet li g\u0127amel ma kienu xejn \u0127lief\u00a0 \u0127merijiet. U llum re\u0121a&#8217; rrepeta x-xilja li Efimova kienet iffalsifikat il-firem: xilja li suppost kellha ti\u0121i pruvata fl-atti tal-inkjesta Egrant i\u017cda li fil-fatt ma \u0121iet pruvata xejn. Jekk fil-fatt kienu \u0121ew falsifikati l-firem, dawn se\u0127\u0127ew band&#8217;o\u0127ra. Staqsu lil Karl Cini.<\/p>\n<p>G\u0127andu jing\u0127ad li kien bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; Maria Efimova li l-Pilatus Bank &#8211; makna tal-\u0127asil tal-flus ta&#8217; diversi tiranni, dittaturi u \u0127allelin, kif ukoll ta&#8217; Keith Schembri &#8211; spi\u010b\u010ba biex i\u0121\u0121arraf. &#8220;Frodista&#8221; tabil\u0127aqq!<\/p>\n<p>Li kieku kont minnek, Sur Joseph Muscat, kont nin\u017cel minnufih minn fuq dak il-pedestall li ming\u0127alik tinsab imxabbat fuqu g\u0127ax tassew ma tinqalax g\u0127all-priedki.<\/p>\n<p>Matul dawn l-a\u0127\u0127ar 7 snin ta&#8217; skandli wie\u0127ed wara l-ie\u0127or, Joseph Muscat tkellem b\u0127allikieku huwa xi xempju tal-indafa. Qalilna llum li Kenneth Rijock ma jifhimx fil-qasam tal-investigazzjonijiet finanzjarji. Niftakru li kien tkellem bl-istess ton meta konna s\u0127aqna li ma kienitx \u0127a\u0121a sewwa li Keith Schembri \u0127oloq kumpanniji sigrieti fil-Panama, fil-British Virgin Islands u fi g\u017cejjer e\u017coti\u010bi o\u0127ra madwar id-dinja.<\/p>\n<p>\u201cIntom nazzjonalisti \u010bwie\u010b,\u201d kien qalilna b&#8217;ton simili g\u0127al dak ta&#8217; Ren\u00e8 Artois ta&#8217; <em>Allo! Allo!<\/em> kull darba li martu kien taqbdu jaqlibhielha ma&#8217; mara o\u0127ra. \u201cMa tarawx li hi \u0127a\u0121a normali g\u0127al negozjant li jkollu kemm Alla \u0127alaq kumpanniji f&#8217;\u0121uri\u017cdizzjonijiet sigrieti?\u201d<\/p>\n<p>Joseph Muscat g\u0127andu \u0127abta li dak li hu manifestament \u0127a\u017cin jipprova jpin\u0121ih b\u0127ala wie\u0127ed tajjeb.<\/p>\n<p>Hu u jibqa&#8217; jg\u0127id li ebda investigatur finanzjarju m&#8217;hu ser jikxef ma&#8217; &#8220;terzi persuni&#8221; l-e\u017cistenza ta&#8217; investigazzjonijiet dwar xi \u0127add, niskanta kif Joseph Muscat jippretendi li g\u0127andna ninjoraw il-konklu\u017cjoni lo\u0121ika li ebda investigatur m&#8217;hu ser imur isefsef f&#8217;widnejn Joseph Muscat biex jg\u0127idlu li huwa stess qed ji\u0121i investigat. Jekk Kenneth Rijock mhux suppost g\u0127andu jsir jaf, wisq inqas g\u0127andu jsir jaf Joseph Muscat.<\/p>\n<p>Joseph Muscat baqa&#8217; jinsisti li m&#8217;hu mda\u0127\u0127al f&#8217;ebda negozju fl-Italja. Min jaf?\u00a0<a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/joseph-muscat-in-talks-over-italian-football-project.763974\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Mhux fl-Italja kien bi \u0127siebu jibda&#8217; negozju fil-futbol, liema negozju kien \u0127abbru meta f&#8217;Jannar li g\u0127adda warrab minn Kastilja?<\/a> <a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/mfa-rules-prohibit-joseph-muscat-from-involvement-in-project.767527\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Dan in-negozju kien deher mimli dellijiet mill-bidu nett.<\/a> Ma niskanta xejn jekk it-Taljani dde\u010bidew li jinvestigaw x&#8217;kien is-sehem ta&#8217; Joseph Muscat f&#8217;din il-kwistjoni. Tant g\u0127andu reputazzjoni \u0127a\u017cina li kull pass li jag\u0127mel i\u0121orr mieg\u0127u id-dell tas-suspett.<\/p>\n<p>Joseph Muscat kien ripetutament stqarr li fil-kwistjoni tal-<em>Panama<\/em> <em>Papers<\/em> ma kien sar xejn \u0127a\u017cin.\u00a0<a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/keith-schembri-has-resigned-muscat.752749\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Dakinhar li warrab Keith Schembri, ftit minuti qabel ma&#8217; tkaxkar lejn il-kwartier tal-pulizija biex ji\u0121i nterrogat dwar qtil, Joseph Muscat stqarr li tg\u0127idx kemm huwa grat lejn dak li kien l-id il-leminija tieg\u0127u.<\/a><\/p>\n<p>Fl-isfond ta&#8217; dan kollu, ma jidhirlux Joseph Muscat li g\u0127andu jkun ftit inqas taparsi skandalizzat dwar is-suspetti li hemm dwar l-g\u0127emil tieg\u0127u? Wara kollox, din il-\u0121img\u0127a stess il-\u0121id kollu ta&#8217; dak li kien l-id il-leminijia tieg\u0127u \u0121ie ffri\u017cat min\u0127abba a\u0121ir allegatament kriminali waqt li dan kien fil-kariga.<\/p>\n<p>U dan l-g\u0127emil kriminali ma nkixifx biss f&#8217;dawn il-\u0121ranet, tafux. L-g\u0127emil kriminali kien inkixef fl-2017 fi \u017cmien meta Joseph Muscat kien ju\u017ca l-istess ton fil-konfront ta&#8217; Daphne Caruana Galizia u ta&#8217; Simon Busuttil, liema ton issa qed ju\u017cah ukoll fil-konfront ta&#8217; Kenneth Rijock. Muscat kien stqarr li min xlieh kien qed jivvinta l-gideb dwaru u dwar Keith Schembri. Issa li \u0121ew iffri\u017cati l-<em>credit cards<\/em> ta&#8217; mart Keith Schembri, ta&#8217; wliedu, tal-\u0121enituri tieg\u0127u u tal-awdituri tieg\u0127u, ftit huma dawk li g\u0127adhom jemmnu li huwa vittma tal-gideb.<\/p>\n<p>Joseph Muscat ma j\u0127abbel rasu xejn li ji\u010b\u0127ad is-sewwa mag\u0127ruf u li jattakka personalment.<\/p>\n<p>F&#8217;dan l-istadju, m&#8217;huwiex daqstant importanti li nsiru nafu Kenneth Rijock g\u0127andux ra\u0121un jew lew jew huwiex kredibbli jew le. Joseph Muscat m&#8217;g\u0127adux prim ministru u r-ri\u017cenja tieg\u0127u mill-parlament qed tintalab mhux min\u0127abba dak li qed jikteb Kenneth Rijock fil-konfront tieg\u0127u i\u017cda min\u0127abba d-de\u010bi\u017cjoni tal-qorti li ji\u0121i ffri\u017cat il-\u0121id ta&#8217; Keith Schembri b&#8217;reazzjoni g\u0127al im\u0121ieba li Joseph Muscat dam jiddefendiha g\u0127al 3 snin s\u0127a\u0127. Joseph Muscat m&#8217;g\u0127andu ebda reputazzjoni x&#8217;i\u0127ares u m&#8217;g\u0127andu ebda kariga pubblika.<\/p>\n<p>Mill-banda l-o\u0127ra, jekk dak li qed isostni Kenneth Rijock huwa minnu i\u017c-\u017cmien g\u0127ad jag\u0127tina parir jekk l-investigazzjonijiet dwar ir-rabtiet mal-Italja g\u0127adx ida\u0127\u0127lu lill-eks prim ministru f&#8217;aktar inkwiet.<\/p>\n<p>Joseph Muscat g\u0127ad irid jag\u0127ti rendikont ta&#8217; g\u0127emilu. Li hu importanti huwa dak li ni\u017cguraw li l-li\u0121ijiet tal-pajji\u017c ig\u0127oddu g\u0127al kul\u0127add ming\u0127ajr bi\u017ca&#8217; u favuri.<\/p>\n<p>Joseph Muscat ta&#8217; sikwit ifakkarna dwar dwar l-istmerrija li g\u0127andu g\u0127alina lkoll, dwar in-nuqqas ta&#8217; ndiema li j\u0127oss minkejja l-fatt li kellu jwarrab, dwar kemm jaf igawdi l-btajjel fl-Italja u dan minkejja dak kollu li nafu dwaru.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-94878\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/09\/120098239_4540896285952890_853359835707667246_o.jpg\" alt=\"\" width=\"1080\" height=\"1370\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/09\/120098239_4540896285952890_853359835707667246_o-200x254.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/09\/120098239_4540896285952890_853359835707667246_o-236x300.jpg 236w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/09\/120098239_4540896285952890_853359835707667246_o-400x507.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/09\/120098239_4540896285952890_853359835707667246_o-600x761.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/09\/120098239_4540896285952890_853359835707667246_o-768x974.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/09\/120098239_4540896285952890_853359835707667246_o-800x1015.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/09\/120098239_4540896285952890_853359835707667246_o.jpg 807w\" sizes=\"(max-width: 1080px) 100vw, 1080px\" \/><\/p>\n<p>Sur Joseph Muscat, illum g\u0127andek tifhem li &#8211; wara l-gideb kollu li lissint u min\u0127abba l-kriminalit\u00e0 li tinsab imda\u0127\u0127al fiha u li nkxift li ppruvajt tg\u0127atti &#8211; ftit huma dawk li ser jibqg\u0127u jemmnu li int inno\u010benti. U dan int u tipprova t\u0127assar id-dbabar tad-demm minn fuq il-qmis ta&#8217; fuqek.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Joseph Muscat illum fet\u0127ilha kontra l-blogger Amerikan dwar il-kriminalit\u00e0 finanzjarja Kenneth Rijock u g\u0127ajjru &#8220;frodist&#8221; wara li l-Amerikan kiteb b&#8217;\u010bertu dettall dwar investigazzjonijiet li ilu jg\u0127id li qed isiru dwar l-im\u0121ieba tal-eks prim ministru. Kenneth Rijock kiteb li l-awtoritajiet Taljani qed jinvestigaw lil Joseph Muscat. U Joseph Muscat wie\u0121eb li dan m&#8217;huwiex minnu. Issa jien [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":94879,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/94882\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=94882"}],"version-history":[{"count":3,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/94882\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":94885,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/94882\/revisions\/94885\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/94879\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=94882"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=94882"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=94882"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}