{"id":9495,"date":"2018-08-08T09:30:51","date_gmt":"2018-08-08T07:30:51","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=9495"},"modified":"2018-08-10T09:21:56","modified_gmt":"2018-08-10T07:21:56","slug":"meta-l-gustizzja-thares-lejn-l-ucuh","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/08\/meta-l-gustizzja-thares-lejn-l-ucuh\/","title":{"rendered":"Meta l-\u0121ustizzja t\u0127ares lejn l-u\u010bu\u0127"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-9457\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/219_image.png\" alt=\"\" width=\"684\" height=\"384\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/219_image-300x168.png 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/219_image-481x270.png 481w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/219_image.png 684w\" sizes=\"(max-width: 684px) 100vw, 684px\" \/><\/p>\n<p>Jekk il-mi\u017cien jitbag\u0127bas biex ixaqleb lejn na\u0127a wa\u0127da; jekk il-\u0121ustizzja titne\u0127\u0127ielha l-g\u0127amad u x-xabla tintu\u017ca fl-interess ta&#8217; na\u0127a kontra l-interess ta&#8217; o\u0127ra, il-\u0121ustizzja ssir in\u0121ustizzja u l-li\u0121i ssir delinkwenza.<\/p>\n<p>O\u0121\u0121ettivament m&#8217;hemm ebda ksur tal-li\u0121i meta l-pulizija tibg\u0127at g\u0127al xi \u0127add biex tinterroga\u0127. Ikollu kemm ikollu appo\u0121\u0121 u jkun min ikun, ebda bniedem m&#8217;hu e\u017centat mill-iskrutinju ta&#8217; dawk li dmirhom hu li jinfurzaw il-li\u0121ijiet. Wara kollox, din hu l-argument li jin\u0121ieb fil-konfront tan-nuqqas minn na\u0127a ta&#8217; min qed imexxi l-pulizija li tibg\u0127at g\u0127al Keith Schembri u Konrad Mizzi, li t-tnejn li huma kisru l-li\u0121ijiet tal-pajji\u017c.<\/p>\n<p>G\u0127aldaqstant l-ewwel argument favur Jonathan Ferris u l-fatt li <a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/articles\/view\/20180808\/local\/police-summon-ferris-for-questioning-on-his-egrant-testimony.686308?utm_source=tom&amp;utm_campaign=top5&amp;utm_medium=widget\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">bg\u0127atu g\u0127alih <\/a>biex imur fil-kwartier \u0121enerali tal-Pulizija b&#8217;avvi\u017c minn qabel ta&#8217; 12-il-sieg\u0127a m&#8217;huwiex li dan kien xi att illegali. Dan g\u0127ad irridu naraw\u0127 fil-kuntest tal-kwistjoni kollha.<\/p>\n<p>L-ewwel argument hu li dan l-a\u0121ir huwa frott l-abbu\u017c tal-li\u0121ijiet bil-g\u0127an li jinqdew l-interessi ta&#8217; \u201callegati\u201d kriminali. B\u0127alissa hemm inkwi\u017cizzjoni g\u0127addejja. Dawk kollha li g\u0127andhom xi nformazzjoni dwar im\u0121ieba \u0127a\u017cina jew abbu\u017c tal-poter minn na\u0127a ta&#8217; xi ras kbira u li huma lesti jxandru dak kollu li jafu qed ji\u0121u mhedda u intimidati u, na\u017c\u017carda ng\u0127id, li hemm ir-riskju li l-pajji\u017c jer\u0121a&#8217; lura g\u0127a\u017c-\u017cmien meta l-arresti politi\u010bi u t-tfieg\u0127 ta&#8217; nies fil-\u0127abs kienu xi \u0127a\u0121a li tistenniha. Di\u0121a&#8217; kien hemm ka\u017c ta&#8217; xhud li n\u017camm ta\u0127t arrest preventiv sakemm il-qrati barranin orndnaw ir-rilaxx tag\u0127ha.<\/p>\n<p>Jonathan Ferris se jiffa\u010b\u010bja lill-eks img\u0127allmin tieg\u0127u li, skont hu, ke\u010b\u010bewh mill-impjiegi li kellu g\u0127ax kien xewka fil-warrani tag\u0127hom. Ian Abdilla kien waqqaf ka\u017c kontra wlied John Dalli li Jonathan Ferris kien investiga meta kien membru tal-korp tal-pulizija. Milli jidher minn dak li xxandar baxx baxx mill-gvern, illum bg\u0127atu g\u0127alih fuq sku\u017ca li John Dalli u Jonathan Ferris kienu taw ver\u017cjonijiet differenti ta&#8217; diskursata li seta&#8217; kellhom bejniethom.<\/p>\n<p>Ian Abdilla kien id-drieg\u0127 e\u017cekuttiv tal-inkjesta ta&#8217; Aaron Bugeja dwar Egrant u dwar jekk provi li \u0127ar\u0121u dwar il-Pilatus Bank jistg\u0127ux jinkriminaw lil Joseph Muscat. I\u017cda Ian Abdilla effettivament issorevelja wkoll il-\u0127idma tal-FIAU, l-a\u0121enzija ta&#8217; kontra l-\u0127asil tal-flus li mbag\u0127ad g\u0127addiet biex ke\u010b\u010biet lil Jonathan Ferris mill-impjieg mag\u0127ha meta kien appik se jmexxi bil-qorti fuq investigazzjonijiet li kienu g\u0127addejjin u fuq o\u0127rajn li kienu nbdew minn \u0127addie\u0127or.<\/p>\n<p>Ta\u0127t Ian Abdilla, il-FIAU tat \u017cmien lil tal-Pilatus Bank biex ig\u0127attu xturhom u fl-istess waqt dan l-imbierek g\u0127amel l-investigazzjonijiet g\u0127all-Ma\u0121istrat.<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span> Hemm min isostni li l-fatt li Jonathan Ferris wera&#8217; li kien lest li jmexxi kontra rjus kbar setg\u0127ana jista&#8217; jkun il-frott ta&#8217; karattru kumplikat, ta&#8217; kura\u0121\u0121 straordinarju bla qies li qajla jimpurtah mill-konsegwenzi li jista&#8217; jkun hemm g\u0127alih u g\u0127al o\u0127rajn u ta&#8217; g\u0127ebusija tar-ras kwa\u017ci so\u010bjopatika. I\u017cda xog\u0127ol l-investigaturi u l-whistleblowers m&#8217;huwiex li jkunu d\u0127ulin i\u017cda li jinvestigaw jew jikxfu l-ksur tal-li\u0121ijiet bla ma j\u0127arsu lejn wi\u010b\u010b \u0127add. Dawn m&#8217;humiex jie\u0127du sehem f&#8217;xi ti\u0121rija jew f&#8217;xi kompetizzjoni tas-sbu\u0127ija i\u017cda qed jissieltu g\u0127al dak li hu sewwa, ji\u0121ri x&#8217;ji\u0121ri.<\/p>\n<p>U din id-determinazzjoni testarda biex jag\u0127mel is-sewwa g\u0127alih issarfet fil-\u0127olqien ta&#8217; g\u0127edewwa li dalg\u0127odu je jkunu fa\u010b\u010bata tieg\u0127u mog\u0127nijin bl-awtorit\u00e0 u s-setg\u0127a tal-istat: forza tal-pulizija politi\u010bizzata li sservi l-iskopijiet r-re\u0121im f&#8217;dik li hi manipulazzjoni tad-dmirijiet tal-membri tal-\u0121udikatura, f&#8217;dawk li huma inga\u0121\u0121 u promozzjonijiet ta&#8217; membri tal-korp tal-pulizija, f&#8217;dik li hi influwenza bla qies fuq regolaturi indipendenti u fil-kontroll u manipulazzjoni ta&#8217; \u0121urnalisti.<\/p>\n<p>Ebda re\u0121im ma jix\u0127et in-nies fil-\u0127abs ming\u0127ajr pretest u ji\u0121ri li jikkwotaw xi li\u0121i u xi ksur tag\u0127ha b\u0127ala sku\u017ca biex iwarrbu minn mas-saqajn min kien xewka f&#8217;daharhom. Huma u jwarrbu lil Jonathan Ferris minn quddiem g\u0127ajnejhom, x&#8217;u\u0127ud li ma jarawx aktar &#8216;il bog\u0127od mill-ponta ta&#8217; mne\u0127irhom g\u0127ad jing\u0127ataw ra\u0121unijiet biex jikkunslaw. U jidher ukoll li se jing\u0127ataw ra\u0121unijiet biex ma jafdawx lil Maria Efimova.<span class=\"Apple-converted-space\"> L-isku\u017ca tal-&#8220;motivazzjoni politika&#8221; \u010bertament mhux se ssib sostenn f&#8217;dawn i\u017c-\u017cew\u0121 ka\u017cijiet g\u0127aliex jafu li ma tkunx sku\u017ca kredibbli.<\/span><span class=\"Apple-converted-space\"> U allura jaqbel li j\u017cidu d-do\u017ca u jakku\u017cawhom bi sper\u0121ur, frodi u pussess illegali ta&#8217; sigrieti tal-istat.<\/span> Oqg\u0121odu \u017cguri li xi \u0127a\u0121a se jivvintaw, g\u0127ax hekk jaqbel.<\/p>\n<p>U whud &#8211; jien ng\u0127id il-bi\u010b\u010ba &#8216;l kbira &#8211; se jserr\u0127u mo\u0127\u0127hom li l-\u0127tija \u0121iet pruvata u li allura l-penitenza kienet mist\u0127oqqa.<\/p>\n<p>Stennew aktar \u0127merijiet ming\u0127and Martin Scicluna u kitbiet orkestrati minn membri tal-Kabinett. U fl-istess \u0127in ikollna nissaportu nisimg\u0127u lil Konrad Mizzi jkompli jigdeb permezz tal-kelliem uffi\u010bjali tieg\u0127u u jinsisti li \u0121aladarba l-pulizija ma bg\u0127atitx g\u0127alih, sinjal li m&#8217;g\u0127amel xejn \u0127a\u017cin.<\/p>\n<p>F&#8217;pajji\u017c fejn \u0121urnalista spi\u010b\u010bat trietaq permezz ta&#8217; karrozza bomba, l-intimidazzjoni tax-xhieda g\u0127adu g\u0127addej \u0121mielu. F&#8217;pajji\u017c fejn irjus kbar jinqabdu jo\u0127olqu kumpanniji sigrieti wara li kienu ilhom ftit jiem biss fis-setg\u0127a, g\u0127adhom sal-lum fis-setg\u0127a sentejn wara li nkixfu, \u0127add m&#8217;g\u0127andu jiskanta bl-intimidazzjoni tax-xhieda appo\u0121\u0121jata mill-istat.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Jekk il-mi\u017cien jitbag\u0127bas biex ixaqleb lejn na\u0127a wa\u0127da; jekk il-\u0121ustizzja titne\u0127\u0127ielha l-g\u0127amad u x-xabla tintu\u017ca fl-interess ta&#8217; na\u0127a kontra l-interess ta&#8217; o\u0127ra, il-\u0121ustizzja ssir in\u0121ustizzja u l-li\u0121i ssir delinkwenza. O\u0121\u0121ettivament m&#8217;hemm ebda ksur tal-li\u0121i meta l-pulizija tibg\u0127at g\u0127al xi \u0127add biex tinterroga\u0127. Ikollu kemm ikollu appo\u0121\u0121 u jkun min ikun, ebda bniedem m&#8217;hu e\u017centat mill-iskrutinju [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":9457,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/9495\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=9495"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/9495\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":9522,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/9495\/revisions\/9522\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/9457\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=9495"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=9495"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=9495"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}