{"id":95234,"date":"2020-10-08T11:38:04","date_gmt":"2020-10-08T09:38:04","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=95234"},"modified":"2020-10-08T13:08:38","modified_gmt":"2020-10-08T11:08:38","slug":"iccarrat-il-hajt","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/10\/iccarrat-il-hajt\/","title":{"rendered":"I\u010b\u010barrat il-\u0127ajt"},"content":{"rendered":"<p>Fit-tieni sular tad-Dar \u010aentrali tal-PN hemm l-uffi\u010b\u010bju tas-Segretarju \u0120enerali. Dan l-uffi\u010b\u010bju jinsab fil-qalba tal-makna tal-partit u jinsab imdawwar mill-uffi\u010b\u010bji ta&#8217; impjegati g\u0127olja tal-partit, ta&#8217; konsulenti, ta&#8217; amministraturi u ta&#8217; dawk li ja\u0127dmu fil-qasam tal-komunikazzjoni. M&#8217;hemmx numru kbir minn dawn, i\u017cda l-ftit li hemm ja\u0127dmu minn hawn.<\/p>\n<p>Meta tliet snin ilu Clyde Puli kien le\u0127aq segretarju \u0121enerali, ttella&#8217; \u0127ajt divi\u017corju f&#8217;dan is-sular li jifred l-uffi\u010bju tieg\u0127u u dak tal-assistenti tieg\u0127u mill-uffi\u010bji tal-bqija tal-\u0127addiema. U f&#8217;dan il-\u0127ajt twa\u0127\u0127al bieb tal-injam li kien jin\u017camm dejjem mag\u0127luq \u0127lief meta kien jinfeta\u0127 permezz ta&#8217; <em>key-code<\/em> li ftit kienu dawk li kienu jafuh.<\/p>\n<p>Dan il-\u0127ajt kellu effett psikolo\u0121iku g\u0127ax spi\u010b\u010ba biex iddemoralizza lill-\u0127addiema li \u0127assew li ma kienux qed ji\u0121u fdati. Il-\u0127ajt irrappre\u017centa l-mentalit\u00e0 ta&#8217; assedju tat-&#8220;tmexxija&#8221;, n-nuqqas ta&#8217; \u0127ila li kellha li tiddjaloga mal-ftit ri\u017corsi li kellha, il-bi\u017ca&#8217; mill-isfidi, mill-bidla u mid-dubji.<\/p>\n<p>Meta Francis Zammit Dimech da\u0127al minflok Clyde Puli wara li rri\u017cenja dan tal-a\u0127\u0127ar fi Frar li g\u0127adda, is-segretarju \u0121enerali l-\u0121did sab li kellu jid\u0127ol g\u0127ad-dmirijiet \u0121odda tieg\u0127u bil-mod. Il-kastell ta&#8217; Adrian Delia kien di\u0121\u00e0 beda&#8217; ji\u0121\u0121arraf i\u017cda hu b\u0127ala kap kien g\u0127adu hemm.<\/p>\n<p>Kien g\u0127adu hemm sa nhar is-Sibt li g\u0127adda.<\/p>\n<p>Nhar it-Tnejn filg\u0127odu, Francis Zammit Dimech ta ordni biex ji\u010b\u010barrat\u00a0 il-\u0127ajt u biex il-bieb jitne\u0127\u0127a. Illum il-\u0127ajt m&#8217;g\u0127adux hemm.<\/p>\n<p>Il-bidla bdiet i\u017cda fadal x&#8217;isir u t-ti\u010brit tal-\u0127ajt kien \u0121est simboliku ta&#8217; sinjifikat kbir.<\/p>\n<p>Adrian Delia g\u0127adu qed jidher fuq it-televi\u017cjoni biex lill-kollega tieg\u0127u Jason Azzopardi jg\u0127ajjru giddieb u biex jitlob g\u0127ar-ri\u017cenja tieg\u0127u. Minflok jirringrazzjah talli qed jirriskja \u0127ajtu kuljum hu u jikxef il-verit\u00e0 li qed to\u0127ro\u0121 mill-qorti, Adrian Delia qed jipprova ji\u017colah.<\/p>\n<p>Din il-verit\u00e0 inkonvenjenti tinkludi stqarrija \u0121uramentata li saret mill-uffi\u010bjal investigatur tal-pulizija li dak li kien \u0121ie rappurtat fil-\u0121urnali dwar il-bdil ta&#8217; messa\u0121\u0121i bejn Adrian Delia u Yorgen Fenech wara li fl-2019 nkixfet l-identita ta&#8217; sid is-17 Black, huwa \u201c\u0121enwin\u201d. Din il-verit\u00e0 inkonvenjenti wasslet biex tellfet lil Adrian Delia it-tmexxija tal-PN. \u00a0 I\u017cda dan jidher li mhux ser i\u0121ieg\u0127el lil Adrian Deli biex b&#8217;do\u017ca ta&#8217; umilt\u00e0 u g\u0127aqal li jsodd \u0127alqu.\u00a0<a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2020\/10\/joseph-muscat-says-hes-a-private-person\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Mid-dehra t-tobba qed i\u0127ajru lill-pre\u017centaturi biex f&#8217;dawn il-\u0121ranet jistiednu politi\u010bi skreditati g\u0127all-programi tag\u0127hom.<\/a><\/p>\n<p>U fl-istess \u0127in Adrian Delia baqa&#8217; jiddeverti ma&#8217; dawk li telqu mill-PN wara huwa li tilef l-elezzjoni ta&#8217; nhar is-Sibt li g\u0127adda. Issa g\u0127adda biex jipprova jimmina lill-PN bis-sa\u0127\u0127a tal-mezzi tax-xandir tal-Labour. Forsi meta ne\u0127\u0127a l-kitarra minn fuq \u0127o\u0121ru, pprova jikkonvin\u010bi lil \u0127biebu sabiex jirrispettaw \u201cir-rieda tat-tesserati\u201d u li jkunu \u201cleali lejn il-Kap elett demokratikament\u201d &#8211; kantaliena li tant kienu j\u0127obbu jirrepetu.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-95228\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/10\/WhatsApp-Image-2020-10-08-at-09.00.21-1.jpeg\" alt=\"\" width=\"960\" height=\"720\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/10\/WhatsApp-Image-2020-10-08-at-09.00.21-1-200x150.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/10\/WhatsApp-Image-2020-10-08-at-09.00.21-1-300x225.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/10\/WhatsApp-Image-2020-10-08-at-09.00.21-1-400x300.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/10\/WhatsApp-Image-2020-10-08-at-09.00.21-1-600x450.jpeg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/10\/WhatsApp-Image-2020-10-08-at-09.00.21-1-768x576.jpeg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/10\/WhatsApp-Image-2020-10-08-at-09.00.21-1-800x600.jpeg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/10\/WhatsApp-Image-2020-10-08-at-09.00.21-1.jpeg 960w\" sizes=\"(max-width: 960px) 100vw, 960px\" \/><\/p>\n<p>G\u0127ad hemm bosta \u0127itan li g\u0127adhom qed jifirdu lill-PN minnu nnifsu.\u00a0 Il-bidla ser ise\u0127\u0127 bil-mod u l-bidla g\u0127all-a\u0127jar ser tiddependi mit-tiri konuni, rieda tajba kollettiva u sens ta&#8217; altruwi\u017cmu.<\/p>\n<p>Illum fl-uffi\u010b\u010bju tas-segretarju \u0121enerali hemm sens ta&#8217; tama \u0121dida. Dment li s-segretarju \u0121enerali jibqa&#8217; lura milli jsegwi dak li stqarr dan l-g\u0127aref il-biera\u0127 f&#8217;Xarabank.<\/p>\n<div class=\"video-shortcode\"><iframe title=\"Extract: Adrian Delia on Xarabank 07.10.2020\" width=\"1100\" height=\"619\" src=\"https:\/\/www.youtube.com\/embed\/SFz3R93URr4?feature=oembed\" frameborder=\"0\" allow=\"accelerometer; autoplay; clipboard-write; encrypted-media; gyroscope; picture-in-picture\" allowfullscreen><\/iframe><\/div>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Fit-tieni sular tad-Dar \u010aentrali tal-PN hemm l-uffi\u010b\u010bju tas-Segretarju \u0120enerali. Dan l-uffi\u010b\u010bju jinsab fil-qalba tal-makna tal-partit u jinsab imdawwar mill-uffi\u010b\u010bji ta&#8217; impjegati g\u0127olja tal-partit, ta&#8217; konsulenti, ta&#8217; amministraturi u ta&#8217; dawk li ja\u0127dmu fil-qasam tal-komunikazzjoni. M&#8217;hemmx numru kbir minn dawn, i\u017cda l-ftit li hemm ja\u0127dmu minn hawn. Meta tliet snin ilu Clyde Puli kien le\u0127aq segretarju [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":95229,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/95234\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=95234"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/95234\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":95239,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/95234\/revisions\/95239\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/95229\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=95234"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=95234"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=95234"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}