{"id":95268,"date":"2020-10-09T07:45:00","date_gmt":"2020-10-09T05:45:00","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=95268"},"modified":"2020-10-09T14:01:18","modified_gmt":"2020-10-09T12:01:18","slug":"gidba-ta-sinjifikat-kbir","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/10\/gidba-ta-sinjifikat-kbir\/","title":{"rendered":"Gidba ta&#8217; sinjifikat kbir"},"content":{"rendered":"<p>Ag\u0127tu daqqa t&#8217;g\u0127ajn lejn 07:17 ta&#8217; dan l-estratt mill-filmat tal-intervista ma&#8217; Joseph Muscat li xxandar din il-\u0121img\u0127a fuq TVM.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/video.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Flerbgha%2Fvideos%2F385726622588737%2F&amp;show_text=false&amp;width=734&amp;height=411&amp;appId\" width=\"734\" height=\"411\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\" allowfullscreen=\"allowfullscreen\" data-mce-fragment=\"1\"><\/iframe><\/p>\n<p>L-intervistatur kien appik li jistaqsi mistoqsija dwar x&#8217;kien g\u0127amel\u00a0 Joseph Muscat meta sar jaf dwar il-kumpanniji sigrieti tal-Panama ta&#8217; Konrad Mizzi u ta&#8217; Keith Schembri. I\u017cda Joseph Muscat \u0127aseb li l-mistoqsija kienet ser tkun wa\u0127da differenti. \u0126aseb li kien ser ji\u0121i mistoqsi dwar kif kien sar jaf dwar l-e\u017cistenza tal-kumpanniji tal-Panama. U g\u0127afas il-buttuna qabel \u0127inha.<\/p>\n<p>Intervistatur: \u201cMeta Keith u Konrad \u0121ew \u0127dejk u qalulek li fet\u0127u dawk il-kumpaniji fil-Panama &#8230;\u201d<\/p>\n<p>Joseph Muscat: \u201cJien sirt naf mill-mezzi tax-xandir &#8230;\u201d<\/p>\n<p>G\u0127al ftit tas-sekondi l-intervistatur b\u0127al donnu ma riedx jemmen dak li kien qed jisma&#8217;, jibda&#8217; jinkwieta li kien ser jitlef il-fil u jtemm il-mistoqsija li kellu f&#8217;mo\u0127\u0127u li jag\u0127millu. Ma xammx is-sinjifikat ta&#8217; dak li kien g\u0127adu kemm stqarr Joseph Muscat.<\/p>\n<p>Kien messu ppermetta lil Joseph Muscat li jaljenah. G\u0127aliex dan kien g\u0127adu kemm lissen gidba importanti \u0127afna.<\/p>\n<p>Il-kumpanniji sigrieti tal-Panama konna sirna nafu bihom bis-sa\u0127\u0127a tal-kitba ta&#8217; Daphne Caruana Galizia. Kien fi Frar 2016 u l-a\u0127bar dwar il-<em>Panama Papers<\/em> kienet g\u0127adha ma xxandritx madwar l-erbat irjie\u0127 tad-dinja. I\u017cda kienet Daphne li f&#8217;Malta kienet xandret l-a\u0127bar li Konrad Mizzi kien sid ta&#8217; kumpannija sigrieta re\u0121istrata fil-Panama li kenet mo\u0127bija fi <em>trust<\/em> \u0121ewwa New Zealand. Din kienet l-ewwel darba li sema&#8217; kul\u0127add b&#8217;din il-kumpannija.<\/p>\n<p>Fl-intervista li saritlu din il-\u0121img\u0127a, Joseph Muscat stqarr li kien sar jad b&#8217;dawn il-kumpanniji fi\u017c-\u017cmien meta kien sar jaf bihom kul\u0127add.<\/p>\n<p>I\u017cda fl-24 ta&#8217; Frar 2016 fil-Parlament, Joseph Muscat kien stqarr bil-maqlub. <a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/muscat-has-no-problem-with-konrad-mizzis-new-zealand-trust-fund.603585\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Ag\u0127tu daqqa t&#8217;g\u0127ajn lejn ir-rapport parlamentari li kienet xandret it-<em>Times of Malta<\/em> dak i\u017c-\u017cmien:<\/a><\/p>\n<blockquote><p>Il-lejla fil-Parlament, il-Prim Ministru Joseph Muscat stqarr said li l-ismijiet tat-<em>trust<\/em> fi New Zealand ta&#8217; Dr Mizzi kif ukoll tal-kumpannija tieg\u0127u tal-Panama kienu tni\u017c\u017clu fl-abbozz tieg\u0127u tad-dikjarazzjoni tal-\u0121id li kellha ti\u0121i pre\u017centata dalwaqt fuq il-mejda tal-Kamra.<\/p>\n<p>Din l-istqarrija saret wara li l-Kap tal-Oppo\u017cizzjoni Simon Busuttil talab lill-Prim Ministru biex jag\u0127mel stqarrija ministerjali.<\/p>\n<p>(&#8230;)<\/p>\n<p>Meta \u0121ie mistoqsi jekk din l-a\u0127bar kif ukoll il-fatt li Dr Mizzi huwa politikament responsabbli g\u0127all-pro\u0121etti tal-gvern li jiswew il-miljuni inkwetaw\u0127x, Dr Muscat qal li kien jinkwieta li kieku l-ministru naqas li jiddikjara dak li kien g\u0127amel.<\/p><\/blockquote>\n<p>Jekk huwa minnu li Joseph Muscat sar jaf mill-mezzi tax-xandir bil-kumpanniji sigrieti tal-Panama, g\u0127adu kemm ammetta li fil-Parlament kien gideb u qarraq biex jiddefendi ministru li l-g\u0127ada stess kien \u0121ie elett b\u0127ala deputat mexxej tal-Partit Laburista. G\u0127adu kemm ammetta wkoll li kien ivvinta l-istorja dwar dikjarazzjoni tal-\u0121id minn Konrad Mizzi li nkludiet fiha l-kumpanniji sigrieti tal-Panama li kienet f&#8217;idejh qabel kixfithom Daphne Caruana Galizia. Li jfisser li, <span style=\"display: inline !important; float: none; background-color: #ffffff; color: #333333; font-family: Georgia,'Times New Roman','Bitstream Charter',Times,serif; font-size: 16px; font-style: normal; font-variant: normal; font-weight: 400; letter-spacing: normal; orphans: 2; text-align: left; text-decoration: none; text-indent: 0px; text-transform: none; -webkit-text-stroke-width: 0px; white-space: normal; word-spacing: 0px;\">hu u jistqarr li dan id-dokument kien \u0121ie ffirmat fid-data msemmija, <\/span>kien pubblikament \u0127alef fuq dokument iffalsifikat meta fil-fatt kien jaf li d-data kienet idda\u0127\u0127let xi \u017cmien wara.<\/p>\n<p>Je\u0127tie\u0121 li nifhmu li Joseph Muscat inqabad f&#8217;gidba. Jew gideb din il-\u0121img\u0127a waqt l-intervista li saritlu fuq TVM jew inkella gideb lill-Parlament fl-2016. Liema hi l-gidba m&#8217;hix daqstant importanti g\u0127aliex, wara kollox, jista&#8217; jag\u0127ti l-ka\u017c li gideb fi\u017c-\u017cew\u0121 okka\u017cjonijiet.<\/p>\n<p>Ikkunsidraw ftit l-intervista fil-kuntest tag\u0127ha. Qabel saritlu l-mistoqsija u qabel wie\u0121eb b&#8217;gidba, g\u0127andek issib lil Joseph Muscat jitkellem dwar il-ka\u017c Egrant fejn g\u0127al darb&#8217;o\u0127ra stqarr li &#8220;xi \u0127add&#8221; iffalsifika dokumenti biex b&#8217;hekk jidher b\u0127ala s-sid ta&#8217; din il-kumpannija.<\/p>\n<p>U g\u0127aliex din il-linja ta&#8217; \u0127sieb kienet g\u0127adha f&#8217;mo\u0127\u0127u, g\u0127adda biex ig\u0127atti x-xtur tieg\u0127u meta kien hu stess li kien \u0127a sehem fl-iffalsifikar ta&#8217; dokument uffi\u010bjali biex ig\u0127atti l-fatt li kien di\u0121\u00e0 jaf bil-kumpanniji sigrieti ta&#8217; Konrad Mizzi mhux biss \u0121ranet u \u0121img\u0127at qabel kienet kitbet dwarhom Daphne.<\/p>\n<p>U kif stqarr ftit mumenti wara l-intervistatur Mark Zammit, Joseph Muscat jiskanta li n-nies huma tal-fehma li hu kien jaf mill-bidu nett x&#8217;kien qed jit\u0127awwad fil-borma?<\/p>\n<p>Daphne dan kollu kienet fehmitu. Fit-28 ta&#8217; April 2016, tal-ICIJ kienu xandru <em>Panama Papers<\/em> u Keith Schembri kif ukoll Konrad Mizzi ma setg\u0127ux ikomplu ji\u010b\u0127du. Sa dkinhar ixxandret ukoll id-dikjarazzjoni\u00a0 tal-\u0121id ta&#8217; Konrad Mizzi li Joseph Muscat kien stqarr li kien qara&#8217; qabel Daphne xandret il-kitbiet tag\u0127ha. <a href=\"https:\/\/daphnecaruanagalizia.com\/2016\/04\/love-konrad-mizzis-declaration-assets-dated-8-february\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Dakinhar kienet kitbet dan li \u0121ej:<\/a><\/p>\n<blockquote><p><em>Obviously, this business about the draft declaration submitted to the Prime Minister is a lie \u2013 both the Prime Minister and his favoured Minister are lying to save their skins \u2013 but the way they can\u2019t even get their lines straight is a farce. If Mizzi\u2019s declaration of assets including his Panama company and New Zealand trust were really dated 8 February, then he would have had no reason to conceal from <\/em>Malta Today<em> at the end of that month the fact that he doesn\u2019t just have a trust but also a company. And when the two of them were fudging around trying to fend off journalists who asked for the names, saying that they couldn\u2019t remember or didn\u2019t know, if that declaration dated 8 February were really in existence, all they would have had to do is consult it and, more pertinently, publish it.<\/em><\/p><\/blockquote>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-95256\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/10\/KONRAD-MIZZI-DECLARATION-OF-ASSETS-FOR-YEAR-2015.jpg\" alt=\"\" width=\"620\" height=\"776\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/10\/KONRAD-MIZZI-DECLARATION-OF-ASSETS-FOR-YEAR-2015-200x250.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/10\/KONRAD-MIZZI-DECLARATION-OF-ASSETS-FOR-YEAR-2015-240x300.jpg 240w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/10\/KONRAD-MIZZI-DECLARATION-OF-ASSETS-FOR-YEAR-2015-400x501.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/10\/KONRAD-MIZZI-DECLARATION-OF-ASSETS-FOR-YEAR-2015-600x751.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/10\/KONRAD-MIZZI-DECLARATION-OF-ASSETS-FOR-YEAR-2015.jpg 620w\" sizes=\"(max-width: 620px) 100vw, 620px\" \/><\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Li kieku dak li stqarr din il-\u0121img\u0127a Joseph Muscat stqarru f&#8217;interrogatorju lil spettur tal-pulizija jew xehed f&#8217;dan is-sens quddiem qorti, kien jistieden inkwiet kbir.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-95258\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/10\/maxresdefault-2.jpg\" alt=\"\" width=\"1280\" height=\"720\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/10\/maxresdefault-2-200x113.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/10\/maxresdefault-2-300x169.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/10\/maxresdefault-2-400x225.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/10\/maxresdefault-2-600x338.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/10\/maxresdefault-2-768x432.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/10\/maxresdefault-2-800x450.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/10\/maxresdefault-2.jpg 1024w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/10\/maxresdefault-2-1200x675.jpg 1200w\" sizes=\"(max-width: 1280px) 100vw, 1280px\" \/><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Ag\u0127tu daqqa t&#8217;g\u0127ajn lejn 07:17 ta&#8217; dan l-estratt mill-filmat tal-intervista ma&#8217; Joseph Muscat li xxandar din il-\u0121img\u0127a fuq TVM. L-intervistatur kien appik li jistaqsi mistoqsija dwar x&#8217;kien g\u0127amel\u00a0 Joseph Muscat meta sar jaf dwar il-kumpanniji sigrieti tal-Panama ta&#8217; Konrad Mizzi u ta&#8217; Keith Schembri. I\u017cda Joseph Muscat \u0127aseb li l-mistoqsija kienet ser tkun wa\u0127da differenti. [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":95259,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/95268\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=95268"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/95268\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":95273,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/95268\/revisions\/95273\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/95259\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=95268"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=95268"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=95268"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}