{"id":9540,"date":"2018-08-10T08:46:19","date_gmt":"2018-08-10T06:46:19","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=9540"},"modified":"2018-08-10T11:51:29","modified_gmt":"2018-08-10T09:51:29","slug":"issa-int-imiss","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/08\/issa-int-imiss\/","title":{"rendered":"&#8216;Issa int imiss&#8217;"},"content":{"rendered":"<p>Jekk int, waqt li tkun miexi fit-triq, tkun dejjem be\u017cg\u0127an li jista&#8217; hemm xi \u0127add lest g\u0127alik biex joqtlok, ta\u0127sibha darbtejn g\u0127andekx to\u0127ro\u0121 timxi fit-triq. Il-bi\u017ca&#8217; li joqtluk ta\u0127dem b\u0127all-forka. Hi g\u0127odda klassika w\u017cata mill-Mafja.<\/p>\n<p>Kull \u0121urnalist li \u0127adem fl-Italja jista&#8217; jikkonferma li l-mod kif \u0121iet assassinata Daphne Caruana Galizia jixba\u0127 bil-wisa&#8217; l-mod kif kienu \u0121ew eliminati l-Im\u0127allfin Giovanni Falcone u Paolo Borsellino. Lil dawn riedu mhux biss jeliminawhom minn wi\u010b\u010b id-dinja. Riedu wkoll iwerwru lill-kollegi tag\u0127hom.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/www.bbc.com\/news\/world-europe-42608261\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Din l-intervista li Jonathan Ferris kien ta lill-BBC xi \u017cmien ilu<\/a> turina kif ja\u0127dem mo\u0127\u0127 bniedem li jkun qed jg\u0127ix fil-bi\u017ca&#8217;.<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p>U Maria Efimova rnexxielha tipperswadi \u017cew\u0121 qrati Griegi li kienet be\u017cg\u0127ana g\u0127al \u0127ajjitha.<\/p>\n<p>Wie\u0127ed g\u0127andu dejjem jipprova jifhem kif ja\u0127dem mo\u0127\u0127 bniedem li jkun be\u017cg\u0127an u kif dan jinfluwenzalu eg\u0127milu, kliemu u azzjonijetu.<\/p>\n<p>Ir-reazzjonijiet ta&#8217; bniedem be\u017cg\u0127an qatt ma jkunu uniformi. F&#8217;xi \u0121ranet tista&#8217; tkun irrabjat u f&#8217;o\u0127rajn tista&#8217; toqg\u0127od sieket u mi\u0121bur fik innifsek. Jista&#8217; wkoll ikollok sensiela ta&#8217; ljieli bla ma tkun tista&#8217; tag\u0127laq g\u0127ajn m&#8217;g\u0127ajn u dan jista&#8217; jeffettwalek il-\u0121udizzju tieg\u0127ek. Barra minn dan l-i\u017colament u s-solitudni jkabbru s-suspetti u tispi\u010b\u010ba ma tista&#8217; tafda lil \u0127add.<\/p>\n<p>Tifhmunix \u0127a\u017cin: mhux qed nirreferi g\u0127al ebda persuna in partikolari: la qed ng\u0127id g\u0127al Jonathan Ferris\u2019, la g\u0127al Maria Efimova u lanqas g\u0127al \u0127add.<\/p>\n<p>Qed nirreferi biss g\u0127al dawk li l-intenzjoni tag\u0127hom tkun li jintimidaw lil \u0127addie\u0127or bl-e\u017cempju tal-assassinju ta&#8217; persuna o\u0127ra: ir-reazzjonijiet li jistennew li jkun hemm, l-i\u017cbalji li jittamaw li jse\u0127\u0127u u l-bi\u017ca&#8217; li jittamaw li jo\u0127olqu.<\/p>\n<p>Ag\u0127tu daqqa t&#8217;g\u0127ajn lejn din l-istampa li llum tinsab mifruxa fil-media so\u010bjali. Tista&#8217; forsi tg\u0127id li min \u0127oloq din l-istampa g\u0127andu gosti perversi jew qalb kiefra. U forsi hekk hu.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-9512\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/WhatsApp-Image-2018-08-09-at-20.48.26.jpeg\" alt=\"\" width=\"1024\" height=\"576\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/WhatsApp-Image-2018-08-09-at-20.48.26-300x169.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/WhatsApp-Image-2018-08-09-at-20.48.26-480x270.jpeg 480w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/WhatsApp-Image-2018-08-09-at-20.48.26-768x432.jpeg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/WhatsApp-Image-2018-08-09-at-20.48.26.jpeg 1024w\" sizes=\"(max-width: 1024px) 100vw, 1024px\" \/><\/p>\n<p>Jew inkella tista&#8217; tindika \u0127a\u0121&#8217;o\u0127ra. Jista&#8217; jkun li hu messa\u0121\u0121 lil Simon Busuttil li issa se jmiss lilu.<\/p>\n<p>Ieqfu a\u0127sbu ftit.<\/p>\n<p>U mbag\u0127ad dommu dan il-messa\u0121\u0121 mal-g\u0127ajjat ta&#8217; Glenn Bedingfield sabiex titne\u0127\u0127a s-sigurt\u00e0 madwar Simon Busuttil.\u00a0Mal-gideb infami tal-prim ministru meta jittanta jpin\u0121i lil Simon Busuttil b\u0127allikieku hu l-mo\u0127\u0127 wara kollox.\u00a0Mal-isforzi ta&#8217; w\u0127ud fil-partit ta&#8217; Simon Busuttil stess biex ikunu kompli\u010bi mal-akku\u017ci li \u0121ew imfajjra fil-konfront tieg\u0127u.\u00a0Mas-snin twal ta&#8217; propaganda qarrieqa u attakki personal kontrih mill-mexxi tax-xandir tal-Labour. U mal-memorja friska u ri\u010benti tal-assassinju ta&#8217; Daphne Caruana Galizia.<\/p>\n<p>F&#8217;dan l-istadju u fil-kuntest ta&#8217; dan kollu, dik l-istampa issir theddida serja. F&#8217;din il-\u0127ofra irrid narawk.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Jekk int, waqt li tkun miexi fit-triq, tkun dejjem be\u017cg\u0127an li jista&#8217; hemm xi \u0127add lest g\u0127alik biex joqtlok, ta\u0127sibha darbtejn g\u0127andekx to\u0127ro\u0121 timxi fit-triq. Il-bi\u017ca&#8217; li joqtluk ta\u0127dem b\u0127all-forka. Hi g\u0127odda klassika w\u017cata mill-Mafja. Kull \u0121urnalist li \u0127adem fl-Italja jista&#8217; jikkonferma li l-mod kif \u0121iet assassinata Daphne Caruana Galizia jixba\u0127 bil-wisa&#8217; l-mod kif kienu [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":9512,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/9540\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=9540"}],"version-history":[{"count":4,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/9540\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":9549,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/9540\/revisions\/9549\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/9512\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=9540"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=9540"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=9540"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}