{"id":95661,"date":"2020-10-19T10:47:43","date_gmt":"2020-10-19T08:47:43","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=95661"},"modified":"2020-10-19T13:04:19","modified_gmt":"2020-10-19T11:04:19","slug":"tliet-gurnalisti-qalbiena-li-tisthoqqilhom-il-protezzjoni","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/10\/tliet-gurnalisti-qalbiena-li-tisthoqqilhom-il-protezzjoni\/","title":{"rendered":"Tliet \u0121urnalisti qalbiena li tist\u0127oqqilhom il-protezzjoni"},"content":{"rendered":"<p>Il-biera\u0127 tas-<em>Sunday Times of Malta<\/em> u tal-<em>Malta Today<\/em> xandru rapport flimkien li fih semmew b&#8217;isimhom persuni li jimir\u0127u fi\u010b-\u010brieki tal-kriminalit\u00e0 f&#8217;Malta u li fiha spjegaw mhux biss l-allegat sehem tag\u0127hom fl-assassinju ta&#8217; Daphne Caruana Galizia, i\u017cda wkoll is-sehem tag\u0127hom fil-kriminalit\u00e0 organizzata bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; e\u017cempji ta&#8217; delitti kriminali li allegatament kienu mda\u0127\u0127lin fihom.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-95644\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/10\/EkmB5jFXYAAbpzM.jpeg\" alt=\"\" width=\"1536\" height=\"1027\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/10\/EkmB5jFXYAAbpzM-200x134.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/10\/EkmB5jFXYAAbpzM-300x201.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/10\/EkmB5jFXYAAbpzM-400x267.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/10\/EkmB5jFXYAAbpzM-600x401.jpeg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/10\/EkmB5jFXYAAbpzM-768x514.jpeg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/10\/EkmB5jFXYAAbpzM-800x535.jpeg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/10\/EkmB5jFXYAAbpzM.jpeg 1024w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/10\/EkmB5jFXYAAbpzM-1200x802.jpeg 1200w\" sizes=\"(max-width: 1536px) 100vw, 1536px\" \/><\/p>\n<p>Il-laqam \u2018tal-Maksar\u2019 ilu mag\u0127ruf g\u0127al xi \u017cmien u l-investigazzjoni li Jacob Borg, Ivan Martin u Matthew Vella wettqu flimkien qieg\u0127det fatti li di\u0121\u00e0 ilhom mag\u0127rufin ma&#8217; fatti \u0121odda li huma rnexxielhom jikxfu.<\/p>\n<p>Ni\u017cbaljaw jekk in\u010bekknu t-tifsira ta&#8217; din l-investigazzjoni u jidhirli li hemm konklu\u017cjonijiet x&#8217;jin\u0121ibdu.<\/p>\n<p>L-ewwel konklu\u017cjoni hi dik li l-aktar wa\u0127da minn ewl id-dinja: w\u0127ud li kellhom sehem fl-assassinju ta&#8217; Daphne Caruana Galizia g\u0127adhom sal-lum ji\u0121ru barra minkejja li g\u0127addew tliet snin mill-qtil tag\u0127ha.<\/p>\n<p>Il-Pulizija ilha taf b&#8217;dawn il-persuni g\u0127al \u017cmien twil u madankollu g\u0127adha sal-lum ma ressqithomx il-qorti. Dan il-fatt i\u0121orr mieg\u0127u implikazzjonijiet o\u0127rajn. M&#8217;huwiex biss in\u0121ust il-fatt li w\u0127ud mill-kon\u0121uristi tressqu l-qorti filwaqt li o\u0127rajn ma tressqux. I\u017cda din is-sitwazzjoni fet\u0127et il-bibien bera\u0127 g\u0127at-tbag\u0127bis fil-provi sal-punt li dawk il-provi li huma me\u0127tie\u0121a biex iwasslu g\u0127all-\u0127tija setg\u0127u nqerdu.<\/p>\n<p>Hemm ukoll il-fatt li l-Pulizija tilfet l-opportunit\u00e0 li tkisser \u010birku ta&#8217; kriminalit\u00e0 u ppermettietlu li jissa\u0127\u0127a\u0127 u jikkonsolida fi \u017cmien li fih akku\u017ca ta&#8217; qtil setg\u0127et tfixkel il-\u0127idma tieg\u0127u. U allura dawk li jinsabu ta\u0127t arrest jistennew li jg\u0127addu \u0121uri jistg\u0127u jsostnu li r-rikorsi tag\u0127hom biex jing\u0127ataw il-libert\u00e0 provi\u017corja ma jistg\u0127ux ji\u0121u kunsidrati g\u0127ar-ra\u0121uni li l-Pulizija, min\u0127abba abbu\u017ci ta&#8217; natura amminsitrattiva, kienet naqset li tmexxi minkejja l-fatt li kienet ing\u0127atat informazzjoni dwar il-kompli\u010bi tag\u0127hom.<\/p>\n<p>It-tieni konklu\u017cjoni hi li bis-sa\u0127\u0127a tal-arrest ta&#8217; Yorgen Fenech, l-istampa kellha tkompli \u017c\u017cid il-pressjoni fuq l-awtoritajiet biex dawn jie\u0127du passi msejsa fuq l-informazzjoni li kienet ilha \u017cmien twil fil-pussess tag\u0127hom. Il-Pulizija jista&#8217; g\u0127andha jew jista&#8217; m&#8217;g\u0127andhiex ra\u0121unijiet le\u0121ittimi l-g\u0127ala g\u0127adha s&#8217;issa m&#8217;g\u0127amlitx aktar arresti.<\/p>\n<p>I\u017cda nafu li r-ra\u0121unijiet il-g\u0127ala Melvin Theuma u Yorgen Fenech kienu t\u0127allew ji\u0121ru barra g\u0127al daqstant \u017cmien, xejn ma kienu le\u0121ittimi. Dawn kienu t\u0127allew ji\u0121ru barra sforz l-ind\u0127il politiku tal-Prim Ministru, sforz l-informazzjoni sigrieta li \u0121iet mg\u0127oddija mi\u010b-<em>chief of<\/em> <em>staff<\/em> tal-Prim Ministru lill-kriminali li allegatament kellhom sehem fl-assassinju, sforz in-nuqqas ta&#8217; koperazzjoni bejn il-pulizija Maltija u l-kollegi internazzjonali tag\u0127ha, sforz l-ind\u0127il allegatament korrott fl-investigazzjoni ta&#8217; dak li kien il-Kummissarju tal-Pulizija, sforz il-\u0127biberija intima li kien hemm bejn l-investigatur ewlieni u dak li kien suspettat bl-assassinju, e\u010b\u010betra.<\/p>\n<p>Meta l-istituzzjonijiet kienu qed jag\u0127tu l-kenn tag\u0127hom lil Melvin Theuma u lil Yorgen Fenech biex l-id tal-\u0121ustizzja ma til\u0127aqhomx, kienet l-istampa lokali u internazzjonali li \u0121ieg\u0127elet lill-Pulizija ti\u010b\u010baqlaq u li tag\u0127mel xi ta\u0127rikiet.<\/p>\n<p>Mir-rapport li xxandar il-biera\u0127 dwar tal-Maksar, jidher li l-Pulizija ma tantx tg\u0127allmet mill-esperjenza li g\u0127addiet minnha.<\/p>\n<p>It-tielet konklu\u017cjoni hi li r-rapporti li xxandru huma ta&#8217; natura perikolu\u017ca g\u0127al min ixandarhom. Perikolu\u017ci \u0127afna. Jekk il-Pulizija naqset li tie\u0127u passi kontra tal-Maksar u naqset li tixlihom b&#8217;kompli\u010bit\u00e0 fil-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia min\u0127abba ra\u0121unijiet li m&#8217;humiex le\u0121ittimi, l-ewwel ra\u0121uni lle\u0121ittima li g\u0127andha timra\u0127 fl-im\u0127u\u0127 hi dik tal-bi\u017ca&#8217;. L-allegazzjoni hi li dawn il-persuni joqtlu biex tg\u0127addi tag\u0127hom. Dawn huma mafju\u017ci professjonali li g\u0127andhom f&#8217;idejhom armi u ri\u017corsi li allegatament \u0121ew u\u017cati biex je\u0127ilsu minn u\u0127ud li, mill-perspettiva tag\u0127hom, huma ta&#8217; tfixkil g\u0127alihom.<\/p>\n<p>G\u0127alkemm huwa sinjifikanti l-fatt li tas-<em>Sunday Times of Malta<\/em> u tal- <em>Malta Today<\/em> ippermettew \u0121urnalisti minn tag\u0127hom li jg\u0127aqqdu bejniethom ir-ri\u017corsi tag\u0127hom biex setg\u0127u xandru rapport mi\u017cg\u0127ud b&#8217;fatti importanti, hemm ukoll tifsira li hi \u0127afna akbar.<\/p>\n<p>Il-fatt li kienu tliet \u0121urnalisti li \u0127admu flimkien u \u017cew\u0121 \u0121urnali xandru l-istess storja g\u0127andu jkollu l-effett li jag\u0127ti aktar sigurt\u00e0 u jnaqqas i\u010b-\u010bansijiet ta&#8217; xi azzjoni ta&#8217; tpattija. Dan \u010bertament ma jfissirx li dawn il-\u0121urnalisti m&#8217;humiex fil-periklu jew li r-riskju li \u0127adu m&#8217;huwiex wie\u0127ed evidenti. Ifisser biss li l-konsegwenzi kienu jkunu ag\u0127ar li kieku \u0127admu wa\u0127idhom b\u0127al ma kienet \u0127admet Daphne Caruana Galizia.<\/p>\n<p>Din hi r-raba&#8217; konklu\u017cjoni li \u0121bidt. Din hi wkoll effett tal-influwenza li \u0127alliet Daphne fuq il-\u0121urnali\u017cmu f&#8217;Malta. Jidher li hawn \u0121urnalisti li huma lesti li jikxfu l-kruha tal-kriminalit\u00e0 mafju\u017ci li hawn f&#8217;pajji\u017cna u li huma lesti li jag\u0127mlu dan flimkien. Dan jista&#8217; ma jkunx bi\u017c\u017cejjed biex inaqqas ir-riskju.<\/p>\n<p>Malta g\u0127adha nieqsa minn politika msejsa fuq kriterji o\u0121\u0121ettivi li tiddetermina \u017c-\u017cmien li fih il-\u0121urnalisti jkunu je\u0127tie\u0121u l-protezzjoni. \u00a0 Jidher li x-xandir ta&#8217; stejjer dwar persuni mafju\u017ci li g\u0127adhom qed ig\u0127adduha lixxa minkejja qtil, tqeg\u0127id ta&#8217; bombi, kuntrabandu e\u010b\u010betra\u00a0 m&#8217;huwiex iwassal biex dawk il-\u0121urnalisti li qed jixxabbtu u jo\u0127or\u0121u g\u0127onqhom jing\u0127ataw il-protezzjoni li tixirqilhom.<\/p>\n<p>Ironikament l-effett huwa pjuttost bil-maqlub. Dawk il-\u0121urnalisti li qed ixandru stejjer dwar l-impunit\u00e0 kriminali ta&#8217; x&#8217;u\u0127ud qed i\u0121ieg\u0127lu lill-Pulizija tidher kerha. Din hi l-istess Pulizija li tidde\u010biedi hi biss dwar jekk \u0121urnalist ikunx je\u0127tie\u0121 il-protezzjoni jew le.<\/p>\n<p>Jacob Borg, Ivan Martin u Matthew Vella setg\u0127u g\u0127a\u017clu li jie\u0127du t-triq il-\u0127afifa u setg\u0127u \u017cammew lura milli jxandru r-rapport tag\u0127hom. Il-paga dawn xorta wa\u0127da ser jir\u010bievuha fl-a\u0127\u0127ar tax-xahar. I\u017cda dawn g\u0127a\u017clu li jag\u0127tu servizz lill-pubbliku mhux biss permezz tat-tixrid tal-informazzjoni i\u017cda wkoll permezz tal-pressjoni li g\u0127amlu fuq l-awtoritijiet biex jittie\u0127du passi kontra grupp ta&#8217; persuni notorji b&#8217;ri\u017cq is-sigurt\u00e0 tag\u0127na lkoll.<\/p>\n<p>Lil dawn it-tliet \u0121urnalisti qalbiena g\u0127andna g\u0127alxiex inroddulhom \u0127ajr u jixirqilhom li jing\u0127ataw il-protezzjoni. G\u0127amlu sewwa li ng\u0127aqdu flimkien.<\/p>\n<p>I\u017cda r-riskju g\u0127alihom huwa kbir \u0127afna.<\/p>\n<p>Ftakru biss minn xiex kellha tg\u0127addi Daphne.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-biera\u0127 tas-Sunday Times of Malta u tal-Malta Today xandru rapport flimkien li fih semmew b&#8217;isimhom persuni li jimir\u0127u fi\u010b-\u010brieki tal-kriminalit\u00e0 f&#8217;Malta u li fiha spjegaw mhux biss l-allegat sehem tag\u0127hom fl-assassinju ta&#8217; Daphne Caruana Galizia, i\u017cda wkoll is-sehem tag\u0127hom fil-kriminalit\u00e0 organizzata bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; e\u017cempji ta&#8217; delitti kriminali li allegatament kienu mda\u0127\u0127lin fihom. Il-laqam \u2018tal-Maksar\u2019 ilu [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":95645,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/95661\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=95661"}],"version-history":[{"count":3,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/95661\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":95671,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/95661\/revisions\/95671\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/95645\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=95661"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=95661"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=95661"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}