{"id":95748,"date":"2020-10-21T11:19:55","date_gmt":"2020-10-21T09:19:55","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=95748"},"modified":"2020-10-21T12:57:18","modified_gmt":"2020-10-21T10:57:18","slug":"il-bini-tat-torrijiet-tal-imriehel-ghandu-jitwaqqaf-hesrem","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/10\/il-bini-tat-torrijiet-tal-imriehel-ghandu-jitwaqqaf-hesrem\/","title":{"rendered":"Il-bini tat-torrijiet tal-Imrie\u0127el g\u0127andu jitwaqqaf \u0127esrem"},"content":{"rendered":"<p>Nitkellmu dwar it-torrijiet li telg\u0127in fi\u010b-\u010bentru tal-g\u017cira. Mhux ser nikteb dwar id-dehra tag\u0127hom, dwar il-kon\u0121estjoni li dawn mistennijin li jo\u0127olqu, dwar it-tibdil fix-xenarju li ser i\u0121ibu mag\u0127hom, dwar i\u017c-\u017cjieda fit-traffiku jew il-\u0127tie\u0121a jew nuqqas ta&#8217; \u0127tie\u0121a tag\u0127hom b&#8217;ri\u017cq l-ekonomija. Dan l-argument in\u0127allih f&#8217;idejn min tassew jifhem.<\/p>\n<p>Madankollu m&#8217;hemmx dubju li l-bini ta&#8217; dawn it-torrijiet tal-Imrie\u0127el huwa ri\u017cultat ta&#8217; ordni ministerjali diretta li kien \u0127are\u0121 Michael Farrugia. Bidla kbira b\u0127al din kellha tkun ir-ri\u017cultat ta&#8217; ppjanar ri\u010berkat. U l-ippjanar ise\u0127\u0127 appuntu g\u0127al din ir-ra\u0121uni: il-bini tal-ibliet u tal-ir\u0127ula jifforma parti minn eko-sistema li jeffettwa t-tgawdija tag\u0127na tal-ambjent, jeffettwa l-kwalit\u00e0 tal-arja, jeffettwa l-\u0127in li nkunu ne\u0127tie\u0121u biex nivvja\u0121\u0121aw minn post g\u0127al ie\u0127or, jeffettwa l-u\u017cu tar-ri\u017corsi tag\u0127na, jeffettwa s-sostenibilit\u00e0 ta&#8217; attivit\u00e0 ekonomika, jeffettwa l-konsum tal-ener\u0121ija u tal-ilma, jeffettwa l-\u0121enerazzjoni u r-ri\u010bikla\u0121\u0121 tal-iskart, e\u010b\u010betra.<\/p>\n<p>Ministru \u010bertament m&#8217;g\u0127andux il-\u0127ila li &#8211; wa\u0127du &#8211; jkejjel sitwazzjoni kumplessa b\u0127al din u jserra\u0127 de\u010bi\u017cjoni biss fuq g\u0127axar kelmiet miktubin minnu f&#8217;ittra. Ministru m&#8217;g\u0127andux ikollu s-setg\u0127a li jag\u0127ti l-permess g\u0127all-bini ta&#8217; kamra f&#8217;g\u0127alqa. I\u017cda, mid-dehra, jidher li f&#8217;dan il-ka\u017c il-Ministru ppermetta l-bini ta&#8217; torrijiet g\u0127oljin \u0127afna f&#8217;post li ma kien qatt inti\u017c g\u0127al binijiet b\u0127al dawn.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter wp-image-95729 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/10\/77397339_1386530431510254_647978550556622848_n.jpg\" alt=\"\" width=\"960\" height=\"736\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/10\/77397339_1386530431510254_647978550556622848_n-200x153.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/10\/77397339_1386530431510254_647978550556622848_n-300x230.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/10\/77397339_1386530431510254_647978550556622848_n-400x307.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/10\/77397339_1386530431510254_647978550556622848_n-600x460.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/10\/77397339_1386530431510254_647978550556622848_n-768x589.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/10\/77397339_1386530431510254_647978550556622848_n-800x613.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/10\/77397339_1386530431510254_647978550556622848_n.jpg 960w\" sizes=\"(max-width: 960px) 100vw, 960px\" \/><\/p>\n<p>Fl-img\u0127oddi min jaf kemm kien hemm applikanti li kienu qalulhom li ma setg\u0127ux iwessg\u0127u xi tieqa, ma setg\u0127ux itellg\u0127u bi\u010b\u010ba saqaf f&#8217;bit\u0127a,\u00a0 ma setg\u0127ux jibnu \u0127ajt baxx madwar g\u0127alqa jew li ma setg\u0127ux ju\u017caw \u0121idhom biex jag\u0127mlu tajjeb g\u0127al xi dejn min\u0127abba xi ksur insinjifikanti tar-regoli tal-ippjanar f&#8217;post li kienu xtraw ming\u0127and \u0127addie\u0127or.<\/p>\n<p>I\u017cda, g\u0127al \u0121ie\u0127na, s-sidien tal-art li fuqha qed jinbnew dawn it-torrijiet sabu l-bibien kollha miftu\u0127in bera\u0127 g\u0127alihom.<\/p>\n<p>Xi \u0121ranet ilu, smajna li Michael Farrugia kien \u0127are\u0121 l-ordni tieg\u0127u ftit minuti wara \u017cjara li g\u0127amillu Yorgen Fenech. Yorgen Fenech huwa negozjant ewlieni li jifforma parti mill-familja ta&#8217; Tumas li qed tibni t-torrijiet tal-Imrie\u0127el fi s\u0127ubija mal-familja Gasan, s\u0127abhom fl-<em>Electrogas.<\/em><\/p>\n<p>Minn dak li ntqal fil-qorti, smajna li l-permess g\u0127all-bini tat-torrijiet tal-Imrie\u0127el kien \u0127are\u0121 bis-sa\u0127\u0127a tal-vot ta&#8217; Paul Apap Bologna, se\u0127ibhom l-ie\u0127or fl-<em>Electrogas<\/em>, li kien in\u0127atar fuq il-bord tal-awtorit\u00e0 tal-ippjanar minkejja l-fatt li, kif ammetta huwa stess, fl-ippjanar ma jifhimx g\u0127akka.\u00a0<a href=\"https:\/\/lovinmalta.com\/news\/energy-ministers-links-to-yorgen-fenech-and-his-dodgy-deals-continue-to-grow\/?fbclid=IwAR0wA0Upti9ctCHaHpd5XZ_xPxP3BiSDS57d5LD-TkLTa7tQ_a1qS8_kkF8\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Min ta\u0127sbu li \u0127atar lil Paul Apap Bologna fuq il-Bord? \u0126add aktar mill-Ministru Michael Farrugia.<\/a><\/p>\n<p>A\u0127sbu ftit. Insew g\u0127al mument li l-partit li g\u0127andna fil-gvern isejja\u0127 lilu nnifsu b\u0127ala &#8220;Laburista&#8221; u li fl-img\u0127oddi, qabel bdew jist\u0127u jissejj\u0127u hekk, rieduha ta&#8217; &#8220;so\u010bjalisti&#8221;. G\u0127al fuq il-bord li jidde\u010biedi dwar applikazzjonijiet g\u0127all-ippjanar dawn \u0127atru bniedem li, kif ammetta huwa stess fil-qorti qisu mhux hu waqt l-inkjesta dwar il-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia, kien ir\u010bieva aktar minn \u20ac6 miljuni u li &#8211; imbierek Alla &#8211; ma setg\u0127ax jiftakar ta&#8217; xiex kien t\u0127allas tag\u0127hom.<\/p>\n<p>Jien 6 miljuni lanqas biss naf ng\u0127oddhom. U hawn bosta eluf f&#8217;dan il-pajji\u017c li huma b\u0127ali. G\u0127andna l-bordijiet tal-ippjanar sabiex persuni normali b\u0127alna jkunu jistg\u0127u jg\u0127ixu f&#8217;pajji\u017c li fih kollox ikun ippjanat u mfassal skond il-\u0127ti\u0121ijiet tal-bi\u010b\u010ba &#8216;l kbira tal-poplu. G\u0127andna l-bordijiet tal-ippjanar biex ji\u017cguraw li n-nies ikollha postijiet di\u010benti\u00a0 fejn titfa&#8217; rasha, fejn tkun tista&#8217; tgawdi l-ambjent flimkien ma&#8217; uliedha fis-sigurt\u00e0 sa\u0127ansitra anki f&#8217;xatt il-ba\u0127ar u f&#8217;postijiet ta&#8217; rikreazzjoni o\u0127rajn.<\/p>\n<p>I\u017cda jidher li hu xi \u0127add b\u0127al Paul Apap Bologna &#8211; l-istess bniedem li xorob 6 miljuni u li qalilna li ma jiftakarx g\u0127alxiex kien t\u0127allas tag\u0127hom &#8211; li ng\u0127ata s-sa\u0127\u0127a li jidde\u010biedi g\u0127alina dwar l-ippjanar. U, g\u0127al \u0121ie\u0127na, dan idde\u010bieda li lil s\u0127abu Tumas u Gasan iberkilhom it-torrijiet li qed jibnu. U Michael Farrugia, bniedem elett mill-poplu, minflok \u0127adem g\u0127alina, \u0127adem b&#8217;ri\u017cq Tumas u Gasan.<\/p>\n<p>Il-bini tat-torrijiet g\u0127andu jieqaf \u0127esrem. G\u0127anda ssir inkjesta indipendenti biex ji\u0121i determinat kif bini li b&#8217;li\u0121i ma setg\u0127ax jinbena&#8217;, f&#8217;radda ta&#8217; salib sar legali. U dan il-bini huwa l-akbar pro\u0121ett mill-bini tal-isptar Mater Dei &#8216;l hawn.<\/p>\n<p>Il-Pulizija g\u0127andha wkoll tinvestiga g\u0127aliex hawn g\u0127andna suspett ra\u0121jonevoli li se\u0127\u0127 delitt.<\/p>\n<p>U Michael Farrugia g\u0127andu jittajjar minn postu fil-kabinett sakemm jinstab tarf ta&#8217; din il-kawlata.<\/p>\n<p>U wara li jittajjar, niddubita ferm kemm jitre\u0121\u0121a&#8217; lura f&#8217;postu.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Nitkellmu dwar it-torrijiet li telg\u0127in fi\u010b-\u010bentru tal-g\u017cira. Mhux ser nikteb dwar id-dehra tag\u0127hom, dwar il-kon\u0121estjoni li dawn mistennijin li jo\u0127olqu, dwar it-tibdil fix-xenarju li ser i\u0121ibu mag\u0127hom, dwar i\u017c-\u017cjieda fit-traffiku jew il-\u0127tie\u0121a jew nuqqas ta&#8217; \u0127tie\u0121a tag\u0127hom b&#8217;ri\u017cq l-ekonomija. Dan l-argument in\u0127allih f&#8217;idejn min tassew jifhem. Madankollu m&#8217;hemmx dubju li l-bini ta&#8217; dawn it-torrijiet tal-Imrie\u0127el [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":95730,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/95748\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=95748"}],"version-history":[{"count":3,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/95748\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":95760,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/95748\/revisions\/95760\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/95730\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=95748"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=95748"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=95748"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}