{"id":95883,"date":"2020-10-27T08:43:40","date_gmt":"2020-10-27T07:43:40","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=95883"},"modified":"2020-10-27T12:05:35","modified_gmt":"2020-10-27T11:05:35","slug":"jimponi-l-awtorita","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/10\/jimponi-l-awtorita\/","title":{"rendered":"Jimponi l-awtorit\u00e0?"},"content":{"rendered":"<p><a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/letters-to-the-editor-october-27-2020.827464\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Se nsemmi ittra miktuba minn Eddie Privitera li xxandret fit-<em>Times of Malta<\/em><\/a> mhux g\u0127ax din l-ittra \u0127aqqha twe\u0121iba, i\u017cda g\u0127aliex dan g\u0127a\u017cel li jirrepeti b\u0127al pappagall il-linja li \u0127adu din il-\u0121img\u0127a kelliema tal-Labour flimkien ma&#8217; o\u0127rajn li qed iservuhom ta&#8217; staffa.<\/p>\n<p>F&#8217;ittra li kien di\u0121\u00e0 kiteb qabel id-diskors tal-biera\u0127 filg\u0127axija fil-Parlament, Eddie Privitera qal li Bernard Grech huwa mexxej tal-oppo\u017cizzjoni dg\u0127ajjef u li dan tilef opportunit\u00e0 li &#8220;jimponi l-awtorit\u00e0 tieg\u0127u fuq l-oppo\u017cizzjoni u fuq il-PN&#8221;. Privitera kiteb dan li \u0121ej:<\/p>\n<blockquote><p><em>The first occasion presented itself when Repubblika\u2019s Manwel Delia publicly humiliated Grech when he warned the opposition leader that if he \u2018f****s it up\u2019, they would find another one to replace him.<\/em><\/p>\n<p><em>He also added that they were watching him closely!<\/em><\/p>\n<p><em>When Andrew Azzopardi asked Grech for his reaction to Delia\u2019s public warning, Grech incredibly replied: \u2018What\u2019s wrong with that?\u2019<\/em><\/p><\/blockquote>\n<p>Permezz ta&#8217;<em> tweet,<\/em> il-\u0121urnalist Christoph Schwaiger xamm messa\u0121\u0121 simili f&#8217;karikatura li xandar il-Partit Laburista:<\/p>\n<blockquote class=\"twitter-tweet\">\n<p dir=\"ltr\" lang=\"en\"><em><a href=\"https:\/\/twitter.com\/hashtag\/Malta?src=hash&amp;ref_src=twsrc%5Etfw\">#Malta<\/a> PL youth wing sets its sights on blogger <a href=\"https:\/\/twitter.com\/Manwel_Delia?ref_src=twsrc%5Etfw\">@Manwel_Delia<\/a>. This comes after years of the PL demonising <a href=\"https:\/\/twitter.com\/hashtag\/DaphneCaruanaGalizia?src=hash&amp;ref_src=twsrc%5Etfw\">#DaphneCaruanaGalizia<\/a>, who was assassinated in 2017 <a href=\"https:\/\/t.co\/4fFu0edKyO\">pic.twitter.com\/4fFu0edKyO<\/a><\/em><\/p>\n<p>\u2014 Christoph Schwaiger (@cschwaigermt) <a href=\"https:\/\/twitter.com\/cschwaigermt\/status\/1320800770606944256?ref_src=twsrc%5Etfw\">October 26, 2020<\/a><\/p><\/blockquote>\n<p><script async src=\"https:\/\/platform.twitter.com\/widgets.js\" charset=\"utf-8\"><\/script><\/p>\n<p>Bil-kumment tieg\u0127u fejn semma&#8217; lil Daphne, Christoph Schwaiger laqat il-musmar fuq rasu. Il-linja li \u0127a l-Partit Laburista turi li dan il-partit ma tg\u0127allem xejn dwar kif g\u0127andha tit\u0127addem id-demokrazija.<\/p>\n<p>Nista&#8217; nifhem ir-ra\u0121uni g\u0127aliex il-kelliema tal-Labour lili ma jarawnix b\u0127ala \u0121urnalisti indipendenti. U dan l-istat ta&#8217; fatt na\u010b\u010bettah g\u0127aliex jien domt 14 il-sena na\u0127dem fi \u0127dan gvern immexxi mill-PN. U f&#8217;okka\u017cjoni minnhom kont ukoll kandidat elettorali u g\u0127adni sal-lum membru tal-PN. L-indipendenza ma titnissilx minn dak li wie\u0127ed jiddikjara i\u017cda mill-mod kif wie\u0127ed ja\u0127seb, jikteb u j\u0121ib ru\u0127u.<\/p>\n<p>I\u017cda anki jekk, g\u0127all-grazzja tal-argument, ikun hemm min jarani b\u0127ala persuna marbuta mal-karru tal-PN, wie\u0127ed g\u0127aliex g\u0127andu jistenna li mexxej ta&#8217; partit g\u0127andu &#8220;jimponi l-awtorit\u00e0 tieg\u0127u&#8221; fuq xi \u0127addie\u0127or li jkun kiteb li jekk, b\u0127ala mexxej, ma jaqtax sandar, xi \u0127add ie\u0127or g\u0127andu je\u0127odlu postu?<\/p>\n<p>M&#8217;a\u0127niex ng\u0127ixu fil-Medju Evu. X&#8217;ikun hemm \u0127a\u017cin meta xi \u0127add li jkun \u0121ie elett biex jie\u0127u post mexxej ie\u0127or li kien falliment totali, jitfakkar li g\u0127andu jservi l-\u0127ti\u0121ijiet kollha tal-\u0127atra l-\u0121dida inkella jkollu jwarrab?<\/p>\n<p>U Bernard Grech kif suppost messu &#8220;mpona l-awtorit\u00e0&#8221; tieg\u0127u fuqi? Kien messu g\u0127addieli &#8220;kundanna&#8221; kif g\u0127andu l-vizzju jag\u0127mel Edwin Vassallo? Kien messu allega li George Soros qed jimla&#8217; l-bwiet tieg\u0127i kif darba wa\u0127da implika Simon Mercieca? Tg\u0127id g\u0127andhom jimmultawni, jikkalzrawni, jqattg\u0127uni bi\u010b\u010biet u jix\u0127tuni f&#8217;xi bir?<\/p>\n<p>U Bernard Grech g\u0127aliex g\u0127andu jkollu xi awtorit\u00e0 fuqi? Jien m&#8217;jinix impjegat tal-partit li tieg\u0127u huwa l-mexxej, m&#8217;jinix uffi\u010bjal tal-partit u lanqas m&#8217;jien marbut b&#8217;xi kuntratt li jista&#8217; jxekkilni f&#8217;dak li nikteb. Jekk lili j\u0127arsu lejja b\u0127ala persuna vi\u010bin il-PN, nista&#8217; nifhem il-g\u0127ala t-<em>trolls<\/em> tal-Labour jitkellmu dwar Bernard Grech b\u0127alma ta&#8217; sikwit jag\u0127mlu l-qarrejja tal-a\u0127barijiet minn fuq it-televi\u017cjoni tal-Korea ta&#8217; Fuq meta jinfexxu f&#8217;tif\u0127ir sfrenat g\u0127all-mexxej tag\u0127hom Kim kull darba li fil-pajji\u017c ikun hemm skarsezza ta&#8217; ross. I\u017cda \u0121aladarba jien lil dawn it-<em>trolls<\/em> tal-Labour qed niddi\u017cappuntahom, skont huma x&#8217;imissu jag\u0127mel Bernard Grech?<\/p>\n<p>M&#8217;a\u0127niex qed ng\u0127ixu f&#8217;monasteru u Bernard Grech m&#8217;huwiex is-superjur ta&#8217; fuqi. M&#8217;g\u0127amilt ebda weg\u0127da ta&#8217; ubbidjenza. Daqskemm jien irrid na\u0127dem biex inrabbi fama ta&#8217; \u0121urnalista indipendenti (mira diffi\u010bli ferm li nil\u0127aqha min\u0127abba l-passat tieg\u0127i), Bernard Grech ukoll je\u0127tie\u0121 li j\u0127ares u jkabbar ir-reputazzjoni tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Eddy Privitera kiteb dwar \u201csa\u0127\u0127a\u201d u \u201cdg\u0127jufija\u201d b\u0127allikieku qed nitkellmu dwar xi lottatur jew xi serduq tal-\u0121lied. Il-kompetenza ta&#8217; mexxej ma titkejjilx mit-ton ta&#8217; diskorsu. Joseph Muscat ippro\u0121etta mma\u0121ni ta&#8217; awtorit\u00e0 serena i\u017cda invin\u010bibbli. Adrian Delia ipprova jimitah u falla bl-ikra\u0127.<\/p>\n<p>I\u017cda t-tnejn li huma wrew li kienu lesti jag\u0127mlu sarima ma&#8217; \u0127alq il-kriti\u010bi tag\u0127hom u li ji\u017colaw lil min kien lest ja\u0121ixxi b&#8217;mod indipendenti biex b&#8217;hekk jippro\u0121ettaw dehra ta&#8217; infallibilit\u00e0.<\/p>\n<p>U t-tnejn li huma spi\u010b\u010baw \u0127a\u017cin.<\/p>\n<p>Dawk li jridu l-\u0121id g\u0127al pajji\u017cna qed josservaw lil Bernard Grech. G\u0127adu kmieni, i\u017cda nista&#8217; ng\u0127id g\u0127o\u0121obni dak li osservajt s&#8217;issa. U peress li Eddie Privitera qed jitme\u017cme\u017c, serra\u0127t rasi li jien u hu qed nosservaw l-istess \u0127a\u0121a.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Se nsemmi ittra miktuba minn Eddie Privitera li xxandret fit-Times of Malta mhux g\u0127ax din l-ittra \u0127aqqha twe\u0121iba, i\u017cda g\u0127aliex dan g\u0127a\u017cel li jirrepeti b\u0127al pappagall il-linja li \u0127adu din il-\u0121img\u0127a kelliema tal-Labour flimkien ma&#8217; o\u0127rajn li qed iservuhom ta&#8217; staffa. F&#8217;ittra li kien di\u0121\u00e0 kiteb qabel id-diskors tal-biera\u0127 filg\u0127axija fil-Parlament, Eddie Privitera qal li [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":95880,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/95883\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=95883"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/95883\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":95884,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/95883\/revisions\/95884\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/95880\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=95883"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=95883"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=95883"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}