{"id":96304,"date":"2020-11-13T10:26:02","date_gmt":"2020-11-13T09:26:02","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=96304"},"modified":"2020-11-13T13:28:45","modified_gmt":"2020-11-13T12:28:45","slug":"il-pn-rega-qabad-it-triq-tad-dicenza-u-min-hu-ndicenti-mhux-jiehu-pjacir-bdan","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/11\/il-pn-rega-qabad-it-triq-tad-dicenza-u-min-hu-ndicenti-mhux-jiehu-pjacir-bdan\/","title":{"rendered":"Il-PN re\u0121a&#8217; qabad it-triq tad-di\u010benza u min hu ndi\u010benti xejn ma \u0127a pja\u010bir b&#8217;dan"},"content":{"rendered":"<p>Edwin Vassallo ilu fil-PN g\u0127al \u0127afna snin. Qatt ma kellu tolleranza, lu\u010bidit\u00e0 u rispett lejn id-diversit\u00e0 aktar milli g\u0127andu llum.\u00a0 I\u017cda kien jaf li ma kienx jaqbillu jparla \u017cejjed. Kien jaf li ma setax ig\u0127addiha lixxa li kieku kellu jesprimi bla xkiel il-pre\u0121udizzji tieg\u0127u.<\/p>\n<p>I\u017cda mbag\u0127ad il-PN g\u0127adda minn fa\u017ci li matulha t-tixrid tal-velenu tal-mibg\u0127eda kontra \u010berti nies kien sar moda.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2FEdwinVassalloPN%2Fposts%2F4115695835112173&amp;show_text=true&amp;width=552&amp;height=570&amp;appId\" width=\"552\" height=\"570\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\" allowfullscreen=\"allowfullscreen\" data-mce-fragment=\"1\"><\/iframe><\/p>\n<p>It-twemmin ta&#8217; Karl Marx m&#8217;g\u0127andu x&#8217;jaqsam xejn u m&#8217;g\u0127andu ebda rabtiet mad-drittijiet tal-bniedem, a\u0127seb u ara kemm g\u0127andu rabtiet mad-dritt universali kontra d-diskriminazzjoni msejsa fuq l-orjentazzjoni sesswali.<\/p>\n<p>Karl Marx innifsu ma kien tkellem kwa\u017ci xejn dwar is-sesswalit\u00e0, hi x&#8217;inhi l-orjentazzjoni. Kien hemm okka\u017cjoni li fiha so\u010bjalista \u0120ermani\u017c, li Marx ma kellux grazzja mieg\u0127u, kien \u0121ie arrestat u kien \u0121ie mixli li kien wettaq att omosesswali fil-pubbliku. Karl Marx kien irrifjuta li jissie\u0127eb f&#8217;kumitat li kien in\u0127oloq biex jiddefendi lil Jean Baptist von Schweitzer u, f&#8217;ittri li kien bg\u0127at lill-\u0127abib tieg\u0127u Friedrich Engels, spi\u010b\u010ba biex g\u0127adda \u017c-\u017cmien b&#8217;von Schweitzer. Jekk xejn, x&#8217;aktarx li Karl Marx kien omofobiku daqs kemm huwa omofibiku Edwin Vassallo.<\/p>\n<p>Kien Joseph Stalin li lill-ir\u0121iel omosesswali kien jikkastigahom b&#8217;ikla \u0127abs b&#8217;xog\u0127ol iebes g\u0127al 5 snin u wisq nissuspetta li Edwin Vassallo huwa influwenzat minn attitudnijiet ta&#8217; din il-qatg\u0127a.<\/p>\n<p>Hawn min isostni li din il-mibg\u0127eda kollha kontra l-omosesswali tista&#8217; tfisser li Edwin Vassallo stess huwa omosesswali bil-mo\u0127bi. Jista&#8217;\u00a0 jkun ukoll li dan m&#8217;huwiex il-ka\u017c. Forsi jista&#8217; jag\u0127ti l-ka\u017c li huwa komunist bil-mo\u0127bi.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-96298\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/11\/edwin_vassallo_campaign_launch.jpeg\" alt=\"\" width=\"684\" height=\"455\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/11\/edwin_vassallo_campaign_launch-200x133.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/11\/edwin_vassallo_campaign_launch-300x200.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/11\/edwin_vassallo_campaign_launch-400x266.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/11\/edwin_vassallo_campaign_launch-600x399.jpeg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/11\/edwin_vassallo_campaign_launch.jpeg 684w\" sizes=\"(max-width: 684px) 100vw, 684px\" \/><\/p>\n<p>L-aktar \u0127a\u0121a li twe\u0121\u0121a&#8217; hi l-fatt li Edwin Vassallo jifforma parti minn grupp imdaqqas ta&#8217; nies mhux biss qed jie\u0127duha kontra persuni o\u0127rajn li mag\u0127hom m&#8217;g\u0127andhomx grazzja, i\u017cda wkoll qed jinfexxu kontra kul\u0127add bid-disprezz li g\u0127andhom g\u0127all-kun\u010bett tad-drittijiet universali tal-bniedem. Dawn id-drittijiet huma d-dritt tal-omosesswali li ma ji\u0121ux diskriminati, d-dritt tas-suwed, tan-nisa, tat-tfal, tal-morda u tal-anzjani u sa\u0127ansitra ta&#8217; dawk li jxerrdu l-mibg\u0127eda huma u jinvokaw il-Bibbja, li ma ssirx diskriminazzjoni fil-konfront tag\u0127hom.<\/p>\n<p>Il-Kummissarju Helena Dalli tifforma parti minn Kummissjoni Ewropea li issa jidher li a\u010b\u010bettat il-kampanja li kien g\u0127amel il-Parlament Ewropew sabiex ebda stat membru ma jkun jista&#8217; jgawdi ekonomikament mis-s\u0127ubija fl-UE kemm il-darba dawn jabbandunaw il-valuri li jsawwru lill-Ewropa: ji\u0121ifieri li \u0127add m&#8217;g\u0127andu dritt li jiddiskrimina kontra xi kategorija tal-popolazzjoni.<\/p>\n<p>Kien il-PN li \u0127adem qatig\u0127 biex sie\u0127eb lil Malta fl-Unjoni Ewropea u bis-sa\u0127\u0127a tat-twemmin proto-faxxist u mimli mibg\u0127eda li xerred Edwin Vassallo tul dawn l-a\u0127\u0127ar tliet snin, ma m&#8217;g\u0127amel xejn \u0127lief ittradixxa l-vokazzjoni vera tal-PN. Tul dawn l-a\u0127\u0127ar tliet snin, il-pre\u0121udizzji tieg\u0127u sabu r-ri\u0127 fil-qala. Bosta huma l-politi\u010bi li jemmnu bil-mo\u0127bi li l-omosesswali \u0127aqqhom li ji\u0121u diskriminati, i\u017cda dawn dejjem \u017cammew lura milli jesprimu twemminhom fil-bera\u0127. U l-PN b&#8217;xorti \u0127a\u017cina n\u0127akem minn dan il-\u0121enn u minn dan il-velenu.<\/p>\n<p>I\u017cda dalg\u0127odu l-mexxej il-\u0121did tal-PN Bernard Grech g\u0127amilha \u010bara li l-im\u0121ieba ta&#8217; Edwin Vassallo mhux ser ti\u0121i tollerata.<\/p>\n<blockquote class=\"twitter-tweet\">\n<p dir=\"ltr\" lang=\"en\"><em>It-tqeg\u0127id tal-bniedem fi\u010b-\u010bentru tal-politika tag\u0127na ifisser ir-rispett lejn, u d-difi\u017ca attiva tad-dinjit\u00e0 u d-drittijiet fundamentali ta&#8217; kull individwu. Ming\u0127ajr e\u010b\u010bezzjoni.<\/em><\/p>\n<p><em>Niddisasso\u010bja ru\u0127i u lill-<a href=\"https:\/\/twitter.com\/PNmalta?ref_src=twsrc%5Etfw\">@PNMalta<\/a> minn kummenti li jmorru kontra dan il-prin\u010bipju.<\/em><\/p>\n<p><em>\u2014 Bernard Grech (@bernardgrech<\/em>mt) <a href=\"https:\/\/twitter.com\/bernardgrechmt\/status\/1327164508603904003?ref_src=twsrc%5Etfw\">November 13, 2020<\/a><\/p><\/blockquote>\n<p><script async src=\"https:\/\/platform.twitter.com\/widgets.js\" charset=\"utf-8\"><\/script><\/p>\n<p>Edwin Vassallo kellu b\u017conn jinteba\u0127 li l-partit li g\u0127andu jimmilita fih huwa dak tal-<em>Imperium Europa<\/em>.<\/p>\n<p>Kliem Edwin Vassallo qed jo\u0127loq spettaklu li Edwin Vassallo biss huwa \u0127erqan li jisimg\u0127u.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Edwin Vassallo ilu fil-PN g\u0127al \u0127afna snin. Qatt ma kellu tolleranza, lu\u010bidit\u00e0 u rispett lejn id-diversit\u00e0 aktar milli g\u0127andu llum.\u00a0 I\u017cda kien jaf li ma kienx jaqbillu jparla \u017cejjed. Kien jaf li ma setax ig\u0127addiha lixxa li kieku kellu jesprimi bla xkiel il-pre\u0121udizzji tieg\u0127u. I\u017cda mbag\u0127ad il-PN g\u0127adda minn fa\u017ci li matulha t-tixrid tal-velenu tal-mibg\u0127eda [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":96299,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/96304\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=96304"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/96304\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":96315,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/96304\/revisions\/96315\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/96299\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=96304"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=96304"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=96304"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}