{"id":96716,"date":"2020-11-25T16:48:04","date_gmt":"2020-11-25T15:48:04","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=96716"},"modified":"2020-11-25T19:23:31","modified_gmt":"2020-11-25T18:23:31","slug":"fi-kliemu","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/11\/fi-kliemu\/","title":{"rendered":"Fi kliemu"},"content":{"rendered":"<p><em>Bix-xieraq Malta llum sellmet &#8216;il Oliver Friggieri. Qatt m&#8217;g\u0127allimni imma g\u0127al xi xhur kien ixandar fuq ir-radju meta fuq ir-radju kien hemm diskors li kont ridt tisma&#8217;. Oliver Friggieri ma kienx jinqala&#8217; g\u0127at-teknolo\u0121ija. Uliedi ma jemmnuniex imma meta kelli 17-il sena kont sa\u0127\u0127ar tat-teknolo\u0121ija u allura kont in\u0127addam l-apparat waqt li Oliver Friggieri kien jiffoka fuq xog\u0127lu fuq ir-radju: ja\u0127seb u jit\u0127addet.<\/em><\/p>\n<p><em>Kont nisimg\u0127u i\u010b\u010bassat bl-intensit\u00e0 ta&#8217; \u0127sibijietu. Nifhem li dan \u0127sieb limitat u ma rrid inwe\u0121\u0121a&#8217; &#8216;l \u0127add meta ng\u0127id li niftakar li kont sorpri\u017c kif kun\u010betti tant kumplessi setg\u0127u jitfissru b&#8217;tant eleganza u sempli\u010bit\u00e0 bl-ilsien Malti. Il-problema m&#8217;hix il-lingwa imma kemm hu rari li tiltaqa&#8217; darbtejn f&#8217;g\u0127omor wie\u0127ed ma&#8217; xi \u0127add b\u0127al Oliver Friggieri.<\/em><\/p>\n<p><em>Qatt ma ftakar ismi. Kien jg\u0127ajjatli &#8216;Michael&#8217; anke jekk kont nikkore\u0121ih. Imbag\u0127ad waqaft g\u0127ax ma kienx jimporta. Li kien jimporta u li stajt nisimg\u0127u.<\/em><\/p>\n<p><em>Ma jixraqx li nu\u017ca kliemi biex insellem ra\u0121el bl-elokwenza e\u010b\u010bezzjonali tieg\u0127u. Imma llum xi \u0127add bg\u0127atli kopja ta&#8217; diskors li kien g\u0127amel f&#8217;jum il-gradwazzjoni fl-1991. Kien pubblikat g\u0127all-ewwel darba fil-<\/em><em>University of Malta Gazette (Volume 23\/4 ta&#8217; Di\u010bembru 1991). Ma tlabtx permess biex nirriprodu\u010bih hawn. Nittama li ma jiddejjqux. <\/em><\/p>\n<p><em>\u017bomm sew.<\/em><\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-96709\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/11\/445.jpeg\" alt=\"\" width=\"445\" height=\"445\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/11\/445-66x66.jpeg 66w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/11\/445-150x150.jpeg 150w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/11\/445-200x200.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/11\/445-300x300.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/11\/445-400x400.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/11\/445.jpeg 445w\" sizes=\"(max-width: 445px) 100vw, 445px\" \/><\/p>\n<p>TA\u0126DITA LI SARET MILL-PROFESSUR OLIVER FRIGGIERI, IL-KAP TAD-DIPARTIMENT TAL-MALTI F&#8217;JUM IL-GRADWAZZJONI TAT-22 TA&#8217; NOVEMBRU, 1991<\/p>\n<p>Kan\u010billier, Onorevoli Ministru, Rettur, sinjuri,<\/p>\n<p>Dan hu jum l-istudenti u jixraq li dawn il-kelmtejn ikunu fuqhom u lilhom. Illum niftakru fit-tag\u0127lim li huma \u0127adu minn g\u0127andna, i\u017cda llum irrid nistqarr kemm jien innifsi tg\u0127allimt mill-istudenti.<\/p>\n<p>Ming\u0127andkom, gradwati \u0121odda, tg\u0127allimt li intom g\u0127adkom ma t\u0127assartux mill-interessi u mill-ambizzjonijiet tag\u0127na l-kbar, g\u0127ad li g\u0127andkom \u010bans kbir li tag\u0127mlu b\u0127alna. Tg\u0127allimt li lilna tg\u0127allmuna dak li a\u0127na aktarx m&#8217;g\u0127allimnikomx: kif t\u0127obbu tassew lil art twelidkom, bla ma t\u0127ossu li intom inqas minn \u0127addie\u0127or, kif tatkom x&#8217;tifhmu s-sistema edukattiva tag\u0127na.<\/p>\n<p>Tg\u0127allimt li fikom hemm kuxjenza \u0121dida b&#8217;ri\u017cq l-ambjent li min\u0127abba l\u00ad-flus a\u0127na l-kbar qeg\u0127din neqirdulkom darba g\u0127al dejjem, wirt naturali li ma jer\u0121a&#8217; ji\u0121i qatt. Tg\u0127allimt li intom intba\u0127tu li dan hu pajji\u017c mi\u0121nun li qieg\u0127ed jeqred lilu nnifsu, u tafu tibku din it-telfa. Aktar ma Malta \u010bkejkna ti\u010bkien, aktar se tikber ix-xewqa tal-ftu\u0127, tal-\u0127arba, imqar bid-droga; se jikbru n\u00ad-nervo\u017ci\u017cmu u l-klawstrofobija li ji\u017cvugaw fil-vjolenza. F&#8217;Malta wkoll il\u00ad-kriminalit\u00e0 m&#8217;g\u0127adhiex monopolju ta&#8217; l-adulti. Tg\u0127allimt li l-g\u0127aqdiet li waqqaftu huma kollha b&#8217;ri\u017cq \u0127addie\u0127or u mhux fl-interess persunali tag\u0127kom. Tg\u0127allimt kemm tafu fuq in-natura, kemm g\u0127andkom kura\u0121\u0121 taqb\u017cu g\u0127all-\u00adannimali ma\u0127qura li \u0127add mill-istituzzjonijiet ma jaqbe\u017c g\u0127alihom, u la l-gvern u lanqas il-knisja li sikwit ta\u0127qarhom hi stess fil-festi u tbierek il\u00ad-mo\u0127qrija. Tg\u0127allimt kemm intom img\u0127arrfin dwar il-flora u l-fawna tal-g\u017cira. Tg\u0127allimt kemm t\u0127ossu d-dmir li tg\u0127inu lit-tielet dinja, bla ma ssibu l-g\u0127arfien u l-g\u0127ajnuna li jixirqilkom. Tg\u0127allimt \u0127afna \u0127wejje\u0121 o\u0127ra u llum in\u0127oss li se niggradwa jien ukoll.<\/p>\n<p>Nixtieq nitlobkom ma tid\u0127lux fl-g\u0127adira ta&#8217; ilma-qieg\u0127ed ta&#8217; din is-so\u010bjet\u00e0. Je\u0127tie\u0121 li tkunu intom li \u010b\u010baqalqu l-\u0127sieb rieqed, tqanqlu l-qlub biex i\u0127ossu, tie\u0127du t-tmun f\u2019idejkom u tressquna lejn jum \u0121did. Laqatni \u0127afna x-xetti\u010bi\u017cmu ta&#8217; bosta minnkom, i\u010b-\u010bini\u017cmu li bih t\u0127arsu lejn is-so\u010bjet\u00e0 u d-da\u0127k li bih tisimg\u0127u din il-kaxxa infernali ta&#8217; kliem li tisplodi madwarna u li ma tfisser xejn. F&#8217;art fejn il-kliem hu m\u0127awwad, fejn il-kelma qajla hi stmata jew imfissra tajjeb, tistg\u0127u tkunu intom li tg\u0127idu kelma \u0121dida. G\u0127iduha dil-kelma, bla ma tib\u017cg\u0127u minn \u0127add \u0127lief mill-kuxjenza tag\u0127kom. Timxu ma&#8217; \u0127add \u0127lief we\u0127idkom ma&#8217; Alla tag\u0127kom, tistennew it-tif\u0127ir ta&#8217; \u0127add \u0127lief tal-le\u0127en ta&#8217; \u0121ewwa fikom. Qisu li ma tog\u0127\u0121bux lil kul\u0127add u serr\u0127u raskom li jkollkom l-eg\u0127dewwa u ma tkunux nies ta&#8217; kull sta\u0121un, ba\u017car li ssiblu minn kollox.<\/p>\n<p>L-istudenti tieg\u0127i u dawk kollha li kelli x-xorti li nsir naf fostkom jafu kemm t\u0127additna flimkien dwar il-falzit\u00e0 ta&#8217; pajji\u017cna, dwar il-qerda mg\u0127a\u0121\u0121la ta&#8217; kulma hu Malti, dwar il-vizzji tal-kalma, tal-pa\u010bi, tat-tolleranza, ta&#8217; l-apatija, tal-kwiet. Lill-gradwati fl-istudji reli\u0121juzi nitlobhom je\u0127duna lura lejn l-g\u0127ajb ta&#8217; Betlem u mhux lejn it-tlellix fierag\u0127 ta&#8217; Ruma. Lin-nutara pubbli\u010bi nitlobhom ig\u0127allmuna kemm sikwit huma &#8216;l bog\u0127od minn xulxin il-li\u0121i u l-\u0127aqq, u kemm sikwit il-li\u0121i hi trijonf ta&#8217; l-in\u0121ustizzja. Lid-diplomati\u010bi nitlobhom juruna kemm il-verit\u00e0 u l-etikett huma sikwit eg\u0127dewwa ta&#8217; xulxin, u kemm il-prudenza u 1l-fedelt\u00e0 sikwit huma vizzji kriminali. Lill-gradwati fl-istudji so\u010bjali applikati nitlobhom tassew jiftakru kemm hawn nies imbikkma u msikkta f\u2019din is-so\u010bjet\u00e0 fejn l-istituzzjonijiet i\u0127ambqu l-\u0127in kollu bejniethom bla ma j\u0127allu lil \u0127add jinstema&#8217;; nitlobhom jiftakru fil-problemi so\u010bjali li huma ri\u017cultat dirett ta&#8217; l-edukazzjoni, tal-kultura, tal-pre\u0121udizzji politi\u010bi, razzjali u reli\u0121juzi li ninsabu mg\u0127addsin fihom. Nitlobhom ifittxu lin-nies li waqg\u0127u fit-triq u li jintrifsu l-\u0127in kollu. Lill-gradwati ta&#8217; l-arti nitlobhom inisslu ftit poe\u017cija f\u2019dan il-pajji\u017c li qieg\u0127ed isir monotonu dejjem aktar; nitlobhom jo\u0127or\u0121u b\u0127al \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 ta&#8217; artijiet o\u0127rajn fit-toroq u fl-imsiera\u0127 u jkantaw g\u0127anjiet li jmissulna qalbna, jirre\u010btaw poe\u017ciji li j\u010baqalquna. Aqbdu l-kitarri tag\u0127kom, l-istrumenti mu\u017cikali tag\u0127kom u o\u0127olqulna pajji\u017c li jemmen f\u2019xi \u0127a\u0121a o\u0127ra minbarra fil-li\u0121i tal-qlig\u0127.<\/p>\n<p>Hemm xi \u0127a\u0121a li qieg\u0127da xxekkel lir-ru\u0127 Maltija. Forsi nsejna li a\u0127na Mediterranji, b\u0127al \u0127utna l-G\u0127arab u 1-Ewropej. Forsi g\u0127adna ma nafux min a\u0127na u g\u0127alhekk lanqas nistg\u0127u nag\u0127arfu lil \u0127addie\u0127or.<\/p>\n<p>Nitlobkom ma temmnux fil-pa\u010bi qabel ma jkun l-ilsir li jg\u0127idilkom li jinsab \u0127ieles. Nitlobkom tid\u0127ku bl-appelli g\u0127all-pa\u010bi u g\u0127all-g\u0127aqda g\u0127aliex il-pa\u010bi u l-g\u0127aqda ji\u0121u b&#8217;riformi mill-qieg\u0127 u mhux bi kliem ta&#8217; l-okka\u017cjoni li jlissen min ma huwiex im\u0121arrab. Nitlobkom ma temmnux fil-\u0121ustizzja qabel ma mmorru l-\u0121enna. Nitlobkom ma temmnux li sirna stat qabel ma nkunu sirna nazzjon. Nitlobkom ma temmnux li l-poplu Malti hu sovran qabel ma jkun hu li jie\u0127u l-mikrofonu f\u2019idejh u jitkellem hu. Nitlobkom ma ssirux parti\u0121\u0121jani fanati\u010bi, i\u017cda tg\u0127allmuna kif inkunu nisa u r\u0121iel s\u0127a\u0127.<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p>Nitlobkom tid\u0127ku bil\u00ad-\u0121ugarelli tas-so\u010bjet\u00e0 Maltija, tiksru r-regoli \u0127\u017ciena, ma tobdux kull ordni li hi dubju\u017ca, nitlobkom tisfidaw l-istrutturi so\u010bjali li m&#8217;humiex xierqa, nitloblom tinkwetaw \u0127afna, t\u0127ossu \u0127afna u tirrabjaw \u0127afna. Nittama li ntba\u0127tu li l-maturit\u00e0 li wie\u0127ed jikseb f\u2019Universit\u00e0 hi l-\u0127ila li jistaqsi, jiddubita, jikkritika bil-g\u0127aqal, jist\u0127arre\u0121 u ma jemminx malajr; hi wkoll il-\u0127ila li jkun skomdu u imbarazzanti kull meta jkun me\u0127tie\u0121. Il-maturit\u00e0 hi sikwit il-kuntrarju tal\u00ad-prudenza. Nawguralkom tg\u0127addu inkjesta u ti\u0121u fl-inkwiet kull meta jkun hemm b\u017conn g\u0127al kaw\u017ca tajba.<\/p>\n<p>Ilkoll, teologi, nutara, diplomati\u010bi, so\u010bjologi, letterati tistg\u0127u t\u0127arsu lejn l-art u taraw in-nies ta\u0127t ri\u0121lejkom. Hawn \u0127afna nies mirfusa f\u2019din ir-roqg\u0127a art. Ilkoll tistg\u0127u terfg\u0127u lil min waqa&#8217;, tag\u0127tu le\u0127en lil min immuta, tirfdu bil-kura\u0121\u0121 lil min is-so\u010bjet\u00e0 tellfitu l-fidu\u010bja fih innifsu. Malta wkoll g\u0127andha d-de\u017certi u l-boskijiet u l-eg\u0127rien tag\u0127ha fejn hemm in-nies mo\u0127bija. Malta wkoll g\u0127andha distanzi kbar bejn bniedem u ie\u0127or. Malta li tidher \u0127amra jew bl\u00f9 hi sikwit \u0127adra. \u0126addruha intom bil-lewn ta\u017c-\u017cg\u0127o\u017cija tag\u0127kom u stennew li tkunu mwe\u0121\u0121g\u0127a. U meta twe\u0121\u0121g\u0127u g\u0127idu: illum sirt mara, illum sirt ra\u0121el.<\/p>\n<p>Dan kollu jidher qisu xi lezzjoni o\u0127ra, i\u017cda m&#8217;huwiex. Dan kollu tg\u0127allimtu jiena minn g\u0127andkom bla ma ndunajtu. Tajtuhuli intom matul das-snin u llum irrid irroddulkom lura.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Bix-xieraq Malta llum sellmet &#8216;il Oliver Friggieri. Qatt m&#8217;g\u0127allimni imma g\u0127al xi xhur kien ixandar fuq ir-radju meta fuq ir-radju kien hemm diskors li kont ridt tisma&#8217;. Oliver Friggieri ma kienx jinqala&#8217; g\u0127at-teknolo\u0121ija. Uliedi ma jemmnuniex imma meta kelli 17-il sena kont sa\u0127\u0127ar tat-teknolo\u0121ija u allura kont in\u0127addam l-apparat waqt li Oliver Friggieri kien jiffoka [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":96710,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/96716\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=96716"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/96716\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":96733,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/96716\/revisions\/96733\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/96710\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=96716"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=96716"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=96716"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}