{"id":97489,"date":"2020-12-31T10:10:23","date_gmt":"2020-12-31T09:10:23","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=97489"},"modified":"2020-12-31T08:20:37","modified_gmt":"2020-12-31T07:20:37","slug":"citizen-under-siege","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2020\/12\/citizen-under-siege\/","title":{"rendered":"L-Assedju ta\u010b-\u010bittadin"},"content":{"rendered":"<p>Il-gvern qed jg\u0127a\u0121\u0121el biex iwaqqaf monument g\u0127al Oliver Friggieri. Hemm xi \u0127a\u0121a perversa f&#8217;dan. Oliver Friggieri ma kienx kritiku fil-pubbliku g\u0127ar-re\u0121im ta&#8217; Joseph Muscat u Robert Abela. Aktarx dan kien min\u0127abba kien irtira mill-\u0127ajja pubblika fl-a\u0127\u0127ar snin tieg\u0127u. I\u017cda dan l-a\u0127\u0127ar xi \u0127add g\u0127addhieli dan ir-ritratt bit-titli minn diskors li kien ta fl-1981 b\u0127ala mistieden tal-Partit Nazzjonalista.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-97482\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/12\/WhatsApp-Image-2020-12-26-at-09.35.09.jpeg\" alt=\"\" width=\"1268\" height=\"1600\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/12\/WhatsApp-Image-2020-12-26-at-09.35.09-200x252.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/12\/WhatsApp-Image-2020-12-26-at-09.35.09-238x300.jpeg 238w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/12\/WhatsApp-Image-2020-12-26-at-09.35.09-400x505.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/12\/WhatsApp-Image-2020-12-26-at-09.35.09-600x757.jpeg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/12\/WhatsApp-Image-2020-12-26-at-09.35.09-768x969.jpeg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/12\/WhatsApp-Image-2020-12-26-at-09.35.09-800x1009.jpeg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/12\/WhatsApp-Image-2020-12-26-at-09.35.09.jpeg 812w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/12\/WhatsApp-Image-2020-12-26-at-09.35.09-1200x1514.jpeg 1200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/12\/WhatsApp-Image-2020-12-26-at-09.35.09-1217x1536.jpeg 1217w\" sizes=\"(max-width: 1268px) 100vw, 1268px\" \/><\/p>\n<p>Qamitli l-kur\u017cit\u00e0. It-temi huma friski u topi\u017ci u mkebbsa b&#8217;nar li tistenna li l-gvern ikun irid jitfi, mhux iwaqqaflu monument. Fittixt id-diskors, pubblikat erbg\u0127in sena ilu mill-ferg\u0127a tal-PN li dakinhar kellha x-xog\u0127ol ti\u0121bed il-klassijiet tal-\u0127addiema. Il-premju &#8220;\u0127addiem tas-sena&#8221; kien twaqqaf mill-PN g\u0127al dan l-g\u0127an. Imma imkien ma tidher artikolata a\u0127jar il-missjoni tal-PN li xxejjen il-mitolo\u0121ija li hu xi partit elitista minn f&#8217;dan id-diskors ta&#8217; Oliver Friggieri. F&#8217;xi aspetti, dan hu diskors ta&#8217; \u017cmienu. Il-kelma &#8220;\u0126addiem&#8221; hi \u0127afna anqas politika llum milli kienet dakinhar. Il-&#8220;klassijiet&#8221; ma jispjegawx tant tajjeb x&#8217;ji\u0121ri \u0127a\u017cin fis-so\u010bjet\u00e0 tag\u0127na. Dan hu diskors li sar fi \u017cmienu, meta l-partiti ta\u010b-\u010bentru-xellug (b\u0127all-PN) ried jipperswadu lill-mases li setg\u0127u jirrapre\u017centawhom a\u0127jar mill-\u0127akkiema tal-purtiera tal-\u0127adid li kienu jsejj\u0127u lilhom infushom &#8216;so\u010bjalisti&#8217;. Id-diskors msawwar fin-nirien tat-tarzni ta&#8217; Gdansk, ji\u010b\u0127ad is-so\u010bjali\u017cmu tal-\u0127nie\u017cer Orwelljani li jorqdu f&#8217;sodod bla lo\u017cor, iqim il-Kattoli\u010bi\u017cmu, u jsejja\u0127 g\u0127all-protesta, id-di\u017cubbidjenza \u010bivili, u sa\u0127ansitra l-objezzjoni kuxjenzju\u017ca g\u0127al-li\u0121ijiet immorali.<\/p>\n<p>Imma dan id-diskors mhux xi tifkira tal-img\u0127oddi. Ibdel il-kelma &#8220;\u0126addiem&#8221; ma&#8217; &#8220;\u010aittadin&#8221;, u \u0121edded id-dehra tal-kilba tal-kriminali \u0127akkiema korrotti tal-lum, u l-argument hu \u010bar u jinstema&#8217; b&#8217;immedjatezza ur\u0121enti. It-twiddib ta&#8217; Oliver Friggieri lill-&#8220;\u0127addiem&#8221; tal-1981, jinstema&#8217; \u010bar f&#8217;widnejna: im\u010ba\u0127\u0127da mix-xandir, maqsumin bejnietna bejn min ja\u0127seb u min jisma&#8217;, adoraturi t&#8217;allat foloz, leali lejn politi\u010bi li je\u0127dulna biex ituna \u0127alli nibqg\u0127ulhom obbligati.<\/p>\n<p>Waqt li l-gvern ta&#8217; Robert Abela ja\u0127taf il-memorja ta&#8217; Oliver Friggieri, jadottah b\u0127ala simbolu bla tog\u0127ma, kompja\u010benti, ta&#8217; g\u0127aqda nazzjonali li takkomoda \u010b-\u010bens perpetwu fuq il-\u0127akma tag\u0127na, jien nippreferi niftakru hekk: wiewaqm, wi\u010b\u010b imb&#8217;wi\u010b\u010b mat-tirann Dom Mintoff, konfrontazzjoni drammatika bejn fejn na\u0127a wa\u0127da, dak li jsejja\u0127 lilu nnifsu salvatur, vjlenti, ipokrita, inkonsistenti, di\u017conet u li jistmerr lin-nies li jmexxi, u fuq l-o\u0127ra intellettwali b&#8217;le\u0127nu baxx, armat bil-beraq ta&#8217; \u0127sibijietu u b&#8217;seng\u0127a tal-kelma li tkellem lit-tiranni ta&#8217; kull \u017cmien. Oliver Friggieri ma&#8217; jib\u017caz mill-poteri. Il-poter jib\u017ca&#8217; minnu. Ma jist\u0127ix mill-poter. Il-poter jist\u0127i minnu. &#8220;II-poter hu marda o\u0127ra, hu \u0127alba xita li tieqaf, hu s\u0127aba li tg\u0127addi.&#8221;<\/p>\n<p>Nittama li tie\u0127du pja\u010bir daqs kemm \u0127add jien.<\/p>\n<p><span data-preserver-spaces=\"true\"> <img class=\"aligncenter size-full wp-image-97485\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/12\/L-Assedju-tal-Haddiem_1_Page_2_Image_0001.jpg\" alt=\"\" width=\"1203\" height=\"990\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/12\/L-Assedju-tal-Haddiem_1_Page_2_Image_0001-200x165.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/12\/L-Assedju-tal-Haddiem_1_Page_2_Image_0001-300x247.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/12\/L-Assedju-tal-Haddiem_1_Page_2_Image_0001-400x329.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/12\/L-Assedju-tal-Haddiem_1_Page_2_Image_0001-600x494.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/12\/L-Assedju-tal-Haddiem_1_Page_2_Image_0001-768x632.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/12\/L-Assedju-tal-Haddiem_1_Page_2_Image_0001-800x658.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/12\/L-Assedju-tal-Haddiem_1_Page_2_Image_0001.jpg 1024w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2020\/12\/L-Assedju-tal-Haddiem_1_Page_2_Image_0001-1200x988.jpg 1200w\" sizes=\"(max-width: 1203px) 100vw, 1203px\" \/><\/span><\/p>\n<h2>L-ASSEDJU TAL-\u0126ADDIEM<\/h2>\n<p><em>(Diskors ta&#8217; Oliver Friggieri, 30 ta&#8217; April 1981)<\/em><\/p>\n<p>X&#8217;m&#8217;huwiex il-\u0126addiem? lI-\u0126addiem m&#8217;huwiex tapit, m\u2019huwiex \u0121ugarell, m\u2019huwiex pupu li joqg\u0127od kif tqieg\u0127du, m\u2019huwiex kartellun li tag\u0127mel il-propaganda bih. Imma l-\u0126addiem jista\u2019 jkun tapit, jew \u0121ugarell, jew pupu, jew kartellun, jew lkolI f&#8217;daqqa &#8211; jekk irid hu, jekk ma jg\u0127idx le. F\u2019Malta dan sar, qieg\u0127ed isir u jibqa\u2019 jsir, jekk il-\u0126addiem ma jinteba\u0127x u j\u0127ares fil-mera u jg\u0127id jien m\u2019g\u0127adnix tifel, jien adult daqs dawk tal-poter, a\u0127jar minnhom g\u0127ax g\u0127adni ma t\u0127ammi\u0121tx, aqwa minnhom g\u0127aliex ming\u0127ajri n-nazzjon ma jimxix, u ming\u0127ajrhom jimxi, u jimxi a\u0127jar.<\/p>\n<p>Hawn min g\u0127andu d-delizzju li jitkellem fuq il-\u0126addiem, b\u0127alma hawn min g\u0127andu d-delizzju li jrabbi l-kaktus u j\u0121emma\u2019 l-bolol. U l-\u0126addiem, qisu qasrija tal-kaktus jew bolla u\u017cata, jispi\u010b\u010ba o\u0121\u0121ett fil-kollezzjoni tal-gosti kapri\u010b\u010bu\u017ci. Fuq il-\u0126addiem g\u0127andu jitkellem il-\u0126addiem. Il-\u0126addiem g\u0127andu mo\u0127\u0127, g\u0127andu \u0127aIq &#8211; \u0127allu\u0127 ja\u0127seb b&#8217;mo\u0127\u0127u, \u0127allu\u0127 jitkellem b\u2019\u0127alqu! Min m&#8217;hux \u0127addiem jew ma jg\u0127ixx b\u0127all\u00ad-\u0126addiem m&#8217;g\u0127andux g\u0127alfejn jitkellem fuq il-\u0126addiem. Jag\u0127mel tajjeb is-sinjur jekk jitkellem favur il-\u0126addiem, favur i\u017c-\u017cg\u0127ir u l-fqir, i\u017cda s-sinjur Ii jag\u0127mel hekk g\u0127andu jifhem li qieg\u0127ed jitkellem direttament kontra tieg\u0127u nniffsu. Jekk huwa s-sinjur li jikkaw\u017ca &#8216;l-faqar, huwa l-istess sinjur li jitkellem favur il-\u0126addiema li qieg\u0127ed jikkaw\u017ca t-tbatija. Tabib, fejjaq lilek innifsek!<\/p>\n<p>Tradizzjonalrment il-kotra tal-poplu tmexxiet minn klassi g\u0127olja finanzjarjarment, u aktarx fqira intellettwalment. Hekk kien fl-img\u0127oddi, u hekk g\u0127adu. Barranija jew Maltija, il\u00ad-klassi li g\u0127ax g\u0127andha l-flus tista\u2019 ta\u0127kem fuq min m&#8217;g\u0127andux hi I-klassi li ma tag\u0127milx g\u0127ajb, lill-granmastri, lill-inkwi\u017cituri, lill-gvernaturi. Tbiddlet in-nazzjonalit\u00e0 tag\u0127hom, tbiddel isimhom, imma huma lkoll membri ta&#8217; l-istess qatg\u0127a. Huma jiddettaw, u l-\u0127addiema, debboli, ubbidjenti, ibaxxu rashom u j\u010bap\u010bpu lkoll flimkien, g\u0127ax hekk suppost. \u0126addiem, tist\u0127i minn \u0127add, tib\u017ca\u2019 minn \u0127add. \u0126addie\u0127or g\u0127andu jist\u0127i minnek, \u0127addie\u0127or g\u0127andu jib\u017ca\u2019 minnek! M&#8217;intix ag\u0127ar mill-poter, inti aqwa mill-poter!<\/p>\n<p>Poplu li dera jbaxxi rasu g\u0127al sekli s\u0127a\u0127 hu poplu li g\u0127adu jbaxxi rasu llum ukoll. Ma marritx il-mentalit\u00e0 ta\u2019 min jifra\u0127 bil-loqma li jitfag\u0127lu min jiekol \u0127ob\u017ca s\u0127i\u0127a. Din l-istess klassi \u201cg\u0127olja\u201d, tal-poter, ta\u0127seb li l-\u0126addiem hu kelb ta\u2019 \u0127dejn il\u00ad-mejda Ii jferfer denbu, i\u0127ares &#8216;il fuq u jistenna l-frak! Il-frak ta\u010b\u010bettahx jekk \u0127addie\u0127or ma jlaqqattx il-frak mieg\u0127ek! M&#8217;intix inqas mill-poter! Il-poter bnejtu int u g\u0127andu jkun f&#8217;idejk. Meta l-\u0126addiem jifhem li m\u2019huwiex \u0121ugarell g\u0127all-bejg\u0127 fis-suq tal-popolarit\u00e0, u meta jqis lilu nnifsu b\u0127ala l-aqwa awtorit\u00e0 dwar il-qag\u0127da tieg\u0127u nnifsu, l-arroganza kummer\u010bjali tal-\u0127akma ta&#8217; min-mhux-\u0126addiem tidher kif inhi, u l-\u0126addiem jibda jqis lilu nnifsu kif imissu: a\u0121ent s\u0127i\u0127 tieg\u0127u nnifsu, padrun u mhux seftur tal-pajji\u017c, mhux strument f&#8217;idejn sperimentatur, mhux \u0121ugarell f&#8217;idejn adulti li baqg\u0127u tfal.<\/p>\n<h3>IL-\u0126ADDIEMA KOLLHA ID F&#8217;ID<\/h3>\n<p>M\u2019hemmx \u0126addiema Nazzjonalisti u \u0126addiema Laburisti \u0127lief fil-mo\u0127\u0127 tat-tradituri tag\u0127hom. Hemm biss \u0126addiema f\u2019qag\u0127da \u010bara \u0127afna: impjegati b\u2019kuntratt ta&#8217; xog\u0127ol, li huma s\u0127ab, nies bl-istess interessi. Il-poter, meta jitlef is-sens tal\u00ad-\u0127tija, jaqbillu jaqsam. \u0126addiema maqsuma bejniethom huma \u0126addiema sfruttati, bil-prezz fuq sidirhom, mibjug\u0127a fis-suq. Jekk l-istat i\u0127addem, allura hu employer, u l-interessi tieg\u0127u ma jistg\u0127ux ikunu dejjem u fuq kollox l-interessi tal-\u0126addiema. Iridu jkunu l-\u0126addiema li jitkellmu u jikkmandaw, u mhux jisimg\u0127u u jobdu. L-ewwel pass fil-qawmien veru tal-\u0126addiem g\u0127ad irid isir, u jrid jibda meta jintremew it-tikketti li qeg\u0127din jifirdu apposta, sistematikament, lill-a\u0127wa fuq il-bank tax-xog\u0127ol biex jifxluhom, idg\u0127ajfuhom, ji\u017colawhom, jikkundizzjonawhom u jwassluhom biex jifhmu g\u0127a\u017cla \u0127afifa u viljakka \u0127afna: \u201cjew tobdi jew tisfaxxa.\u201d U min irid jisfaxxa? Imma min g\u0127andu jobdi? A\u0127mar jew bl\u00f9, isfar jew gri\u017c, il-\u0126addiem hu \u0126addiem bil-kulur tal-\u0121ilda biss. Kull kulur ie\u0127or hu razzi\u017cmu. Kull qasma li ssir tkun saret b\u2019kapri\u010b\u010b, b\u0127all-\u0127ruq ta\u2019 Ruma minn Neruni, g\u0127all-gost tal-glorja sta\u0121unali tal-poter Ii jie\u0127u pja\u010bir jittawwal mill-gallerija tat-tafal tieg\u0127u. Tkun saret bil-pjan li \u0121\u0121elled lir-ra\u0121el mal-mara, lill\u00ad-g\u0127arus mal-g\u0127arusa, lill-a\u0127wa bejniethom, biex tfarrak is-solidarjet\u00e0, biex tirba\u0127 il-klassi g\u0127olja, sinjura li tiddetta. ll-poter g\u0127ad m\u2019hux f&#8217;idejn il-\u0126addiema g\u0127aliex sa issa dawn obdew, baxxew rashom, be\u017cg\u0127u. lb\u017ca&#8217; mill-bi\u017ca\u2019, \u0127abib! Qabel ma jkun il-poter li jobdi, u l-\u0126addiem li jikkmanda, ejjew ma no\u0127olmux li l-\u0126addiem m&#8217;g\u0127adux seftur, m&#8217;g\u0127adux il-\u0127mar tas-sienja li jdur u jdur sa ma jistordi, kuntent li fl-a\u0127\u0127ar jittrejjaq biex jer\u0121a&#8217; jdur u jdur. M\u2019intix \u0127mar, tilqax karit\u00e0, m&#8217;intix proprjet\u00e0 privata ta&#8217; \u0127addie\u0127or. Int sid tieg\u0127ek innifsek, minn fuq s&#8217;isfel!<\/p>\n<p>G\u0127alhekk ukoll l-interess politiku tal-\u0126addiema jmissu jkun interess f&#8217;ideat, fi strutturi ta\u2019 g\u0127ixien, u mhux f\u2019kuluri li jbiddluhom apposta fi klieb u qtates bejniethom. Min irid mod ie\u0127or irid jaqsam biex jirba\u0127: bejn tnejn li ji\u0121\u0121ieldu, jirba\u0127 it-tielet wie\u0127ed. U jekk dan il-kliem g\u0127andu ton ta&#8217; akku\u017ca kontra min jifred, iva, jien qed nakku\u017ca \u010bar u tond! Fl-g\u0127aqda biss hemm is-sa\u0127\u0127a, u trid tkun g\u0127aqda bejniethom u mhux mal-poter. Fil-firda hemm il-\u0127amrija g\u0127al min irid jilg\u0127abha ta&#8217; imperatur, ta&#8217; dittatur ta&#8217; folla li g\u0127ax hi mansa ja\u0127seb li se tib\u017ca\u2019, tinsa, toqg\u0127od, tobdi. M&#8217;huwiex rag\u0127aj dak li jifred lin-ng\u0127a\u0121 bejniethom.<\/p>\n<h3>META G\u0126ANDEK TIKSER IL-LI\u0120I<\/h3>\n<p>\u0126addiem, il-li\u0121i hi \u0127a\u0121a u l-\u0121ustizzja hi \u0127a\u0121a o\u0127ra. Mhux dejjem ji\u017c\u017cew\u0121u flimkien. Meta t\u0127oss tassew li m&#8217;g\u0127andekx tobdi, tobdix; l-ubbidjenza tista&#8217; tkun dnub. ls-silenzju jista&#8217; jkun dnub. Meta l-li\u0121i hi in\u0121usta, iksirha. Tista\u2019 tikser il-li\u0121i int ukoll, meta l-li\u0121i u l-\u0121ustizzja ma jaqblux. Il-li\u0121i in\u0121usta qieg\u0127da hemm biex tinkiser minn min ma jridx ji\u010b\u010bappas biha. Hemm \u0121ustizzja li hi \u0121usta &#8211; il-biljett tieg\u0127ek hu l-kuxjenza, mhux il-li\u0121i li ma taqbilx mal-kuxjenza, u li tista\u2019 titbiddell b\u0127at-temp.<\/p>\n<p>Jekk tassew illi l-we\u0121g\u0127a j\u0127ossha min hu mu\u0121ug\u0127 u mhux it-tabib, hekk ukoll il-\u0127ti\u0121ijiet tal-\u0126addiema jifhmuhom huma qalbel kul\u0127add, u j\u0127ossuhom huma u huma biss. Mela min jirrappre\u017centa lill-\u0126addiema g\u0127andu jkun kemm jista\u2019 jkun b\u0127all-\u0126addiema. U tkun b\u0127all-\u0126addiema billi qabel xejn \u00ad tkun xi tkun il-professjoni tieg\u0127ek &#8211; ma taqlax wisq i\u017cjed mill-\u0126addiema, ma tg\u0127ixx il-\u0127ajja ta&#8217; l-imperatur meta huma jg\u0127ixu fit-tbatija, ma tiddettax meta huma jobdu. Ma tistax tpejjep il-\u0127in kollu u tikkonvin\u010bini ma npejjiipx. Ma tistax tiekol \u0127afna u tikkonvin\u010bini nag\u0127mel id-dieta. \u0126add, \u0127lief is-sa\u0127\u0127\u00e2r, ma jag\u0127ti minn dak li m\u2019g\u0127andux. L-e\u017cempju jkaxkar, u l-kelma fierg\u0127a tid\u0127ol minn widna u to\u0127ro\u0121 dritt mill-o\u0127ra. Fatti, mhux kliem. Sin\u010berit\u00e0, mhux wi\u010b\u010b b\u2019ie\u0127or. Ir\u0121ulija, mhux kolonjali\u017cmu \u0121did. Sur mexxej tal-\u0126addiema, g\u0127ix b\u0127ali ta\u2019 \u0126addiem u nemmnek; jekk ma tridx tkun b\u0127ali, tiskomoda ru\u0127ek xejn. Int ma taf xejn mit-tog\u0127ma qarsa tal-qam\u0127 li niekol jien, u li ming\u0127alik titmag\u0127ni int. Qatt bkejtha l-bikja tal-poplu? Qatt obdejt? Jekk le, irrapre\u017centa lill-klassi g\u0127anja tieg\u0127ek u tiskomodax ru\u0127ek min\u0127abba fija.<\/p>\n<p>Min ja\u0127seb li l-\u0126addiem hu xi ibleh li jibla&#8217; kollox jista&#8217; jkollu ra\u0121un, u jista&#8217; ma jkollux. lkollu ra\u0121un jekk il-\u0126addiem jiskot, jitwerwer malli ji\u0121i biex jifta\u0127 \u0127alqu. B&#8217;dan il-mod il\u00ad-\u0126addiem ikun qieg\u0127ed ibiddel lilu nnifsu f&#8217;pedistall biex \u0127addie\u0127or jirkeb fuqu. lkun qieg\u0127ed jag\u0127mel b\u0127a\u017c-\u017ciemel tat-ti\u0121rija li jistenna biss is-silla waqt li sidu jie\u0127u l-unuri kollha. Minn \u00adna\u0127a l-o\u0127ra, min ja\u0127seb li l-\u0126addiem hu ibleh ma jkollux ra\u0121un jekk il-\u0126addiem jistma lilu nnifsu, ja\u0127seb b&#8217;rasu u m&#8217;hux b&#8217;ras \u0127addie\u0127or, u jsemma le\u0127nu kif irid, meta jrid, fejn irid, b&#8217;sa\u0127\u0127tu kollha, bil-vu\u010bi kollha, bl-ir\u0121ulija u bid-determinazzjoni ta&#8217; min jaf li jinsab fit-triq it-tajba. Il-\u0127alq qieg\u0127ed biex jinfeta\u0127 &#8211; u mhux g\u0127all-ikel biss.<\/p>\n<h3>G\u0126AQDA BEJN L-ID U L-MO\u0126\u0126<\/h3>\n<p>Din il-maturit\u00e0 tintilef jekk il-\u0126addiem ma jirra\u0121unax skond x&#8217;ja\u0127seb i\u017cda skond x&#8217;jisma&#8217;, u ma jirra\u0121unax b&#8217;mo\u0127\u0127u i\u017cda b&#8217;widnejh. U l-aqwa g\u0127odda hi l-qari, l-istudju. L-edukazzjoni hi dawl u g\u0127andha kmandament wie\u0127ed biss: &#8220;La Tiblax!&#8221; Malta te\u0127tie\u0121 \u0126addiema bil-ktieb f&#8217;idejhom, bil\u00ad-ktieb fil-but, bil-ktieb f&#8217;mo\u0127\u0127hom. Hu l-ktieb li jwasslek biex minn tifla ssir mara, minn tifel issir ra\u0121el, minn strument f&#8217;idejn \u0127addie\u0127or issir persuna, sid tieg\u0127ek innifsek. lmbag\u0127ad, il-\u0126addiem bil-ktieb f&#8217;idu \u0127add ma ji\u010b\u010bajta mieg\u0127u, \u0127add ma jg\u0127idlu li jkun is-sajf fl-eqqel tax-xitwa. Le, le, il\u00ad-\u0126addiem m&#8217;hux biljett tal-vot, m&#8217;hux for\u010bina biex wie\u0127ed i\u017comm fuqha biex jitla&#8217; u jag\u0127milha ta\u2019 statwa. Quddiem \u0126addiem b\u0127al dan, \u0127add ma jirnexxilu jbig\u0127 anki l-injoranza tieg\u0127u, \u0127add ma jippo\u017ca li jaf kollox, li jista&#8217; kolllox, \u0127add aktar ma jikkolonizza lill-Maltin f&#8217;Malta. Malta te\u0127tie\u0121 politi\u010bi nodfa, ir\u0121iel, intelli\u0121enti, mexxejja li ma jorbtux lill-\u0126addiema ma\u2019 l-injoranza, li ma ja\u0127sbux li l-poplu hu injorant b\u0127alhom, li ma jbiddlux il-medjokrit\u00e0 f&#8217;kultura popolari, li ma jidentifikawx l-identit\u00e0 Maltija mal-banalit\u00e0. Malta te\u0127tie\u0121 Parlament li hu differenti minn suq Persjan, te\u0127tie\u0121 Parlament li m&#8217;huwiex teatrin antikwat ta&#8217; medjokrit\u00e0 u da\u0127k fil-wi\u010b\u010b. Malta te\u0127tie\u0121 l-adultezza, g\u0127ax sabet bi\u017c\u017cejjed lil min ibellag\u0127ha l-ga\u017ca\u017ca biex i\u017commha fil-benniena. Malta qed tmut bil-g\u0127atx g\u0127al politika \u0121dida, moderna, \u017cag\u0127\u017cug\u0127a, li l-ewwel tkun sin\u010biera, imbag\u0127ad sin\u010biera u fl-a\u0127\u0127ar sin\u010biera. Malta te\u0127tie\u0121 idealisti, mhux opportunisti. Il-muftie\u0127 jinsab biss f&#8217;idejn il\u00ad-\u0126addiema, folla ta&#8217; m\u0127u\u0127 u mhux ta&#8217; widnejn li jibilg\u0127u f&#8217;indi\u0121estjoni li m&#8217;hemmx li tg\u0127addi. Dak li jag\u0127\u017cel lill\u00ad-bniedem mill-annimali hu l-\u0127sieb. Meta bniedem ikun kuntent ming\u0127ajr ma ja\u0127seb u j\u0127addem rasu, ikun kuntent b\u0127all-annimal. Annimal kuntent. Hemm kuntentizza a\u0127jar minn din, hemm xi \u0127a\u0121a a\u0127jar mill-prostituzzjoni.<\/p>\n<p>U mal-kotba hemm il-gazzetti. Je\u0127tie\u0121 li l-\u0126addiema jisimg\u0127u l-qniepen kollha, jaqraw kulma jistg\u0127u, jixtarru l-gazzetti kollha, b&#8217;nofs da\u0127ka, b&#8217;mo\u0127\u0127 miftu\u0127 bera\u0127. L-aqwa gazzetta hi l-\u0127sieb. Nidde\u010biedi hekk g\u0127ax na\u0127seb hekk, u mhux g\u0127ax inti tridni na\u0127seb hekk. U g\u0127aliex tridni na\u0127seb hekk? Lilek min welldek a\u0127jar minni? Minn fejn \u0121ibtu dan il-klassi\u017cmu antikwat? Na\u0127seb kif irrid, g\u0127alhiex irrid, i\u017cda na\u0127seb dejjem bin-nhar u kull meta nistenba\u0127 bil-lejl. Dejjem. Fejn hemm \u0126addiema intelli\u0121enti kul\u0127add, anki d-dittatur, ikollu jag\u0127mel il-kontijiet mag\u0127hom. Fejn hemm \u0126addiema li jib\u017cg\u0127u ja\u0127sbu, isir irkant s\u0127i\u0127 minn fuq daharhom, u jispi\u010b\u010baw biex jie\u0127du pja\u010bir jinbieg\u0127u. Le, le, \u0127abib, inti m&#8217;intix g\u0127all\u00ad-bejg\u0127, prezzek hu g\u0127oli, m&#8217;intix inqas minn \u0127addie\u0127or. Tintremiex g\u0127ax tintrifes.<\/p>\n<p>G\u0127alhekk hu me\u0127tie\u0121 it-ta\u0127lit tal-\u0126addliema tal-mo\u0127\u0127 mal\u00ad-\u0126addiema ta&#8217; l-id. Jekk politiku jxerred l-injoranza, ejjew na\u0127dmu aktar minnu u nxerrdu t-tag\u0127lim, ejjew innaddfu fejn hu j\u0127amme\u0121. Min \u017cvilluppa mo\u0127\u0127u aktar minn \u0127addie\u0127or g\u0127andu dmir morali gravi li jg\u0127allem, idawwal lil min ma tg\u0127allimx jew ma \u0127allewhx jitg\u0127allem. Biex ta\u0127seb tajjeb, trid titg\u0127allem ta\u0127seb tajjeb. U l-\u0127addiema ta&#8217; l-id, esperti f&#8217;oqsma o\u0127ra, ig\u0127inu lill-\u0126addiema tal-mo\u0127\u0127 fil-\u0127wejje\u0121 fejn dawn ta&#8217; l-a\u0127\u0127ar ma jiifhmux. Id f&#8217;id, il-mo\u0127\u0127 u l-id jimxu flimkien. Huma \u0126addiema differenti g\u0127ax g\u0127andhom xog\u0127ol differenti, li i\u017cda huma a\u0127wa g\u0127aliex g\u0127andhom l-istess interessi. Huma differenti biss is-sinjuri mill-fqar, dawk li jiddettaw minn dawk li jobdu. Min jifred lill-\u0126addiema bejniethom skond it-tip ta&#8217; xog\u0127ol li jag\u0127mlu, u skond il-partit tag\u0127hom ma jridx il-\u0121id tag\u0127hom i\u017cda l-\u0121id tieg\u0127u nnifsu. Hu t-traditur tai-klassi tal-\u0126addiema. Dan hu s-sagrile\u0121\u0121 il-kbir li jsir f&#8217;isem il-fidwa waqt li hu sfruttament egoista. Min i\u0121elled lill-a\u0127wa bejniethom m&#8217;huwiex wie\u0127ed minnhom. Fl-\u00adistess \u0127in, hu x&#8217;inhu x-xog\u0127ol &#8211; tal-mo\u0127\u0127 u ta&#8217; l-id &#8211; il-\u00ad\u0127sieb hu l-g\u0127odda ta\u017c-\u017cew\u0121 tipi ta&#8217; \u0126addiema. Kull pass tajjeb isir bil-mo\u0127\u0127, bil-\u0127sieb li jmexxi kollox. Kull qerq isir meta l-mo\u0127\u0127 jong\u0127os. Il-\u0127alliel jisraq fid-dlam, u l-inju\u00adranza hi dlam. lb\u017ca&#8217; mill-ideat!<\/p>\n<p>Minbarra Alla l-imbierek, l-&#8220;allat&#8221; tal-\u0126addiema huma l-\u0126addiema nfushom, u huma t-tbatiijiet tag\u0127hom, is-sagrifi\u010b\u010bji li jag\u0127mlu biex i\u0121anntu \u0127ajjithom. G\u0127alhekk l-&#8220;allat&#8221; tal\u00ad-\u0126addiema jitfittxu fis-s\u0127ab tal-maltemp u fid-du\u0127\u0127an tat-tni\u0121\u0121is jekk jitfittxu f&#8217;min ma jg\u0127ixx b\u0127all-\u0126addiema, mal\u00ad-\u0126addiema, hawn isfel.<\/p>\n<p>Kristu ma xerridx il-mibeg\u0127da u mbag\u0127ad g\u0127allimna n\u0127obbu. Ma kienx sfruttatur u ppridkalna l-\u0121ustizzja. Ma darx ma&#8217; kull ri\u0127 u g\u0127allimna l-konsistenza. Ma kienx g\u0127ani u qalilna nkunu fqar. Kristu qatt ma \u0127arab minn \u0127add u minn xejn \u0127lief darba &#8211; meta riedu jag\u0127tuh promozzjoni u jag\u0127mluh sultan. Abbasso il-karriera mbag\u0127bsa li tbiddel il-kuxjenza f\u2019&#8221;chewing gum&#8221;, f&#8217;bi\u010b\u010ba lastiku li ti\u0121\u0121ebbed kif jaqbel. \u0126abib, tilg\u0127aqx g\u0127aliex m\u2019intix kelb tat-triq; tib\u017cax mil-kastig g\u0127ax hemm kastig Ii hu unur; tib\u017cax mill-vittimizzazzjoni g\u0127ax il-vendikazzjoni hi gidma b&#8217;dentatura falza. lb\u017ca&#8217; biss mill-gidba; tkexkex li tasal biex tg\u0127ix f&#8217;pajji\u017c fejn il-gidba hi istituzzjonallizzata. lst\u0127i mis-su\u010b\u010bess fittizju Ii j\u0121elldek mieg\u0127ek innifsek. Ti\u0121\u0121ilidx mieg\u0127ek innifsek. A\u0127seb \u0127sieb wie\u0127ed: ta\u0127sibx pubblikament mod, u privatament mod ie\u0127or. Dan hu pajji\u017cek, daqskemm hu pajji\u017c min jiddetta.<\/p>\n<p>Il-\u0127addiem ikun \u0127ieles mhux meta ng\u0127idu li hu \u0127ieles \u2013 g\u0127ax il-\u0127elsien mhux kelma \u2013 i\u017cda meta hu j\u0127oss ru\u0127u \u0127ieles tassew. Hu biss, bil-libert\u00e0, ming\u0127ajr ritornelli ma\u0127duma g\u0127aliha, jista\u2019 jistqarr dan. Il-libsa tieg\u0127u hu biss g\u0127andu jfassalha, hu biss g\u0127andu jippruvaha biex jara hix issikkata jew le, u l-\u0127ajj\u00e2t g\u0127andu j\u0127it kif irid min se jilbisha. Inkella tkun libsa tat-trabi, mag\u0127mula minn \u0127addie\u0127or biex jilbisha min g\u0127adu ma kisibx il-kontroll tieg\u0127u nnifsu. Min irid jirrapre\u017centa lill-\u0126addiema bla ma jobdi u jikkonsulta l-\u0127in kollu lill-\u0127addiema jkun qieg\u0127ed jirrapre\u017centa lilu nnifsu, u jmissu jwaqqaf Parlament \u0121did \u2013 g\u0127alih wa\u0127du. Lit-trabi biss nittrattawhom hekk. U jekk il-\u0126addiem m\u2019huwiex tarbija, kull nuqqas ta\u2019 konsultazzjoni hu dittatura, hu ksur tal-kuntratt li \u0127add m\u2019g\u0127andu jibqa\u2019 jintrabat bih aktar. Il-log\u0127ba jew tintlag\u0127ab mit-tnejn jew ma tintlag\u0127ab xejn. Il-konsultazzjoni m\u2019hix privile\u0121\u0121. U fejn hi meqjusa privile\u0121\u0121 hemm id-dittatura. U l-ag\u0127ar forma ta\u2019 dittatura hi dik li \u017c\u017com l-iskor\u010ba tad-demokrazija. A\u0127jar il-mard li jidher mill-mard li ma jidhirx.<\/p>\n<p>U l-\u0126addiem g\u0127ad ikun \u0127ieles meta g\u0127ad ikollu x-Xandir f&#8217;idejh u mhux f&#8217;idejn il-klassi g\u0127olja li tmexxi. lkun \u0127ieles meta g\u0127ad imur fuq ix-Xandir u jg\u0127id li jrid, bil-kamera mixg\u0127ula fuq wi\u010b\u010bu, bla tlaqliq, bla bi\u017ca&#8217;. Sa issa l-\u0126addiem m&#8217;hux \u0127ieles g\u0127ax hawn min jib\u017ca&#8217; minnu. Id-demokrazija tkun e\u017caminata u tg\u0127addi mill-e\u017cami mhux skond kemm wie\u0127ed jimxi &#8216;il quddiem meta jilg\u0127aq, i\u017cda skond kemm wie\u0127ed ma jmurx lura meta jikkritika sin\u010berament. U l-kritika tal\u00ad-\u0126addiem ma tistax tibqa\u2019 ssir fil-widnejn, fil-\u0127wienet bil-mo\u0127bi, minn ta\u0127t l-ilsien fid-djar mag\u0127luqa, bil-\u0127bieb mag\u0127\u017cula, bl-ittri fuq il-\u0121urnali. Il-kritika trid issir fil-bera\u0127, qabel ma jidlam, b\u2019le\u0127en g\u0127oli, bl-isem u bil-kunjom u bl-indirizz. Dik biss hi demokrazija. Il-bqija hi dittatura, hi kopja sfukata ta\u2019 ritratt sfukat ta\u2019 demokrazija sfukata.<\/p>\n<h3>MIN IWE\u0120\u0120A&#8217; &#8216;L SIE\u0126BI JWE\u0120\u0120A&#8217; LILI<\/h3>\n<p>Jekk \u0126addiem wie\u0127ed biss jaf li jekk jitkellem kif jemmen jew i\u0121ib ru\u0127u kif g\u0127andu j\u0121ib ru\u0127u jaqla&#8217; trasferiment, jew ikun vittimizzat, jew jitlef promozzjoni, id-demokrazija tkun kelma konvenjenti, tradiment, bu\u017c\u017cieqa li l-poter jonfo\u0127ha kif jaqbillu. U l-poter jiddelletta b\u2019\u0127afna b\u017cie\u017caq. Tkun droga g\u0127all-\u0126addiem, loppju ta&#8217; dan il-poplu li sa issa kwazi dejjem kellu jbaxxi rasu u jobdi, daqqa lill-granmastru, daqqa lill\u00ad-inkwi\u017citur, daqqa lill-gvernatur, u daqqa lill-prim ministru. L-adult g\u0127andu l-jedd jitkellem bla ma j\u0127ossu obbligat li jin\u010bensa u jin\u017cel g\u0127arkobbtejh biex jing\u0127o\u0121ob. M&#8217;g\u0127andu g\u0127alfejn jog\u0127\u0121ob lil \u0127add \u0127lief lill-kuxjenza tieg\u0127u. M&#8217;g\u0127andu g\u0127alfejn jifta\u0127 ebda id biex jilqa&#8217; l-karit\u00e0. Kull benefi\u010b\u010bju so\u010bjali li jing\u0127ata lill-\u0127addiem hu jedd, ma jkun qieg\u0127ed jing\u0127ata minn ebda but ta&#8217; ebda benefattur, imma minn but il-\u0126addiem innifsu li j\u0127allas it-taxxi. U jekk il-\u0126addiem g\u0127andu j\u010bap\u010bap, g\u0127andu j\u010bap\u010bap lilu nnifsu. Ebda gvern ma jag\u0127ti, g\u0127ax ebda gvern ma jfaqqar lill-membri tieg\u0127u u jqieg\u0127ed il-flus f&#8217;bor\u017ca u jqassamhom lill-kotra. Kull diskors differenti hu prostituzzjoni ta&#8217; mo\u0127\u0127 il-\u0126addiem, hu kolonjali\u017cmu mibni fuq il-konvinzjoni li l-\u0126addiem hu xi ibleh li taqlag\u0127lu g\u0127ajnu u j\u017cieg\u0127el bik. Le, le, il-\u0126addiem m\u2019g\u0127andux ikun kelb mans li jimxi skond fejn ti\u0121bdu \u010b-\u010binga kapri\u010b\u010bu\u017ca ta&#8217; xi \u0127add li ffissa li hu sidu. Bil-lag\u0127qi\u017cmu l-\u0126addiem ma jag\u0127milx \u0127lief ikabbar id-distanza illi tbieg\u0127du mill-klassi li teg\u0127let fil-g\u0127oli biex tiddetta. lkun qieg\u0127ed jiffirma l-kuntratt tal-bejg\u0127 tieg\u0127u nniffsu, \u0127a\u0121a li jista\u2019 jag\u0127milha u ma jmissux jag\u0127milha. Hemm dawk li ja\u0127dmu iebes u jaqilg\u0127u ftit; u hemm dawk li jiddettaw minn fuq pultruna ratba tal-poter u jaqilg\u0127u \u0127afna. Ejjew ma niddubitawx wisq ma&#8217; min g\u0127andna n\u017commu.<\/p>\n<p>L-istat li jobdi u jiddjaloga l-\u0127in kollu hu servizz miftu\u0127. L-istat li jimponi u jitkellem wa\u0127du hu l-klassi perikulu\u017ca li te\u0127odha kontra l-klassi tal-\u0126addiema. Dan l-istat hu mostru klassista, mibni fuq it-twemmin tribali li mhux kul\u0127add indaqs. F&#8217;liema zoo jitrabba dan l-istat? B&#8217;liema la\u0127am uman jismen u ji\u0127xien? B\u2019liema demm jitrejjaq dan il-vampir?<\/p>\n<p>Hu stat li jista&#8217; jbe\u017c\u017ca&#8217;, i\u017cda hu stat li jib\u017ca&#8217; u m&#8217;g\u0127andux ibe\u017c\u017ca\u2019. lb\u017ca&#8217; mill-bi\u017ca&#8217;. Min jiddetta hu dg\u0127ajjef. lr-riverenzi u l-inkini, g\u0127alhekk, je\u0127tie\u0121 narmuhom fil-ba\u0127ar ta&#8217; madwarna. Sakemm ma jsirx dan, ejjew ma no\u0127olmux li l-\u0126addiem Malti hu \u0127ieles. Ejjew ma nibqg\u0127ux tfal f&#8217;dinja barranija ta&#8217; adulti. Ejjew ma nda\u0127\u0127kux aktar lill-barranin bina, u ma nid\u0127kux aktar bina nfusna u bi s\u0127abna l-\u0126addiema, \u0127omor u bl\u00f9 sofor u vjola&#8230; Ejjew nikbru ftit, g\u0127ax g\u0127adna pajji\u017c tat-tfal, immexxi mit-tfal g\u0127at-tfal. Hemm kolonjali\u017cmu li hu Malti wkoll, mill-Maltin g\u0127all-Maltin.<\/p>\n<p>\u0126abib, tib\u017ca\u2019 minn \u0127add \u0127lief minn Alla meta ti\u017cbalja. Tist\u0127i minn xejn \u0127lief mill-kuxjenza meta tigdeb. Tigdeb qatt, anki jekk jikkmandawk tigdeb. Tg\u0127allem kif ma tobdix. Twie\u0121eb lil \u0127add \u0127lief lil-le\u0127en fitt tal-kuxjenza tieg\u0127ek. Tg\u0127attix wi\u010b\u010bek bil-maskri, g\u0127ax wi\u010b\u010bek m\u2019hux ikreh. Timmutax g\u0127ax le\u0127nek m&#8217;huwiex stunat. Tist\u0127ix mill-img\u0127oddi tieg\u0127ek; tmaqdarx lil missrijietek g\u0127ax min imaqdarhom m&#8217;hux Malti; tg\u0127allem l-Istorja biex \u0127add ma jbellg\u0127ek il-\u0127rejjef; tist\u0127ix jekk int Kattoliku, u \u0127alli jist\u0127i min ittradixxa l-valuri Kattoli\u010bi taI-\u0126addiema Kattoli\u010bi li suppost jirrappre\u017centa. G\u0127al jeddijietek tbieg\u0127x mo\u0127\u0127ok, g\u0127all-paga tieg\u0127ek titmig\u0127ekx ma&#8217; l-art. Tfesfisx fil-widnejn imma g\u0127ajjat fit-toroq, g\u0127ax tieg\u0127ek it-toroq. Tib\u017cax mill-poter &#8211; g\u0127ax hu jib\u017ca&#8217; minnek; tist\u0127ix mill-poter &#8211; g\u0127ax hu jist\u0127i minnek. Il-poter hu marda o\u0127ra, hu \u0127alba xita li tieqaf, hu s\u0127aba li tg\u0127addi.<\/p>\n<p>Dan biss hu l-e\u017cami tad-demokrazija, fil-prattika tal-fatti u mhux fl-e\u017cattezza xejn impressjonananti tal-Kostituzzjoni. Il-Kostituzzjoni wkoll tista&#8217; tkun bi\u010b\u010ba lastiku g\u0127al min irid i\u0121ebbidha, jew &#8220;chewing gum&#8221; g\u0127al min irid jomg\u0127odha. lmbag\u0127ad, wara Ii tag\u0127mel hekk, ara ftit x&#8217;ji\u0121rilek. Jekk l-affarijiet jitbiddlu g\u0127all-a\u0127jar g\u0127al kul\u0127add, g\u0127id: hawn id-demokrazija, u jien stmat ta\u2019 \u0126addiem. U jekk le, ifhem li g\u0127adek m&#8217;intix \u0127ieles. G\u0127ax il-\u0127elsien m&#8217;huwiex xewqa imma esperjenza. lmbag\u0127ad \u0127ares lejn idejk u t\u0127osshom marbuta; ag\u0127ti pass u ara li ma tistax timxi; miss \u0127alqek u \u0127ossu me\u0127jut. L-ag\u0127ar jasar hu sewwasew dak il-jasar li ta\u0127sbu \u0127elsien.<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p>U meta tifhem li g\u0127adek tapit, u g\u0127adek \u0121ugarell, u g\u0127adek pupu, u g\u0127adek kartellun, ting\u0127alaqx id-dar, tibkix ma&#8217; martek u ma&#8217; wliedek bil-mo\u0127bi, issakkarx il-bibien biex taparsi \u0127add ma jisma l-karba tieg\u0127ek. Il-\u0127elsien jinkiseb mod ie\u0127or, l-ag\u0127safar ma jtirux fil-ga\u0121eg, i\u017c-\u017cwiemel ma ji\u0121rux fl-istalel. U tkun sirt mara, u tkun sirt ra\u0121el &#8211; g\u0127ax tkun we\u0121\u0121ajt u ntba\u0127t. G\u0127ad jisba\u0127 u tg\u0127id daqshekk, g\u0127ad jisba\u0127 u tg\u0127id bi\u017c\u017cejjed. U tarmi l-prudenza u tarmi l-pa\u010benzja. Hemm do\u017ca o\u0127ra g\u0127al min ma jifhimx, l-argumenti m&#8217;humiex g\u0127a\u010b-\u010bitaturi; hemm lingwa li jkellmuk biha u li int trid tkellimhom biha. G\u0127ad tg\u0127id bi\u017c\u017cejjed. U wliedek iberkuk, u jg\u0127idu: ommi tassew kienet mara, missieri tassew kien ra\u0121el. Hekk Alla jg\u0127inek.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-gvern qed jg\u0127a\u0121\u0121el biex iwaqqaf monument g\u0127al Oliver Friggieri. Hemm xi \u0127a\u0121a perversa f&#8217;dan. Oliver Friggieri ma kienx kritiku fil-pubbliku g\u0127ar-re\u0121im ta&#8217; Joseph Muscat u Robert Abela. Aktarx dan kien min\u0127abba kien irtira mill-\u0127ajja pubblika fl-a\u0127\u0127ar snin tieg\u0127u. I\u017cda dan l-a\u0127\u0127ar xi \u0127add g\u0127addhieli dan ir-ritratt bit-titli minn diskors li kien ta fl-1981 b\u0127ala mistieden [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":97486,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/97489\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=97489"}],"version-history":[{"count":4,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/97489\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":97501,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/97489\/revisions\/97501\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/97486\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=97489"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=97489"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=97489"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}