{"id":97515,"date":"2021-01-02T10:47:54","date_gmt":"2021-01-02T09:47:54","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=97515"},"modified":"2021-01-02T16:45:04","modified_gmt":"2021-01-02T15:45:04","slug":"il-providenza","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2021\/01\/il-providenza\/","title":{"rendered":"Il-Providenza"},"content":{"rendered":"<p>Kif tenna l-biera\u0127 Adrian Delia, g\u0127ajnejh ileqqu bl-emozzjoni, ftit hemm entitajiet li jist\u0127oqqilhom li jin\u0121abrulhom il-fondi aktar mid-Dar tal-Providenza. Huwa stqarr li \u201caktar ma tkun iebsa l-isfida, Alla dejjem jipprovdi&#8221;.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/video.php?height=315&amp;href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fadriandeliapn%2Fvideos%2F558234181805199%2F&amp;show_text=true&amp;width=560\" width=\"560\" height=\"430\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\" allowfullscreen=\"allowfullscreen\" data-mce-fragment=\"1\"><\/iframe><\/p>\n<p>Dan b\u0127allikieku ried ig\u0127id li kien bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; intervent divin li kumpannija Tune\u017cina, li ma jaf biha \u0127add, qabbditu biex jag\u0127mel donazzjoni ta&#8217; \u20ac500,000 f&#8217;isimha. Donazzjoni li x&#8217;aktarx hi l-akbar donazzjoni li saret minn xi kumpannija fl-istorja Maltija.<\/p>\n<p>Ix-xena kienet wa\u0127da spettakolari: b\u0127al meta \u017ciemel tal-injam \u0121gantesk jitfa\u010b\u010ba fuq xtajta.<\/p>\n<p>Madankollu ta&#8217; min li wie\u0127ed jag\u0127mel xi mistoqsijiet.<\/p>\n<p>Min hi l-kumpannija <em>Catco Group<\/em> li g\u0127amlet din id-donazzjoni enormi? Din id-donazzjoni hi parti minn xi programm estensiv ta&#8217; responsabbilt\u00e0 korporativa? X&#8217;inhi r-ra\u0121uni li din l-inizjattiva ta&#8217; karit\u00e0 kienet l-unika wa\u0127da li saret minn din id-ditta li tidher <em>online<\/em>? Min fejn nibtet din il-\u0127e\u0121\u0121a tal-kap e\u017cekuttiv Sirjan ta&#8217; din il-kumpannija Tune\u017cina li n\u0127olqot fl-2019 biex jiffinanzja b&#8217;dan il-mod massi\u010b\u010b lid-Dar tal-Providenza? Dan il-grupp ta&#8217; kumpanniji jidher li huwa wie\u0127ed estensiv i\u017cda l-pa\u0121na tieg\u0127u fil-<em>LinkedIn<\/em> g\u0127andha biss 65 segwitur\u00a0 u ma jidhirx li g\u0127andha xi g\u0127atx partikolari g\u0127all-pubbli\u010bit\u00e0 wiesa&#8217;.<\/p>\n<p>Il-pubbli\u010bit\u00e0 li \u0127olqot din id-donazzjoni kienet wa\u0127da fuq skala enormi. \u20ac500,000 mhux biss hija somma kbira \u0127afna g\u0127ad-Dar tal-Providenza, i\u017cda hi wkoll 25% ta&#8217; dan kollu li n\u0121abar il-biera\u0127. Hi somma enormi ta&#8217; flus sa\u0127ansitra anki g\u0127al kumpannija biljunarja.<\/p>\n<p>Fi\u010b-\u010birkostanzi, n\u0127oss li l-pubbliku g\u0127andu jin\u017camm infurmat dwar din id-donazzjoni. Il-pubbliku g\u0127andu jkun mg\u0127arraf dwar jekk il-flus \u0121ewx trasferiti di\u0121\u00e0 jew inkella \u0121ewx imwieg\u0127da. G\u0127andu jkun mg\u0127arraf ukoll dwar jekk saritx jew hux ser ikun hemm <em>due diligence<\/em> bil-g\u0127an li nserr\u0127u rasna dwar il-provenjenza tal-flus. G\u0127andna ni\u0121u mg\u0127arrfa wkoll dwar il-pjanijiet li g\u0127andhom tal-<em>Catco Group<\/em> g\u0127al Malta in vista tal-\u0127oss kbir li g\u0127andhom kemm g\u0127amlu.<\/p>\n<p>M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, kull forma ta&#8217; karit\u00e0 g\u0127andha ti\u0121i nkora\u0121\u0121ita um&#8217;hemmx dubju li d-Dar tal-Providenza g\u0127andha ting\u0127ata kull g\u0127ajnuna li tkun te\u0127tie\u0121.<\/p>\n<p>I\u017cda, fi\u010b-\u010birkostanzi, jkun opportun jekk nag\u0127mel xi osservazzjonijiet min\u0127abba l-involviment ta&#8217; Adrian Delia &#8211; persuna esposta politikament. Ejjew g\u0127al mument inwarrbu fil-\u0121enb il-fatt li Adrian Delia m&#8217;huwiex mag\u0127ruf g\u0127all-kjarezza fejn jid\u0127lu kwistjonijiet ta&#8217; natura finanzjarja. Kull transazzjoni, a\u0127seb u ara wa\u0127da li tkun ta&#8217; dan il-kobor u li fiha l-a\u0121ent jkun persuna mill-kamp politiku, tkun te\u0127tie\u0121 attenzjoni spe\u010bjali.<\/p>\n<p>Hemm ukoll ir-riferenza li g\u0127amel Adrian Delia g\u0127al Jeffrey Farrugia &#8211; persuna li m&#8217;hijiex politikament esposta b\u0127alu &#8211; i\u017cda li hi esposta fil-kamp tal-futbol.<\/p>\n<p>M&#8217;g\u0127andix dubju li ser ikun hemm min ig\u0127id li jien qed &#8220;ng\u0127ir&#8221; g\u0127all-&#8220;kisba kbira&#8221; li g\u0127amel Adrian Delia. Is-segwa\u010bi tieg\u0127u qed jg\u0127olluh mas-smewwiet bit-tif\u0127ir b\u0127allikieku l-flus \u0127ari\u0121hom minn butu u tahom g\u0127all-karit\u00e0. Ftit tal-minuti qabel \u0127abbar id-donazzjoni tal-<em>Catco Group,<\/em> Adrian Delia re\u0121a&#8217; tfa\u010b\u010ba biex iwieg\u0127ed ftit anqas minn \u20ac30,000 li suppost in\u0121abru mill-\u201chelpers\u201d tieg\u0127u. Din il-\u0121abra \u010bertament kienet wa\u0127da impressjonanti. U min ibati mi\u010b-\u010bini\u017cmu seta&#8217; stqarr li dan g\u0127amlu biex jippika mal-PN. Kollox jista&#8217; jkun. I\u017cda l-importanti hu li l-flus \u0121ew imwieg\u0127da biex igawdu r-residenti tad-Dar tal-Providenza.<\/p>\n<p>I\u017cda jkun je\u0127tie\u0121 li d-donazzjoni ta&#8217; \u20ac500,000 ti\u0121i mg\u0127arbla sewwa. U peress li Adrian Delia rabat il-kredibilit\u00e0 tieg\u0127u &#8211; li hi dik li hi &#8211; ma&#8217; din id-donazzjoni enormi, g\u0127andu jistqarr jekk g\u0127addiex din id-donazzjoni mill-g\u0127arbiel legali jew le u dan sabiex inkunu \u017cguri li kollox sar skont il-li\u0121i. U g\u0127andu wkoll iwie\u0121eb g\u0127aliex din id-donazzjoni saret proprju issa u g\u0127aliex saret proprju minnu.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Kif tenna l-biera\u0127 Adrian Delia, g\u0127ajnejh ileqqu bl-emozzjoni, ftit hemm entitajiet li jist\u0127oqqilhom li jin\u0121abrulhom il-fondi aktar mid-Dar tal-Providenza. Huwa stqarr li \u201caktar ma tkun iebsa l-isfida, Alla dejjem jipprovdi&#8221;. Dan b\u0127allikieku ried ig\u0127id li kien bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; intervent divin li kumpannija Tune\u017cina, li ma jaf biha \u0127add, qabbditu biex jag\u0127mel donazzjoni ta&#8217; \u20ac500,000 f&#8217;isimha. [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":97510,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/97515\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=97515"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/97515\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":97518,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/97515\/revisions\/97518\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/97510\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=97515"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=97515"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=97515"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}