{"id":97577,"date":"2021-01-05T11:05:49","date_gmt":"2021-01-05T10:05:49","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=97577"},"modified":"2021-01-05T13:03:09","modified_gmt":"2021-01-05T12:03:09","slug":"ir-responsabbilta-tal-awtoritajiet","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2021\/01\/ir-responsabbilta-tal-awtoritajiet\/","title":{"rendered":"Ir-responsabbilt\u00e0 tal-awtoritajiet"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-97565\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/01\/images.jpeg\" alt=\"\" width=\"216\" height=\"234\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/01\/images-200x217.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/01\/images.jpeg 216w\" sizes=\"(max-width: 216px) 100vw, 216px\" \/><\/p>\n<p>\u017bgur m&#8217;g\u0127andniex g\u0127alfejn noqg\u0127odu niskantaw li x-xetti\u010bimu fil-konfront tal-awtoritiajiet issa qed jinbidel f&#8217;nuqqas ta&#8217; dixxerniment dwar l-g\u0127ejjun li g\u0127andhom ji\u0121u fdati.<\/p>\n<p>Nie\u0127du l-ka\u017c tal-anzjani minn San \u0120wann. Ftit anqas minn sena ilu, lil dawn kienu qalulhom biex ma jo\u0127or\u0121ux minn darhom. Dan sakemm is-Sindku \u0121ietu l-idea sublimi li jlaqqag\u0127hom flimkien biex jilg\u0127abu t-tombla, b\u0127alma kienu jag\u0127mlu sa ftit ilu. X&#8217;imkien qrajt diversi kummenti ta&#8217; erba&#8217; \u0127elwin li kitbu li l-anzjani li marru g\u0127at-tombla u mbag\u0127ad in\u0127akmu mill-imxijja, stednuha b&#8217;idejhom. Wara kollox, l-awtoritajiet ilhom g\u0127al xhur s\u0127a\u0127 iwissuhom biex ma ji\u010b\u010baqalqux minn darhom u biex ma jit\u0127alltux ma&#8217; nies li ma jg\u0127ixux mag\u0127hom.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/lovinmalta.com\/news\/we-followed-every-protocol-san-gwann-council-clarifies-what-happened-at-viral-tombola-lunch\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">X&#8217;inhu s-Sindku jekk mhux rappre\u017centant tal-awtoritajiet? L-anzjani l-g\u0127ala m&#8217;g\u0127andhomx iserr\u0127u b&#8217;mo\u0127\u0127hom dwar dak li jg\u0127idilhom is-Sindku jew il-Kunsill tag\u0127hom biex ma jipperikolawx lil \u0127ajjithom?<\/a><\/p>\n<p>G\u0127aliex g\u0127andna nistennew li l-pariri li nisimg\u0127u minn fuq it-televi\u017cjoni ming\u0127and persuni li ma nafuhomx g\u0127andhom ig\u0127oddu aktar mill-pariri li jag\u0127ti l-ewwel \u010bittadin tal-lokalit\u00e0? G\u0127aliex g\u0127andna nistennew li kul\u0127add huwa espert bi\u017c\u017cejjed biex jidde\u010biedi min huwa tassew l-espert?<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2021\/01\/the-return-of-l-aqwa-zmien\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Robert Abela qed iwieg\u0127ed li s-sena 2021 ser tkun \u201cwa\u0127da mill-aqwa snin\u201d<\/a>. I\u017cda, ftit wara, <a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/watch-public-to-be-offered-vaccine-by-start-of-may-health-minister.842847\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Chris Fearne wissiena li m&#8217;g\u0127andniex nistennew li jkollna l-immunit\u00e0 mill-imxijja \u201cqabel tmiem is-sajf\u201d<\/a>. Ji\u0121ifieri sa tmiem is-sajf ser ikollna nibqg\u0127u ng\u0127ixu bir-restrizzjonijiet li s-sena 2020 g\u0127amluha wa\u0127da mill-ag\u0127ar snin li qatt kellna.<\/p>\n<p>Dan \u010bertament m&#8217;huwiex it-tort ta&#8217; Chris Fearne. Madankollu jidher li, min\u0127abba l-ineffi\u010bjenza, nuqqas ta&#8217; ambizzjoni u nuqqas ta&#8217; g\u0127odda, m&#8217;hux qed isir sforz bi\u017c\u017cejjed biex il-va\u010b\u010bin jintla\u0127aq mill-akbar numru ta&#8217; persuni possibbli fl-inqas \u017cmien.<\/p>\n<p>Mhux tort ta&#8217; Chris Fearne li l-prim ministru tieg\u0127u qed jintilef fil-\u0127olm u fid-delu\u017cjonijiet. Jekk jibqa&#8217; sejjer hekk, dalwaqt ser jg\u0127idilna biex intaqqbu l-vini tag\u0127na bid-deter\u0121ent u li fil-pajji\u017c kollox ward u \u017cahar.<\/p>\n<p>In-nies g\u0127aliex g\u0127andha toqg\u0127od tag\u0127\u017cel g\u0127andhiex temmen lill-prim ministru jew inkella lid-deputat tieg\u0127u? X&#8217;qed i\u017commhom milli jemmnu diskors inkompetenti mimli ottimi\u017cmu li hu wkoll miksi b&#8217;e\u017ci\u0121enzi ta&#8217; ur\u0121enza elettorali?<\/p>\n<p>G\u0127aliex m&#8217;g\u0127andniex niskantaw jekk in-nies tag\u0127\u017cel li toqg\u0127od fuq dak li jg\u0127idilha Robert Abela dwar is-sa\u0127\u0127a pubblika?<\/p>\n<p>Kunu afu li dan il-\u0121enn m&#8217;huwiex limitat g\u0127all-imxijja.<\/p>\n<p>Ftit wara li le\u0127aq b\u0127ala kummissarju tal-pulizija, An\u0121lu Gaf\u00e0 stqarr li ried jer\u0121a&#8217; jrodd lura l-fidu\u010bja li l-pubbliku darba kellu fil-korp tal-pulizija. <a href=\"https:\/\/theshiftnews.com\/2020\/08\/11\/promises-to-conclude-investigations-into-pilatus-bank-too-little-too-late\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Huwa wieg\u0127ed li, fejn ikun je\u0127tie\u0121, kienu ser ise\u0127\u0127u l-arresti u l-prosekuzzjonijiet ta&#8217; rjus kbar.<\/a> Kellna g\u0127alxiex ma nemmnu\u0127x? G\u0127aliex m&#8217;g\u0127andniex nistennew li l-kummissarju j\u017comm kelmtu mag\u0127na? I\u017cda l-verit\u00e0 hi li sal-lum \u0127add minn dawn l-irjus kbar ma ttella&#8217; l-Qorti u ma kull \u0121urnata li tg\u0127addi qed jikbru d-dubji dwar jekk din l-istituzzjoni g\u0127andhiex interess \u0121enwin jew le li tara li sse\u0127\u0127 il-\u0121ustizzja.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2021\/01\/what-a-piece-of-work-this-adrian-delia-is\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Araw ftit kif Adrian Delia nqeda&#8217; bil-kredibilit\u00e0 tieg\u0127u b\u0127ala persuna pubblika &#8211; li hi dik li hi &#8211; biex iwa\u0127\u0127ad il-kilba li g\u0127andu biex jivvendika ru\u0127u ma&#8217; att ta&#8217; karit\u00e0.<\/a><\/p>\n<p>Araw ftit kif\u00a0 sie\u0127bu Simon Mercieca qed jinqeda&#8217; bil-kredibilit\u00e0 akkademika tieg\u0127u biex ibella&#8217; lin-nies it-teoriji kon\u0121urali tieg\u0127u, kemm jekk dawn ikunu jittrattaw <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2020\/11\/how-long-is-your-spoon-simon-mercieca\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">dwar <em>frame-up<\/em> fuq Yorgen Fenech<\/a> jew dwar <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2020\/09\/simon-mercieca-is-a-menace-to-society\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">il-firxa tan-<em>nanobots<\/em> ta&#8217; Bill Gates fil-va\u010b\u010bin kontra mxijja falza<\/a>. Huwa minnu li Joseph Goebbels sa\u0127ansitra kellu PhD minn Heidelberg. I\u017cda g\u0127aliex g\u0127andna nistennew li n-nies m&#8217;g\u0127andhiex toqg\u0127od fuq l-g\u0127erf ta&#8217; min ikun mg\u0127allem?<\/p>\n<p>Li qed ji\u0121ri hu li l-politi\u010bi qed jag\u0127tu lin-nies kull ra\u0121un, mhux biss biex ma temminhomx, i\u017cda biex ma temminx lil kull min hu politiku jew g\u0127andu xi awtorit\u00e0 pubblika. Jekk ikun hemm tobba li b&#8217;reputazzjoni li, g\u0127all-pazjenti tag\u0127hom, jag\u0127\u017clu biss dawk il-medi\u010bini ma\u0127duma minn kumpanniji li jxa\u0127\u0127muhom, in-nies tibda&#8217; titlef il-fidu\u010bja.<\/p>\n<p>U meta pajji\u017c ikun mimli sa ru\u0127 ommu b&#8217;politi\u010bi giddiebin, in-nies tibda&#8217; tistaqsi lilha nnifisha jekk id-demokrazija tkunx g\u0127adha me\u0127tie\u0121a.<\/p>\n<p>Qed nistiednu inkwiet serju.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>\u017bgur m&#8217;g\u0127andniex g\u0127alfejn noqg\u0127odu niskantaw li x-xetti\u010bimu fil-konfront tal-awtoritiajiet issa qed jinbidel f&#8217;nuqqas ta&#8217; dixxerniment dwar l-g\u0127ejjun li g\u0127andhom ji\u0121u fdati. Nie\u0127du l-ka\u017c tal-anzjani minn San \u0120wann. Ftit anqas minn sena ilu, lil dawn kienu qalulhom biex ma jo\u0127or\u0121ux minn darhom. Dan sakemm is-Sindku \u0121ietu l-idea sublimi li jlaqqag\u0127hom flimkien biex jilg\u0127abu t-tombla, b\u0127alma kienu [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":97566,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/97577\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=97577"}],"version-history":[{"count":3,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/97577\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":97580,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/97577\/revisions\/97580\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/97566\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=97577"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=97577"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=97577"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}