{"id":97633,"date":"2021-01-07T10:00:38","date_gmt":"2021-01-07T09:00:38","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=97633"},"modified":"2021-01-07T18:40:26","modified_gmt":"2021-01-07T17:40:26","slug":"lin-nies-mghandux-il-kuragg-li-jghidilha-l-verita","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2021\/01\/lin-nies-mghandux-il-kuragg-li-jghidilha-l-verita\/","title":{"rendered":"Lin-nies m&#8217;g\u0127andux il-kura\u0121\u0121 li jg\u0127idilha l-verit\u00e0"},"content":{"rendered":"<p>Il-biera\u0127 smajt kummentatur televi\u017civ jikkritika lil Donald Trump billi stqarr li dan tant g\u0127andu bi\u017ca&#8217; mill-partitarji tieg\u0127u stess u li m&#8217;g\u0127andux il-kura\u0121\u0121 ig\u0127idilhom il-verit\u00e0 &#8211; ji\u0121ifieri li hu tilef l-elezzjoni presidenzjali. Dan il-kummentatur ikkwota wkoll lil Winston Churchill: \u201c<em>Id-dittaturi jirkbu fuq it-tigri u mbag\u0127ad ma ja\u017c\u017cardawx ja\u0127arbu minnhom. U dawn it-tigri qed jaqbadhom il-\u0121u\u0127<\/em><em>.<\/em>\u201d<\/p>\n<p>Din il-kwotazzjoni \u0121ieg\u0127elitni nirrifletti dwar il-kuntest Malti. Fi\u017c-\u017cmien qasir li ilu prim ministru, Robert Abela wera&#8217; li hu \u0121ifa. Qatt ma kellu l-kura\u0121\u0121 li lill-partitarji tieg\u0127u jg]idilhom li l-mexxej ta&#8217; qablu kien mexxa&#8217; gvern korrott li kien \u0121ab mist\u0127ija u kien ta&#8217; \u0127sara kbira g\u0127al pajji\u017cna. Qatt ma kellu l-kura\u0121\u0121 jammetti li l-migrazzjoni hi fatt tal-\u0127ajja u li\u00a0 Malta g\u0127andha obbligu morali u legali li ssalva lil min ikun fil-periklu li jeg\u0127req fil-ba\u0127ar.<\/p>\n<p>Mhux hekk biss. Lanqas biss g\u0127andu l-kura\u0121\u0121 ig\u0127id lin-nies tieg\u0127u li g\u0127ad fadlilna triq g\u0127at-telg\u0127a biex isibu tarf tal-imxijja Covid u li je\u0127tie\u0121 li nkomplu nag\u0127mlu l-almu tag\u0127na biex ni\u0121\u0121ieldulha qabel inkunu nistg\u0127u nserr\u0127u rasna li sibnilha tarfha.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-97612\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/01\/a31f64c93480ba23f6ab6358c449e2335812b132-1608977897-94f08d93-1920x1280-1.jpg\" alt=\"\" width=\"1598\" height=\"1065\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/01\/a31f64c93480ba23f6ab6358c449e2335812b132-1608977897-94f08d93-1920x1280-1-200x133.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/01\/a31f64c93480ba23f6ab6358c449e2335812b132-1608977897-94f08d93-1920x1280-1-300x200.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/01\/a31f64c93480ba23f6ab6358c449e2335812b132-1608977897-94f08d93-1920x1280-1-400x267.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/01\/a31f64c93480ba23f6ab6358c449e2335812b132-1608977897-94f08d93-1920x1280-1-600x400.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/01\/a31f64c93480ba23f6ab6358c449e2335812b132-1608977897-94f08d93-1920x1280-1-768x512.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/01\/a31f64c93480ba23f6ab6358c449e2335812b132-1608977897-94f08d93-1920x1280-1-800x533.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/01\/a31f64c93480ba23f6ab6358c449e2335812b132-1608977897-94f08d93-1920x1280-1.jpg 1024w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/01\/a31f64c93480ba23f6ab6358c449e2335812b132-1608977897-94f08d93-1920x1280-1-1200x800.jpg 1200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/01\/a31f64c93480ba23f6ab6358c449e2335812b132-1608977897-94f08d93-1920x1280-1-1536x1024.jpg 1536w\" sizes=\"(max-width: 1598px) 100vw, 1598px\" \/><\/p>\n<p>Robert Abela ma ja\u0127tix g\u0127at-tixrid tal-imxijja. \u0126add m&#8217;hu ser je\u0127odha kontra tieg\u0127u g\u0127all-kawtela u l-g\u0127aqal li huma me\u0127tie\u0121a fil-\u0121lieda kontra l-pandemija u dan biex kemm jista&#8217; jkun ma jmutux in-nies.<\/p>\n<p>I\u017cda jidher li m&#8217;g\u0127andux il-\u0127ila li jittratta kif suppost mal-u\u0121ieg\u0127 &#8211; li\u00a0 wie\u0127ed jista&#8217; jifhmu &#8211; li qed i\u0127ossu l-operaturi ekonomi\u010bi bir-restrizzjonijiet u l-issikkar li huma me\u0127tie\u0121a. M&#8217;g\u0127andux il-kura\u0121\u0121 li jie\u0127u de\u010bi\u017cjonijiet iebsin &#8211; i\u017cda me\u0127tie\u0121a &#8211; g\u0127ax dawn x&#8217;aktarx jistg\u0127u ma jin\u017clux \u0127elu ma&#8217; xi w\u0127ud.<\/p>\n<p>G\u0127andu l-\u0127ila biss li jo\u0127lom b&#8217;ottimi\u017cmu mhux \u0121ustifikat. M&#8217;g\u0127andix bi\u017c\u017cejjed informazzjoni biex ni\u0121\u0121udika jekk l-g\u0127aqda tal-g\u0127alliema kienitx \u0121ustifikata jew le li llum tordna strajk fost il-membri tag\u0127ha. I\u017cda huwa \u010bar li l-pariri uffi\u010bjali tal-awtoritajiet tas-sa\u0127\u0127a m&#8217;humiex ji\u0121u fdati b\u0127ala pariri o\u0121\u0121ettivi msejsin fuq ix-xjenza li nkunu nistg\u0127u nserr\u0127u fuqhom, hi x&#8217;inhi l-fehma tag\u0127na dwar Robert Abela.<\/p>\n<p>Tal-MUT \u010bertament urew li m&#8217;humiex jemmnu dak li qed ig\u0127idulhom tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni fis-sens li dawn \u0127adu parir ming\u0127and id-Dipartiment tas-Sa\u0127\u0127a li l-iskejjel jistg\u0127u jibqg\u0127u miftu\u0127a minkejja \u017c-\u017cieda bla pre\u010bedent fir-rati tal-imxijja.<\/p>\n<p>Hi x&#8217;inhi l-fehma tal-MUT, xi skejjel indipendenti u tal-knisja kienu di\u0121\u00e0 dde\u010bidew li jag\u0127lqu u ma qag\u0127dux jistennew id-direzzjoni tal-awtoritajiet tas-sa\u0127\u0127a. Dan m&#8217;huwiex \u0127lief sinjal li aktar u aktar a\u0121enziji fil-pajji\u017c qed jitilfu l-fidu\u010bja fit-tmexxija governattiva tal-kri\u017ci fil-qasam tas-sa\u0127\u0127a.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/watch-live-chris-fearne-holds-press-conference-about-covid-19-vaccine.843168\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Chris Fearne l-biera\u0127 stqarr li jkun prematur jekk noqg\u0127odu ninkwietaw dwar i\u017c-\u017cjieda fir-rata tal-infezzjonijiet bl-imxijja g\u0127aliex din i\u017c-\u017cieda setg\u0127et \u0121iet ka\u0121unata mit-ta\u0127lit li kien hemm fost in-nies matul il-festi tal-Milied.<\/a> Jekk dan huwa minnu, allura r-rata tal-infezzjonijiet g\u0127andha ter\u0121a&#8217; tonqos fil-\u0121ranet li \u0121ejjin.<\/p>\n<p>Dan huwa ra\u0121unar lo\u0121iku li minnu jinbtu xi osservazzjonijiet lo\u0121i\u010bi. Jekk it-ta\u0127lit irresponsabbli li se\u0127\u0127 matul il-festi tal-Milied ikka\u0121una \u017cjieda fl-infezzjonijiet, biex inni\u017c\u017clu r-rati jkun je\u0127tie\u0121 li l-infettati ji\u0121u i\u017colati biex b&#8217;hekk ma jitti\u0127idx \u0127addie\u0127or bil-mard.<\/p>\n<p>Jidher li jag\u0127mel sens jekk l-iskejjel jing\u0127alqu g\u0127al \u017cmien qasir biex jitnaqqsu l-kuntatti fi\u017ci\u010bi.<\/p>\n<p>Jien m&#8217;jienix espert mediku u nimma\u0121ina li tal-MUT b\u0127ali. I\u017cda kemm jien kif ukoll tal-MUT g\u0127andna xi ftit tas-sens komun biex ninteb\u0127u malajr bl-inkoerenza.<\/p>\n<p>Ikun \u0121enn jekk nibqg\u0127u g\u0127addejjin b\u0127allikieku m&#8217;hu ji\u0121ri xejn, spe\u010bjalment jekk din l-attitudni tkun il-ka\u0121un aktar imwiet.<\/p>\n<p>Ag\u0127tu daqqa t&#8217;g\u0127ajn lejn din il-kitba li xxandret il-biera\u0127 fil-<em>Facebook<\/em> mit-tmexxija ta&#8217; wa\u0127da mill-iskejjel tal-gvern.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-97614\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/01\/WhatsApp-Image-2021-01-06-at-21.54.19.jpeg\" alt=\"\" width=\"988\" height=\"1600\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/01\/WhatsApp-Image-2021-01-06-at-21.54.19-185x300.jpeg 185w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/01\/WhatsApp-Image-2021-01-06-at-21.54.19-200x324.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/01\/WhatsApp-Image-2021-01-06-at-21.54.19-400x648.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/01\/WhatsApp-Image-2021-01-06-at-21.54.19-600x972.jpeg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/01\/WhatsApp-Image-2021-01-06-at-21.54.19.jpeg 632w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/01\/WhatsApp-Image-2021-01-06-at-21.54.19-768x1244.jpeg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/01\/WhatsApp-Image-2021-01-06-at-21.54.19-800x1296.jpeg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/01\/WhatsApp-Image-2021-01-06-at-21.54.19-948x1536.jpeg 948w\" sizes=\"(max-width: 988px) 100vw, 988px\" \/>Din il-kitba tikxef mhux biss il-konfu\u017cjoni li te\u017cisti. Tikxef ukoll li l-gvern qed jipprova ja\u0127rab mir-realt\u00e0 ta&#8217; madwarna bit-tlissin ta&#8217; \u0127afna stqarrijiet ottimisti.<\/p>\n<p>Turi wkoll li, filwaqt li gvernijiet ta&#8217; pajji\u017ci \u0121irien tag\u0127na bil-kalma\u00a0 qed ja\u0127dmu qatig\u0127 biex inaqqsu l-effetti tal-imxijja, l-gvern tag\u0127na qed i\u0121ib ru\u0127u b\u0127allikieku qed jilg\u0127ab l-im\u0127atri u jidher li qed jitlef im\u0127atra wara o\u0127ra. Il-gvern jidher li dde\u010bieda li g\u0127andna nil\u0127qu l-immunit\u00e0 kemm jista&#8217; jkun malajr bit-tama li ter\u0121a&#8217; titla&#8217; xemx li tnessina fil-mijiet li tilfu \u0127ajjithom min\u0127abba l-inkompetenza tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Meta n-nies tibda&#8217; tidde\u010biedi g\u0127al rasha u ma tibqax tafda l-pariri uffi\u010bjali g\u0127aliex dawn tant ikunu nkonsistenti li jo\u0127olqu konfu\u017cjoni fl-im\u0127u\u0127, inkunu wasalna fi stadju perikolu\u017c.<\/p>\n<p>Il-festini li saru matul il-\u0121ranet tal-Milied ma se\u0127\u0127ewx g\u0127aliex a\u0127na poplu rresponsabbli. Se\u0127\u0127ew g\u0127aliex in-nies ing\u0127ataw x&#8217;jifhmu mill-prim ministru li l-imxijja hi \u0127a\u0121a tal-img\u0127oddi g\u0127aliex Robert Abela di\u0121\u00e0 sabilha tarfha meta tni\u017c\u017clu dawk il-kaxxi tal-va\u010b\u010bin mill-ajruplan privat.<\/p>\n<p>Robert Abela qalilna li lill-imxijja kien sabilha tarfha, serr\u0127ilna rasna li bis-sa\u0127\u0127a tal-\u0127ila tieg\u0127u l-poplu Malti jista&#8217; jorqod b&#8217;rasu mistrie\u0127a aktar minn \u0127addie\u0127or u tana sens ta&#8217; sigurt\u00e0 falza. U bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; dan id-diskors fierag\u0127, l-imxijja sabet g\u0127alqa g\u0127ammiela fejn tkun tista&#8217; tkompli xxettel.<\/p>\n<p>B\u0127alissa g\u0127andna ma&#8217; wi\u010b\u010bna emer\u0121enza medika serja li fl-istess \u0127in tixba\u0127 u hi wkoll differenti minn dik li kellna f&#8217;Marzu li g\u0127adda. L-imxijja g\u0127adha mag\u0127na b&#8217;aktar sa\u0127\u0127a. I\u017cda l-gvern jidher li m&#8217;huwiex ma\u0127kum mill-bi\u017ca&#8217; li kellu s-sena li g\u0127addiet. Il-gvern aktar mo\u0127\u0127u fin-nuqqas ta&#8217; popolarit\u00e0, fl-ista\u0121nar ekonomiku u f&#8217;xi tpattija elettorali.\u00a0 Madankollu din id-darba g\u0127andna l-va\u010b\u010bin u t-tama li g\u0127ad no\u0127or\u0121u mid-dlam li ninsabu fih.<\/p>\n<p>Din m&#8217;hi xejn \u0127lief ta\u0127lita tossika.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-biera\u0127 smajt kummentatur televi\u017civ jikkritika lil Donald Trump billi stqarr li dan tant g\u0127andu bi\u017ca&#8217; mill-partitarji tieg\u0127u stess u li m&#8217;g\u0127andux il-kura\u0121\u0121 ig\u0127idilhom il-verit\u00e0 &#8211; ji\u0121ifieri li hu tilef l-elezzjoni presidenzjali. Dan il-kummentatur ikkwota wkoll lil Winston Churchill: \u201cId-dittaturi jirkbu fuq it-tigri u mbag\u0127ad ma ja\u017c\u017cardawx ja\u0127arbu minnhom. U dawn it-tigri qed jaqbadhom il-\u0121u\u0127.\u201d Din [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":97613,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/97633\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=97633"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/97633\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":97650,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/97633\/revisions\/97650\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/97613\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=97633"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=97633"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=97633"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}