{"id":97894,"date":"2021-01-19T09:23:57","date_gmt":"2021-01-19T08:23:57","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=97894"},"modified":"2021-01-19T10:35:04","modified_gmt":"2021-01-19T09:35:04","slug":"jekk-din-l-istorja-hi-minnha-chris-fearne-ghandu-jwarrab","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2021\/01\/jekk-din-l-istorja-hi-minnha-chris-fearne-ghandu-jwarrab\/","title":{"rendered":"Jekk din l-istorja hi minnha, Chris Fearne g\u0127andu jwarrab"},"content":{"rendered":"<p>Daniel Mercieca huwa bniedem li fil-<em>Facebook<\/em> qed jallega li kien ja\u0127dem mad-ditta <em>Construct Furniture<\/em>. Tafu g\u0127al liema ditta qed nirreferi. <a href=\"https:\/\/daphnecaruanagalizia.com\/2016\/01\/lying-cheats-update-working-class-first-time-buyer-in-prime-ministers-new-year-video-is-actually-son-of-furniture-company-magnate\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Id-ditta li lejn tmiem l-2015 kienet stiednet lil Joseph Muscat biex jin\u0121ibed filmat fl-isfond ta&#8217; k\u010bina ma\u0127duma minnha<\/a>, biex b\u0127al spe\u010bi jwasslu &#8220;messa\u0121\u0121 tas-sena l-\u0121dida&#8221; li l-fqar qed isiru sinjuri bis-sa\u0127\u0127a tat-tnaqqis fit-taxxi.<\/p>\n<p>Fil-<em>Facebook<\/em> Mercieca kiteb li s-sena l-g\u0127addiet, waqt il-<em>lockdown <\/em>li matulu \u0127wienet li ma jbieg\u0127ux affarijet essenzjali \u0121ew ordnati jag\u0127lqu, <em>Construct Furniture<\/em> kompliet ta\u0127dem l-ordnijiet ta&#8217; rjus kbar minn wara l-kwinti u &#8220;bil-bibien mag\u0127luqin&#8221;.<\/p>\n<p>Skont Mercieca, fost dawn l-irjus kbar kien hemm il-Ministru tas-Sa\u0127\u0127a Chris Fearne nnifsu li kien hu stess li \u0127are\u0121 l-ordni biex jag\u0127lqu l-\u0127wienet kollha (\u0127lief dawk li jbieg\u0127u l-ikel). Mercieca qed jallega li lil Chris Fearne kienu qed ja\u0127dmulu k\u010bina g\u0127at-tieni dar tieg\u0127u u kien g\u0127amel \u017cjara fil-\u0127anut tal-<em>Construct<\/em> biex jordna k\u010bina \u0121dida.<\/p>\n<p>Mercieca kiteb ukoll dwar klijenta o\u0127ra tal-<em>Construct Furniture<\/em> ta&#8217; \u017cmien il-<em>lockdown<\/em>: l-Im\u0127allef Consuelo Scerri Herrera. X&#8217;aktarx li ftakar f&#8217;isimha hu u jisma&#8217; d-diskors kollu li ng\u0127ad dwar in-nisa f&#8217;dawn l-a\u0127\u0127ar \u0121ranet.<\/p>\n<p>Li jkollok Im\u0127allef tikser il-li\u0121i hi \u0127a\u0121a tal-mist\u0127ija.<\/p>\n<p>I\u017cda fil-konfront tal-Ministru tas-Sa\u0127\u0127a l-ksur minn na\u0127a tieg\u0127u tar-regolamenti tal-<em>lockdown<\/em> huwa fatt li hu politikament serju \u0127afna.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fphoto%2F%3Ffbid%3D10160633705947222%26set%3Da.10150626925597222&amp;width=500&amp;show_text=true&amp;height=477&amp;appId\" width=\"500\" height=\"477\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\" allowfullscreen=\"allowfullscreen\" data-mce-fragment=\"1\"><\/iframe><\/p>\n<p>Il-kitba ta&#8217; Mercieca di\u0121\u00e0 ilha li ttellg\u0127et \u0127mistax il-\u0121urnata u Chris Fearne baqa&#8217; sieket. Huwa minnu li huwa kien kiser ir-regolamenti tal-<em>lockdown<\/em> u g\u0127amel \u017cjara f&#8217;\u0127anut li suppost kellu jing\u0127alaq bis-sa\u0127\u0127a tal-li\u0121ijiet li \u0127are\u0121 huwa stess?<\/p>\n<p>A\u0127sbu ftit <a href=\"https:\/\/www.bbc.com\/news\/world-asia-53259236\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">fil-Ministru tas-Sa\u0127\u0127a ta&#8217; New Zealand David Clark<\/a> li kien \u0121ie m\u0121ieg\u0127el iwarrab talli dan mar f&#8217;xatt il-ba\u0127ar biex ig\u0127um matul il-<em>lockdown<\/em>. A\u0127sbu ftit <a href=\"https:\/\/www.theguardian.com\/uk-news\/2020\/may\/05\/uk-coronavirus-adviser-prof-neil-ferguson-resigns-after-breaking-lockdown-rules\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">fil-konsulent Ingli\u017c dwar il-covid Neil Ferguson<\/a> li kien \u0121ie m\u0121ieg\u0127el iwarrab wara li ppermetta lis-sie\u0127ba tieg\u0127u tag\u0127mel \u017cjara f&#8217;daru waqt il-<em>lockdown.<\/em> A\u0127sbu ftit <a href=\"https:\/\/news.sky.com\/story\/coronavirus-mayor-of-luton-tahir-malik-resigns-after-breaking-lockdown-rules-by-going-to-party-12043126\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">fis-sindku ta&#8217; Luton Tahir Malik<\/a> li kien \u0121ie m\u0121ieg\u0127el iwarrab talli attenda g\u0127al festin waqt il-<em>lockdown<\/em>. A\u0127sbu ftit <a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/hungarian-mep-resigns-after-lockdown-breaking-sex-party.835886\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">fl-ewroparlamentari Ungeri\u017c Jozsef Szajer<\/a> li kien \u0121ie m\u0121ieg\u0127el iwarrab wara li attenda or\u0121ja sesswali fi Brussel waqt il- <em>lockdown.<\/em> A\u0127sbu ftit <a href=\"https:\/\/www.politicshome.com\/news\/article\/labour-whip-rosie-duffield-resigns-after-breaking-lockdown-rules-to-meet-up-with-partner\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">fil-membru parlamentari Laburista tar-Renju Unit Rosie Duffield<\/a> li kienet \u0121iet im\u0121ieg\u0127elha twarrab talli marret g\u0127al mixja mas-sie\u0127eb tag\u0127ha waqt il-<em>lockdown<\/em>. A\u0127sbu ftit <a href=\"https:\/\/www.bbc.com\/news\/uk-scotland-52177171\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">fil-kap uffi\u010bjal mediku Sko\u010b\u010bi\u017ca Catherine Calderwood<\/a> li kienet \u0121iet im\u0121ieg\u0127elha twarrab wara li g\u0127amlet \u017cjara fit-tieni residenza tag\u0127ha fi tmiem il-\u0121img\u0127a waqt il-<em>lockdown<\/em>. A\u0127sbu ftit <a href=\"https:\/\/www.euronews.com\/2020\/10\/23\/czech-pm-will-dismiss-health-minister-unless-he-resigns-over-inexcusable-restaurant-visit\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">fil-Minstru tas-Sa\u0127\u0127a \u010aek Roman Prymula<\/a> li kien \u0121ie m\u0121ieg\u0127el iwarrab wara li mar jiekol barra ma&#8217; s\u0127abu fi \u017cmien il-<em>lockdown<\/em>. A\u0127sbu ftit <a href=\"https:\/\/www.euroweeklynews.com\/2020\/04\/22\/bad-example-mayor-in-spains-barcelona-resigns-after-breaking-lockdown-rules-and-drunk-driving\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">fis-sindku ta&#8217; Bar\u010bellona Alex Pastor<\/a> li kien \u0121ie m\u0121ieg\u0127el iwarrab wara li naqas li jag\u0127mel il-kworantina waqt il-<em>lockdown.<\/em><\/p>\n<p>G\u0127aiduli ftit. G\u0127aliex m&#8217;g\u0127andux iwarrab Chris Fearne?<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Daniel Mercieca huwa bniedem li fil-Facebook qed jallega li kien ja\u0127dem mad-ditta Construct Furniture. Tafu g\u0127al liema ditta qed nirreferi. Id-ditta li lejn tmiem l-2015 kienet stiednet lil Joseph Muscat biex jin\u0121ibed filmat fl-isfond ta&#8217; k\u010bina ma\u0127duma minnha, biex b\u0127al spe\u010bi jwasslu &#8220;messa\u0121\u0121 tas-sena l-\u0121dida&#8221; li l-fqar qed isiru sinjuri bis-sa\u0127\u0127a tat-tnaqqis fit-taxxi. Fil-Facebook Mercieca [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":97887,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/97894\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=97894"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/97894\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":97901,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/97894\/revisions\/97901\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/97887\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=97894"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=97894"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=97894"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}