{"id":98262,"date":"2021-02-04T15:13:28","date_gmt":"2021-02-04T14:13:28","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=98262"},"modified":"2021-02-04T20:58:38","modified_gmt":"2021-02-04T19:58:38","slug":"pierre","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2021\/02\/pierre\/","title":{"rendered":"Pierre"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-98257\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/02\/pierre-portelli.png\" alt=\"\" width=\"700\" height=\"479\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/02\/pierre-portelli-200x137.png 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/02\/pierre-portelli-300x205.png 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/02\/pierre-portelli-400x274.png 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/02\/pierre-portelli-600x411.png 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/02\/pierre-portelli.png 700w\" sizes=\"(max-width: 700px) 100vw, 700px\" \/><\/p>\n<p>Pierre Portelli u jien konna kollegi fl-Universit\u00e0. Huwa xi ftit akbar minni fl-et\u00e0. Kien issie\u0127eb fil-programm dwar il-komunikazzjoni meta kien di\u0121\u00e0 student matur. It-tnejn li a\u0127na konna niddilettaw bil-films tal-bi\u017ca&#8217; u konna wkoll insegwu l-politika.<\/p>\n<p>Dan kien fl-1994, perijodu li uliedi jimma\u0121inaw li kien \u017cmien li ilu li g\u0127adda \u0121mielu.<\/p>\n<p>Kien hu li ntrodu\u010bieni fil-Partit Nazzjonalista u kien bis-sa\u0127\u0127a tieg\u0127u li ktibt l-ewwel sensiela ta&#8217; kitbiet f&#8217;In-Nazzjon, gazzetta li kienet ftit aktar irrilevanti milli hi llum.<\/p>\n<p>Jiena kont \u0127ajjartu biex nie\u0127du sehem f&#8217;kompetizzjoni finta tal-Parlament Ewropew u niftakar li konna rba\u0127na premju li kkonsista fi vja\u0121\u0121 g\u0127all-Bel\u0121ju u g\u0127al Franza.<\/p>\n<p>Wara s-sentejn li g\u0127amilna flimkien fl-istess kors, qbadna triq g\u0127al rasna i\u017cda \u017c-\u017cmien li g\u0127amilna flimkien ma nista&#8217; ninsie\u0127 qatt.<\/p>\n<p>Din hi r-ra\u0121uni l-g\u0127ala n\u0127ossni rrabjat g\u0127alih aktar milli kont inkun irrabjat li kieku dak li qed jinkixef dwar ir-rabtiet li kellu ma&#8217; Yorgen Fenech kienu jinvolvu lil \u0127addie\u0127or.<\/p>\n<p>Mhux qed nikkritika l-\u0127biberija li Pierre kellu ma&#8217; Yorgen Fenech. Qed nikkritika l-fatt li huwa kien ing\u0127ata s-setg\u0127a li jie\u0127u d-de\u010bi\u017cjonijiet u li jfassal il-politika tal-PN, li jmexxi l-mezzi tax-xandir tal-partit u\u00a0 jfassal il-linja editorjali, li jidde\u010biedi dwar dak li kellu jid\u0127ol g\u0127at-tmexxija tal-partit u jattwa d-de\u010bi\u017cjonijiet tieg\u0127u u je\u017cer\u010bita s-setg\u0127a f&#8217;wie\u0127ed mi\u017c-\u017cew\u0121 partiti l-kbar li hawn fil-pajji\u017c. U, hu u jag\u0127mel dan kollu, jissokta bir-rabtiet ma&#8217; Yorgen Fenech.<\/p>\n<p>Seta&#8217; kien min kien. I\u017cda Pierre Portelli \u017camm ir-rabtiet tieg\u0127u ma&#8217; Yorgen Fenech fi \u017cmien meta dan il-bniedem sinjurun kien inkixef b\u0127ala s-sid tal-kumpannija <em>17 Black<\/em>. Ji\u0121ifieri kien inkixef b\u0127ala l-bniedem li kien ixa\u0127\u0127am. \u017bmien li matulu Daphne Caruana Galizia kienet skopriet il-kumpanniji sigrieti ta&#8217; Keith Schembri u ta&#8217; Konrad Mizzi fil-Panama.<\/p>\n<p>U Daphne, li kixfet it-tix\u0127im u l-\u0127mie\u0121 kollu, spi\u010b\u010bat biex \u0121iet assassinata permezz ta&#8217; karrozza-bomba.<\/p>\n<p>Niftakar li kont irrabjajt bil-kbir dakinhar li Pierre Portelli &#8211; dak i\u017c-\u017cmien fost dawk tal-qu\u010b\u010bata tat-tmexxija tal-PN &#8211; kien xehed f&#8217;kaw\u017ca li jien kont g\u0127amilt kontra l-PN wara li tan-Net TV gidbu dwar il-mod li jien kont irrappurtajt ir-rabtiet ta&#8217; Adrian Delia mal-ewwel kumpannija li \u0121iet li\u010benzjata biex tinnegozja l-\u0127axixa medi\u010binali.\u00a0 <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2019\/11\/court-orders-net-tv-to-publish-right-of-reply\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Dik il-kaw\u017ca kont irba\u0127tha u l-PN kellu j\u0127allas id-danni ordnati mill-qorti.<\/a><\/p>\n<p>I\u017cda <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2019\/01\/menchildren\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">l-im\u0121ieba ta&#8217; Pierre Portelli hu u jixhed fil-qorti<\/a> kienet ag\u0127ar mill-gideb tan-Net TV u mill-fatt li hu kien irrifjuta li jag\u0127tini l-opportunit\u00e0 li nwie\u0121eb g\u0127al dak li kien \u0121ie allegat dwari. Ix-xhieda tieg\u0127u kienet mimlija rrilevanzi, nofs veritajiet u gideb: ried b\u0127allikieku jag\u0127mel vendikazzjoni. Kien jaf li din ix-xhieda kienet ser to\u0127loq ferment fost il-partitarji ta&#8217; Adrian Delia.<\/p>\n<p>Fil-<em>Facebook<\/em> g\u0127adni sal-lum ni\u0121i mg\u0127ajjar bl-\u201cArriva\u201d, bi\u017c- \u201cZimbabwe\u201d u li jien mer\u010benarju b&#8217;reg\u0127ba g\u0127all-flus. Dan it-tg\u0127ajjir kien beda&#8217; wara li fil-qorti Pierre Portelli xehed li ma setg\u0127ax &#8220;jemminni&#8221;. Huwa kien xehed li jien kont tlift kull kredibilit\u00e0 meta, fi stadju bikri tal-kampanja ta&#8217; Adrian Delia biex isir Kap, kont a\u010b\u010bettajt li nikteb xi artiklu li kellhom jidhru f&#8217;ismu b\u0127ala parti mill-kampanja.\u00a0 G\u0127alhekk qal li jien kont mer\u010benarju. I\u017cda Pierre Portelli g\u0127ajjarni li jien bniedem rg\u0127ib g\u0127aliex, hekk kif intemmet il-kampanja, ma ridtx nibqa&#8217; niktiblu l-artikli b&#8217;xejn.<\/p>\n<p>Il-\u0127elwa hi li, waqt li kien qed ig\u0127ajjarni li jien bniedem rg\u0127ib, skont kif xehed Keith Scembri huwa kien qed jir\u010bievi flejjes ming\u0127and\u00a0 Yorgen Fenech. X&#8217;wi\u010b\u010b kellu li jg\u0127ajjarni mer\u010benarju?<\/p>\n<p>M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, n\u0127ossni kemmxejn patetiku ngerger dwar l-ipokresija ta&#8217; Pierre Portelli. Naf li m&#8217;jinix wa\u0127di. Min jaf kemm il-darba lill-kriti\u010bi ta&#8217; Adrian Delia xliehom b&#8217;kon\u0121uri kontra l-mexxej tag\u0127hom meta fil-fatt <a href=\"https:\/\/lovinmalta.com\/news\/pns-media-chief-colluded-with-yorgen-fenech-to-publish-articles-on-party-rivals\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">il-kon\u0121uri kien qed jag\u0127milhom hu kontra l-Grupp Parlamentari tal-partit tieg\u0127u kif jidher \u010bar mill-messa\u0121\u0121i fil-<em>mobile<\/em> ta&#8217; Yorgen Fenech.<\/a> Min jaf kemm il-darba xela&#8217; lill-membri tal-Grupp Parlamantari u tal-E\u017cekuttiv tal-PN li kienu qed ig\u0127addu informazzjoni lill-istampa meta issa jidher li kien inqeda&#8217; b&#8217;Yorgen Fenech biex setg\u0127u xxandru stejjer ta&#8217; kritika kontra membri parlamentari tal-PN fl-istampa li tappo\u0121\u0121ja lill-gvern.<\/p>\n<p>Konna ilna li sirna nafu li Pierre Portelli kien qed jinqeda&#8217; bil-mezzi tax-xandir tal-PN biex jiskredita lill-g\u0127edewwa ta&#8217; Adrian Delia. Fil-fatt, darba minnhom il-gazzetta tal-PN <a href=\"https:\/\/lovinmalta.com\/news\/news-politics\/nationalist-partys-media-claims-government-and-occupy-justice-activists-secretly-want-to-legalise-abortion\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">xliet lil attivisti tal-<em>Occupy<\/em> <em>Justice<\/em> li kienu qed jikkoperaw ma&#8217; Joseph Muscat biex ji\u0121i ntrodott l-abort.<\/a><\/p>\n<p>Naf li dan m&#8217;hu xejn \u0127lief \u0121enn. I\u017cda dawn il-gideb u suspetti dwar kon\u0121uri g\u0127adhom sal-lum jag\u0127mlu l-\u0127sara. Lil Pierre Portelli llum m&#8217;g\u0127andniex narawh b&#8217;nemes i\u017cda jidher li s-su\u010b\u010bessuri tieg\u0127u adottaw il-metodi distruttivi tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Din il-\u0127sara diffi\u010bli li tissewwa&#8217;. Pierre Portelli jg\u0127id li issa qed ig\u0127ix bi kwietu u li mhux ser jer\u0121a&#8217; jintefa&#8217; g\u0127all-\u0127ajja politika jekk mhux biex jiddefendi d-drittijiet tieg\u0127u fil-qorti.<\/p>\n<p>Darba wa\u0127da, g\u0127all-\u0127abta tal-2014, kelli konversazzjoni simili mieg\u0127u. Dak i\u017c-\u017cmien kien qed imexxi l-<em>Malta Independent<\/em> u g\u0127al sena s\u0127i\u0127a jien kont d\u0127alt f&#8217;qoxorti wara li l-gvern li kont parti minnu kien tilef l-elezzjoni. Il-gvern il-\u0121did kien qed jag\u0127mel il-qassatat bil-ftehim li sar mal-kuntrattur il-\u0121did tat-tmexxija tal-karrozzi tal-linja u Pierre Portelli kien talab il-kummenti tieg\u0127i. Jiena we\u0121ibtu billi g\u0127idtlu li ma kienx bi \u0127siebni nikkummenta g\u0127aliex \u017cmieni mal-gvern kien g\u0127adda u li issa g\u0127andna n\u0127allu f&#8217;idejn min kien qed imexxi. Bil-g\u0127an li jipprova jipperswadini, Pierre Portelli\u00a0 qalli li kien &#8220;wasal i\u017c-\u017cmien tat-tpattija&#8221;. I\u017cda jien kont \u017cammejt iebes: kont qed ng\u0127ix fil-kwiet u kien l-elettorat li g\u0127a\u017cilli din il-\u0127ajja ta&#8217; serenit\u00e0.<\/p>\n<p>I\u017cda issa s-sitwazzjoni inbidlet. Pierre Portelli m&#8217;huwiex i\u017comm fommu sieket g\u0127aliex irid i\u017comm ru\u0127u l-bog\u0127od mis-setg\u0127a li kellu fl-img\u0127oddi. Sadd \u0127alqu g\u0127aliex qed jinkixef ta&#8217; dak li fil-fatt hu. Lil Karol Aquilina, lil David Thake, lil Jason Azzopardi u lil o\u0127rajn kien xliehom bi \u017clealta meta l-fatti juru li kien proprju hu l-\u0127ati ta&#8217; \u017clealt\u00e0.<\/p>\n<p>Il-lealt\u00e0 kienet lejn dawk li kienu qed jimlewlu bwietu. Lejn dawk li hu g\u0127amilha tal-qaddej tag\u0127hom. Bejn id-Dar \u010aentrali u Portomaso kien allegatament \u0121ej u sejjer mg\u0127obbi bi flus kontanti lejn direzzjoni wa\u0127da u bi pja\u010biri politi\u010bi lejn direzzjoni o\u0127ra.<\/p>\n<p>Portomaso? Dan kien il-post li fih kien \u0121ie miftiehem il-kuntratt tal-Electrogas. U fejn kienu n\u0127mew <em>17 Black-Hearnville\/Tillgate.<\/em><\/p>\n<p>Kos! Il-\u0127ajja saret qisha film tal-bi\u017ca&#8217;.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Pierre Portelli u jien konna kollegi fl-Universit\u00e0. Huwa xi ftit akbar minni fl-et\u00e0. Kien issie\u0127eb fil-programm dwar il-komunikazzjoni meta kien di\u0121\u00e0 student matur. It-tnejn li a\u0127na konna niddilettaw bil-films tal-bi\u017ca&#8217; u konna wkoll insegwu l-politika. Dan kien fl-1994, perijodu li uliedi jimma\u0121inaw li kien \u017cmien li ilu li g\u0127adda \u0121mielu. Kien hu li ntrodu\u010bieni fil-Partit [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":98258,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/98262\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=98262"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/98262\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":98268,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/98262\/revisions\/98268\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/98258\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=98262"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=98262"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=98262"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}