{"id":98300,"date":"2021-02-06T16:42:38","date_gmt":"2021-02-06T15:42:38","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=98300"},"modified":"2021-02-07T18:44:46","modified_gmt":"2021-02-07T17:44:46","slug":"taret-mar-rih-il-wieghda-ta-adrian-delia-ta-500000-ewro-ghall-karita","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2021\/02\/taret-mar-rih-il-wieghda-ta-adrian-delia-ta-500000-ewro-ghall-karita\/","title":{"rendered":"Taret mar-ri\u0127 il-wieg\u0127da ta&#8217; Adrian Delia ta&#8217; 500,000 ewro g\u0127all-karit\u00e0"},"content":{"rendered":"<p>Ftit kienu dawk li skantaw. U jekk irid ikun onest mieg\u0127u nnifsu, lanqas Adrian Delia m&#8217;g\u0127andu jiskanta li \u010b-\u010bekk o\u0127xon tieg\u0127u ta&#8217; 500,000 ewro g\u0127ad-Dar tal-Provvidenza ma setax jissarraf. Il-kelma teknika hi &#8220;\u010bekk mhux onorat&#8221; u dan l-a\u0121\u0121ettiv huwa wie\u0127ed li jixraq tassew.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/video.php?height=315&amp;href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fadriandeliapn%2Fvideos%2F558234181805199%2F&amp;show_text=true&amp;width=560\" width=\"560\" height=\"430\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\" allowfullscreen=\"allowfullscreen\" data-mce-fragment=\"1\"><\/iframe><\/p>\n<p>Na\u017c\u017carda ng\u0127id li l-mexxejja, l-voluntiera u dawk li qed jibbenefikaw mix-xog\u0127ol tad-Dar tal-Provvidenza kienu j\u0127ossu \u010bertu di\u017cappunt li kieku jien \u0127sibt li kellhom xi tama li xi darba jaraw dawn il-flus.<\/p>\n<p>Ir-realt\u00e0 hi li kieku Adrian Delia deher g\u0127all-maratona b&#8217;\u010bekk ta&#8217; 500 ewro f&#8217;idejh, \u010bertament kienu jid\u0127lu d-dubji fl-im\u0127u\u0127. Li kieku f&#8217;idejh kellu \u010bekk ta&#8217; 5,000 ewro, in-nies kienu jkunu xetti\u010bi. U li kieku tfa\u010b\u010ba b&#8217;\u010bekk f&#8217;idejh ta&#8217; 50,000 ewro, in-nies kienu jkunu ar\u010bi-xetti\u010bi. I\u017cda l-bniedem li jixtieqna nesprimu d-di\u017cappunt tag\u0127na g\u0127all-fatt li mhux ser itellaq biex isir prim ministru ta&#8217; pajji\u017cna fi ftit xhur o\u0127ra, kiser rekord nazzjonali <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2021\/01\/providence\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">u l-akbar ammont imwieg\u0127ed b\u0127ala donazzjoni fl-istorja Maltija rri\u017culta li kien finta mill-kbar.<\/a><\/p>\n<p>Nittama li dawk li g\u0127adhom jappo\u0121\u0121jawh f&#8217;dak li kien il-PN issa jinsabu kuntenti b&#8217;din il-\u0127sara li dan l-hekk imsejja\u0127 politiku re\u0121a&#8217; g\u0127amel lill-partit tieg\u0127u. Kont nippretendi li l-PN re\u0121a&#8217; beda&#8217; t-triq twila li twasslu biex jer\u0121a&#8217; jkun partit kredibbli.<\/p>\n<p>Bernard Grech qed ig\u0127id li l-partit tieg\u0127u huwa lest biex jie\u0127u l-gvern f&#8217;idejh. X&#8217;inhu? B&#8217;Adrian Delia fi \u0127danu? Jien l-ewwel wie\u0127ed ma nista&#8217; qatt nafda partit li jkollu lil Adrian Delia fi \u0127danu.<\/p>\n<p>Staqsu ftit lil Adrian Delia fejn marru l-flus tal-PN. L-istorja kollha hi din li \u0121ejja. Wara l-kampanja elettorali tal-2013 li \u0127alliet lill-PN finanzjarjament minn ta\u0127t, il-Partit idde\u010bieda li jirristruttura l-finanzi tieg\u0127u u kellu jittermina l-impjieg ta&#8217; w\u0127ud mill-a\u0127jar nies li kellu biex seta&#8217; jkampa. I\u017cda kemm qabel, matul u wara l-elezzjoni \u0121enerali tal-2017, l-Partit kien qed i\u0127allas lill-impjegati tieg\u0127u mill-flus li kien qed jirnexxielu ji\u0121bor ming\u0127and in-nies.<\/p>\n<p>I\u017cda meta tfa\u010b\u010ba fix-xena Adrian Delia, l-bi\u010b\u010ba l-kbira tad-donazzjonijiet nixfu. Tiftakruh iwer\u017caq kontra dawk li sejja\u0127 b\u0127ala l-&#8220;kbarat&#8221; li, skont hu, kienu \u0127atfu lill-partit u li ried jer\u0121a&#8217; jag\u0127ti l-partit lin-Nazzjonalisti? Hekk kif Adrian Delia \u0127a r-riedni tal-PN f&#8217;idejh, kienu eluf il-partitarji, li kienu jag\u0127mlu donazzjoni kull xahar, li baqg\u0127ux jag\u0127rfu lill-partit b\u0127ala wie\u0127ed li seta&#8217; jkompli jirrappre\u017centahom. U d-donazzjonijiet nixfu u l-udjenzi li kellu n-Net TV qabdu t-triq tan-ni\u017cla hekk kif il-linja editorjali saret wa\u0127da medjokri li tixba\u0127 ferm dik tal-One TV. Bir-ri\u017cultat li d-d\u0127ul mir-riklami nixef ukoll.<\/p>\n<p>G\u0127and min ta\u0127sbu li mar jittallab il-flus Adrian Delia? <a href=\"https:\/\/lovinmalta.com\/news\/pn-media-head-asked-yorgen-fenech-to-help-solve-partys-unpaid-salary-issues\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\"><em>Lovin Malta<\/em> qed tikkwota g\u0127ejjun li qed isostnu li Pierre Portelli kien jitlob il-flus ming\u0127and Yorgen Fenech.<\/a> Dawn l-g\u0127ejjun qed jikkonfermaw dak li di\u0121\u00e0 xehed dwaru Keith Schembri. Yorgen Fenech: il-bniedem li nkixef b\u0127ala s-sid tas-17 Black. Filwaqt li Jason Azzopardi, Karol Aquilina, David Casa u o\u0127rajn kienu qed jo\u0127or\u0121u g\u0127onqhom u jikkundannaw ir-rabtiet li kien hemm bejn Yorgen Fenech u l-politi\u010bi Laburisti li kien qed ixa\u0127\u0127am, Adrian Delia \u0127are\u0121 b&#8217;din l-idea brillanti.<\/p>\n<p>Min seta&#8217; kien aqwa minn Yorgen Fenech biex ming\u0127andu jin\u0121abru l-flus?<\/p>\n<p>U je\u0127tie\u0121 li ma noqg\u0127odux induru mal-lew\u017ca. Pierre Portelli u Adrian Delia kienu \u0127a\u0121a wa\u0127da. Qaqo\u010b\u010ba.<\/p>\n<p>I\u017cda l-bu\u017cillis tafu x&#8217;inhu? Il-PN qatt ma ra sitt \u0127abbiet mill-flus li kien g\u0127adda Yorgen Fenech. Il-flus li ntalbu ming\u0127and Yorgen Fenech u kull ma seta&#8217; \u0127allas Yorgen Fenech qatt ma kienu waslu g\u0127and il-PN.<\/p>\n<p>Dan m&#8217;huwiex biss korruzzjoni, \u0127mie\u0121 u tradiment ta&#8217; dak kollu li jemmen fih il-PN. Huwa wkoll frodi u serq; il-flus sparixxew qabel waslu fid-destinazzjoni tag\u0127hom.<\/p>\n<p>Meta Adrian Delia deher fuq it-televi\u017cjoni jperre\u010b \u010bekk ta&#8217; 500,000 ewro, ma \u0121iet f&#8217;mo\u0127\u0127 \u0127add l-idea li jibdew jinxtag\u0127lu x-xemg\u0127at quddiem ix-xbieha tieg\u0127u. \u0126add ma tbikkem g\u0127all-fatt li l-pajji\u017c kien tilef i\u010b-\u010bans li jitmexxa&#8217; minn dan il-buffu. Fil-fatt bosta kienu dawk li xammew li l-wieg\u0127da ta&#8217; 500,000 ewro ma kienet xejn \u0127lief \u0127adma li nibtet minn ta\u0127lita tossika tal-kilba vvizzjata tieg\u0127u biex ikun fi\u010b-\u010bentru tal-attenzjoni, tad-disperazzjoni u ta\u010b-\u010ba\u0127da totali tar-realt\u00e0.<\/p>\n<p>Tmorrux ti\u0121ru bl-idea li, sforz il-mist\u0127ija, Adrian Delia ser imur jin\u0127eba x&#8217;imkien. Fl-img\u0127oddi kellu okka\u017cjonijiet bir-rimi g\u0127alxiex imur jin\u0127eba. Issa stennew li ser jifta\u0127 attakk fuq il-mexxejja tad-Dar tal-Provvidenza nnifisha u ser iwa\u0127\u0127al fihom talli l-wieg\u0127da li kien g\u0127amel saret suf.<\/p>\n<p>Hu qatt m&#8217;g\u0127andu tort. Meta kien Kap tal-Partit u s-sonda\u0121\u0121i kemm dwar il-popolarit\u00e0 personali tieg\u0127u u dak tal-partit bdew jil\u0127qu l-qieg\u0127, kien wa\u0127\u0127al f&#8217;kul\u0127add \u0127lief fih innifsu.<\/p>\n<p>Dak i\u017c-\u017cmien, it-tort kien ta&#8217; Jason Azzopardi; kien tort ta&#8217; Karol Aquilina u ta&#8217; David Casa; u tort tad-&#8220;tradituri&#8221; l-o\u0127rajn. U, m&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, kien ukoll tort ta&#8217; Simon Busuttil. Simon Busuttil? Tafuh. L-istess bniedem li jmexxi l-kon\u0121uri f&#8217;isem l-<em>establishment<\/em>, li Adrian Delia kien wieg\u0127ed li jsalvana lkoll minnu. Kien tort anki tieg\u0127i g\u0127aliex, skont it-<em>trolls<\/em> tieg\u0127u li j\u0127arbxu fil-<em>Facebook<\/em>, il-PN wasal fl-istat li jinsab fih g\u0127aliex kont g\u0127amilt \u017cmien na\u0127dem fi \u0127dan il-gvern ta&#8217; Lawrence Gonzi.<\/p>\n<p>Lil Adrian Delia nag\u0127tih parir biex jisparixxi mix-xena pubblika. U lil tal-PN nag\u0127tihom parir biex iqabb\u017cuh &#8216;il barra mill-partit u biex irabbu l-kura\u0121\u0121 u jammettu fil-bera\u0127 li g\u0127al tliet snin s\u0127a\u0127 tmexxa&#8217; minn bniedem li kellu l-ispag tieg\u0127u jin\u0121ibdu minn Joseph Muscat.<\/p>\n<p>Jiddispja\u010bini ferm g\u0127al dawk il-persuni \u0121enwini u bie\u017clin kollha li ja\u0127dmu b&#8217;ri\u017cq id-Dar tal-Provvidenza. Dawn ma kienx jist\u0127oqqilhom li jg\u0127addu minn dan l-inkwiet u minn din il-mist\u0127ija kollha. B&#8217;xorti \u0127a\u017cina, s&#8217;hawn kellna naslu f&#8217;dan pajji\u017cna. Dawn huma l-mexxejja tag\u0127na li, g\u0127al u\u0127ud, huma l-eroj ta&#8217; \u017cmienna. O\u0127rajn g\u0127adhom ming\u0127alihom li Adrian Delia hu xi Messija li n-nies fehmuh \u0127a\u017cin.<\/p>\n<p>Dawn huma l-politi\u010bi ta&#8217; \u017cmienna: persuni li m&#8217;g\u0127andhom ebda sens ta&#8217; ra\u017can u ta&#8217; proporzjon li m&#8217;g\u0127andhomx bi\u017c\u017cejjed sens komun biex jinteb\u0127u li, jekk jaqa&#8217; mis-sema xi \u0127add b&#8217;\u010bekk f&#8217;idejh ta&#8217; 500,000 ewro, g\u0127andhom minnufih jibg\u0127atuh imur jiddobba qara&#8217; ming\u0127ajr ebda tlaqliq.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Ftit kienu dawk li skantaw. U jekk irid ikun onest mieg\u0127u nnifsu, lanqas Adrian Delia m&#8217;g\u0127andu jiskanta li \u010b-\u010bekk o\u0127xon tieg\u0127u ta&#8217; 500,000 ewro g\u0127ad-Dar tal-Provvidenza ma setax jissarraf. Il-kelma teknika hi &#8220;\u010bekk mhux onorat&#8221; u dan l-a\u0121\u0121ettiv huwa wie\u0127ed li jixraq tassew. Na\u017c\u017carda ng\u0127id li l-mexxejja, l-voluntiera u dawk li qed jibbenefikaw mix-xog\u0127ol tad-Dar [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":97510,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/98300\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=98300"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/98300\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":98316,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/98300\/revisions\/98316\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/97510\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=98300"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=98300"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=98300"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}