{"id":98563,"date":"2021-02-22T11:23:49","date_gmt":"2021-02-22T10:23:49","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=98563"},"modified":"2021-02-22T14:47:34","modified_gmt":"2021-02-22T13:47:34","slug":"malta-qed-tistenniek","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2021\/02\/malta-qed-tistenniek\/","title":{"rendered":"\u201cMalta qed tistenniek\u201d"},"content":{"rendered":"<p>B\u0127all-lum \u0127ames snin ilu, Daphne Caruana Galizia kienet xandret artiklu dwar \u0127aruf tan-New Zealand li kien lest g\u0127all-qatla fil-festi tal-G\u0127id. Din kienet l-istorja li tat bidu g\u0127all-iskandlu tal-<em>Panama Papers<\/em>.<\/p>\n<blockquote class=\"twitter-tweet\">\n<p dir=\"ltr\" lang=\"en\">? <a href=\"https:\/\/twitter.com\/hashtag\/OTD?src=hash&amp;ref_src=twsrc%5Etfw\">#OTD<\/a> 2016, <a href=\"https:\/\/twitter.com\/hashtag\/DaphneCaruanaGalizia?src=hash&amp;ref_src=twsrc%5Etfw\">#DaphneCaruanaGalizia<\/a> teased us with this cryptic post. We didn&#8217;t know what it meant, but <a href=\"https:\/\/twitter.com\/KonradMizzi?ref_src=twsrc%5Etfw\">@KonradMizzi<\/a> &amp; <a href=\"https:\/\/twitter.com\/keithaschembri?ref_src=twsrc%5Etfw\">@keithaschembri<\/a> knew. 5 down the line, both crooks have yet to pay for their crimes. Daphne paid with her life. Who owns <a href=\"https:\/\/twitter.com\/hashtag\/Egrant?src=hash&amp;ref_src=twsrc%5Etfw\">#Egrant<\/a>, <a href=\"https:\/\/twitter.com\/JosephMuscat_JM?ref_src=twsrc%5Etfw\">@JosephMuscat_JM<\/a>?<a href=\"https:\/\/twitter.com\/hashtag\/PanamaPapers?src=hash&amp;ref_src=twsrc%5Etfw\">#PanamaPapers<\/a> <a href=\"https:\/\/t.co\/Z3eBHvEn16\">pic.twitter.com\/Z3eBHvEn16<\/a><\/p>\n<p>\u2014 repubblika ?? (@repubblikaMT) <a href=\"https:\/\/twitter.com\/repubblikaMT\/status\/1363736428975431683?ref_src=twsrc%5Etfw\">February 22, 2021<\/a><\/p><\/blockquote>\n<p><script async src=\"https:\/\/platform.twitter.com\/widgets.js\" charset=\"utf-8\"><\/script><\/p>\n<p>Joseph Muscat baqa&#8217; sal-a\u0127\u0127ar nifs jiddefendi u jag\u0127ti l-kenn lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri. Kemm hu kif ukoll huma kienu qaqo\u010b\u010ba ma&#8217; Yorgen Fenech u flimkien, b&#8217;sens ta&#8217; lealt\u00e0 jew g\u0127ax kienu mbe\u017c\u017cg\u0127in minn xulxin, baqg\u0127u jirre\u017cistu sakemm Yorgen Fenech spi\u010b\u010ba l-\u0127abs jistenna&#8217; biex ig\u0127addi \u0121uri.<\/p>\n<p>Bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; protesti popolari li ma qatg\u0127u xejn u t-t\u0127arbit li kien hawn fil-pajji\u017c, gvern s\u0127i\u0127 kellu jwarrab. U dan biex ma nsemmix il-\u0127sara &#8211; li qed tidher dejjem aktar irriversibbli &#8211; li saret lir-reputazzjoni ta&#8217; Malta f&#8217;g\u0127ajnejn id-dinja. Ir-ras iebsa tag\u0127hom, id-diprezz tag\u0127hom lejn kull forma ta&#8217; protesti, l-appelli ipokriti tag\u0127hom favur l-g\u0127aqda u x-xiljiet tag\u0127hom ta&#8217; tradiment, issarrfu f&#8217;we\u0121g\u0127at u \u0127sara kbira g\u0127al pajji\u017cna.<\/p>\n<p>Waqt li kienet qed isse\u0127\u0127 din il-\u0127sara kollha, Robert Abela kien qrib \u0127afna ta&#8217; Joseph Muscat. Wie\u0127ed kien jistenna&#8217; li hu \u0127a tag\u0127lima minn din l-esperjenza. I\u017cda, milli jidher, min\u0127abba l-lealt\u00e0 jew inkella l-bi\u017ca&#8217; li g\u0127andu minn Yorgen Fenech \u2013 jew forsi g\u0127ax hu wkoll kompli\u010bi \u2013 bl-istess motivazzjonijiet li kellu Joseph Muscat 5 snin ilu, qieg\u0127ed iwebbes rasu. Jew hekk, jew inkella mo\u0127\u0127u ma jla\u0127\u0127aqlux.<\/p>\n<p>Il-fatt li Rosianne Cutajar t\u0127alliet fil-kabinett tal-ministri u ma tke\u010b\u010bietx mhuwiex a\u010b\u010bettabbli daqskemm ma kienx a\u010b\u010bettabbli g\u0127al Joseph Muscat meta baqa&#8217; ma ke\u010b\u010biex lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi wara l-2016.<\/p>\n<p>Il-fatt li Rosianne Cutajar naqset li ti\u010b\u0127ad l-akku\u017ci li sarulha u\u00a0 qag\u0127det iddur mal-lew\u017ca ma jistax \u0127lief ifisser li, b\u0127ala uffi\u010bjal governattiv, ikkonfermat li kienet \u0127abiba mill-qrib ma&#8217; Yorgen Fenech. Ma jistax \u0127lief ifisser ukoll li serviet ta&#8217; g\u0127odda biex il-mafja tkompli tinfirex fl-amministrazzjoni tal-pajji\u017c.<\/p>\n<p>Din il-kwistjoni parzjalment g\u0127andha x&#8217;taqsam ukoll mal-misteru dwar jekk Rosianne Cutajar kienx qed ikollha relazzjonijiet fi\u017cikament intimi ma&#8217; Yorgen Fenech. Minkejja l-b\u017cieq kollu li \u0127liet dwar id-drittijiet tan-nisa u d-dritt sagrosant tal-privatezza, r-relazzjoni li kellha mieg\u0127u &#8211; anki li kieku kienet biss wa\u0127da platonika &#8211; frankament hi wa\u0127da li tqalla&#8217; l-istonku u hi ra\u0121uni li g\u0127andha twassalha biex twarrab. <a href=\"https:\/\/lovinmalta.com\/news\/watch-sex-work-should-be-seen-as-a-legitimate-job-choice-rosianne-cutajar-insists\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">\u010aertament g\u0127andha kull dritt li tesprimi l-fehma li min jitqa\u0127\u0127ab g\u0127all-flus ikun qed &#8220;iwettaq xog\u0127ol le\u0121ittimu&#8221;.<\/a> I\u017cda mill-banda l-o\u0127ra, mhux le\u0121ittmu jekk deputata parlamentari u ministru tal-gvern ikollha x&#8217;jaqsam sesswalment bi tpartit g\u0127al kollaborazzjoni kriminali. Im\u0121ieba b\u0127al din tammonta g\u0127al tradiment.<\/p>\n<p>Rosianne Cutajar g\u0127adha qatt ma kkonfermat li kellha x&#8217;taqsam sesswalment ma&#8217; Yorgen Fenech, i\u017cda t-tlaqliq li laqalqet jikkonferma huwa diffi\u010bli g\u0127aliha biex ti\u010b\u0127ad. <a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/watch-robert-abela-on-ministers-alleged-relationships-with-yorgen.802023\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">F&#8217;Lulju 2020 lit-<em>Times of Malta<\/em> qaltilha li ma kienx bi \u0127siebha twie\u0121eb g\u0127al &#8220;allegazzjonijiet personali&#8221;.<\/a> U Robert Abela jidher li kien miftiehem mag\u0127ha hekk kif, dakinhar stess u wara li kellimha, lit-<em>Times of Malta<\/em> qalilha \u201cmhux sewwa li intom u o\u0127rajn tippruvaw tag\u0127tu l-impressjoni li, g\u0127ax xi \u0127add ikun tkellem jew kellu xi relazzjoni ma&#8217; Yorgen Fenech, dan hu \u0127a\u017cin minnu nnifsu\u201d.<\/p>\n<p>Fl-istess nifs tkellem dwar is-sess: \u201cIkun jiddependi jekk il-\u0127biberija jew ir-<em>relazzjoni intima<\/em> se\u0127\u0127ewx qabel jew wara li Yorgen Fenech \u0121ie implikat fil-qtil. G\u0127alija dak huwa li jg\u0127odd\u201d.<\/p>\n<p>Tg\u0127id kien qed jipprotesta \u017c\u017cejjed g\u0127al wi\u010b\u010bha?<\/p>\n<p>G\u0127alkemm f&#8217;demokrazija tassew \u010bivilizzata, \u010bertament ma kienitx tibqa&#8217; timra\u0127 fil-wi\u010b\u010b politiku, hawn min isostni li \u0127add ma jista&#8217; jikkmanda qalb Rosianne Cutajar. I\u017cda din mhux biss er\u0127iet lil qalbha tin\u0127all wara persuna, i\u017cda nqdiet bir-rwol pubbliku li g\u0127andha biex lil Yorgen Fenech tag\u0127tih palata.<\/p>\n<p>Ag\u0127tu daqqa t&#8217;g\u0127ajn lejn dak li kiteb fit-<em>Twitter<\/em> il-parlamentari Olandi\u017c Pieter Omtzigt li kien ing\u0127ata \u0127atra mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa biex jitkixxef dwar il-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia.<\/p>\n<blockquote class=\"twitter-tweet\">\n<p dir=\"ltr\" lang=\"nl\"><em>Links: de persoon die verdacht wordt als opdrachtgever van de moord op journaliste Daphne Caruana Galizia<\/em><br \/>\n<em>Rechts: de Maltese parlementari\u00ebr die mij keihard aanviel in Straatsburg over het rapport over die moord<\/em><\/p>\n<p><em>Er lijken nogal wat banden te zijn<\/em> (1)<a href=\"https:\/\/t.co\/ustBzMqnJ1\">https:\/\/t.co\/ustBzMqnJ1<\/a><\/p>\n<p>\u2014 Pieter Omtzigt (@PieterOmtzigt) <a href=\"https:\/\/twitter.com\/PieterOmtzigt\/status\/1363546033251303428?ref_src=twsrc%5Etfw\">February 21, 2021<\/a><\/p><\/blockquote>\n<p><script async src=\"https:\/\/platform.twitter.com\/widgets.js\" charset=\"utf-8\"><\/script><\/p>\n<p>Dan kiteb li fl-4 snin li g\u0127amlet b\u0127ala membru tal-Assemblea, Rosianne Cutajar la qatt fet\u0127et \u0127alqha, la qatt ipparte\u010bipat f&#8217;xi kumitat, la qatt ivvutat u qatt m&#8217;g\u0127amlet nitfa xog\u0127ol li g\u0127alih kienet qed tit\u0127allas mill-organizzazzjoni li minnha hi kienet tifforma parti .<\/p>\n<p>Kien g\u0127al darba biss li g\u0127a\u017clet li tifta\u0127 \u0127alqha: meta attakkatu wara li ppre\u017centa r-rapport tieg\u0127u dwar dak li sar jaf dwar Malta u talli a\u017c\u017carda jorbot l-assassinju ta&#8217; Daphne mas-<em>17 Black,<\/em> il-kumpannija sigrieta ta&#8217; Yorgen Fenech fid-Dubaj. Kumpannija li permezz tag\u0127ha kien ixa\u0127\u0127am lil s\u0127abha Keith Schembri u Konrad Mizzi.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/lovinmalta.com\/news\/rosianne-cutajar-was-in-europe-fighting-calls-for-caruana-galizia-public-inquiry-one-month-after-pocketing-e46500-in-yorgen-fenech-deal\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">F&#8217;Di\u010bembru li g\u0127adda tal-<em>Lovin Malta<\/em> kixfu li filwaqt li kienet qieg\u0127da t\u0127ejji dak id-diskors, kellha sehem fin-negozju li kellu Yorgen Fenech meta dan wera&#8217; x-xewqa li jixtri dar fl-Imdina<\/a>. Il-Kunsill tal-Ewropa g\u0127adda r-ri\u017coluzzjoni tieg\u0127u fis-26 ta&#8217; \u0120unju 2019.<\/p>\n<p>Fl-10 ta&#8217; \u0120unju 2019, flimkien ma&#8217; dak li kien kompli\u010bi mag\u0127ha, iltaqg\u0127et ma&#8217; Yorgen Fenech fil-<em>Busy Bee<\/em> tal-Imsida u f&#8217;butha da\u0127\u0127let \u20ac9,000 &#8220;inkiss inkiss minn ta\u0127t il-mejda&#8221;. U da\u0127\u0127let ukoll kemxa akbar ming\u0127and il-bejjieg\u0127.<\/p>\n<p>Din is-somma baqg\u0127et qatt ma ddikjaratha fil-lista parlamentari tag\u0127ha dwar id-d\u0127ul u t\u0127allset fi flus kontanti. Kemxa flus li hi \u0127biet. U g\u0127aliex t\u0127allset fi flus kontanti, wie\u0127ed ma jistax ma jikkonkludix li Yorgen Fenech huwa wkoll kompli\u010bi f&#8217;din il-bi\u010b\u010ba. Barra minn hekk, il-\u0127las ta&#8217; \u20ac9,000 ma kienx biss \u0127las g\u0127al servizz b&#8217;rabta mal-bejg\u0127 tal- proprjet\u00e0. Il-\u0127las tal-flus kien ukoll parti minn e\u017cer\u010bizzju ta&#8217; eva\u017cjoni ta&#8217; taxxa u ta&#8217; \u0127asil ta&#8217; flus u g\u0127aldaqstant ta&#8217; kompli\u010bit\u00e0 f&#8217;delitt.<\/p>\n<p>Min\u0127abba \u017c-\u017cmien li fih se\u0127\u0127 dan kollu, m&#8217;hemmx dubju li l-\u0127las tad-\u20ac9,000 kien il-motiv biex Rosianne Cutajar g\u0127amlet dak id-diskors politiku fl-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa biex taqbe\u017c g\u0127all-benefattur tag\u0127ha.<\/p>\n<p>Tfesfis fil-widnejn kien hemm kemm trid. U xi ftit minn dan it-tfesfis se\u0127\u0127 permezz tat-telefon. Fi\u017c-\u017cmien li g\u0127amlet dak il-famu\u017c diskors fi Strasbourg biex taqbe\u017c g\u0127al se\u0127ibha, <a href=\"https:\/\/www.politico.eu\/article\/malta-nominates-helena-dalli-as-its-next-commissioner\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Rosianne Cutajar \u0127assitha e\u010b\u010bitata g\u0127all-fatt li Helena Dalli x&#8217;aktarx kienet ser titlaq mill-kabinett Malti biex tie\u0127u post Karmenu Vella b\u0127ala Kummissarju Ewropew.<\/a> Xammet li, peress li nisa fil-kabinett kien hemm biss wa\u0127diet, kellha \u010bans tajjeb li til\u0127aq ministru flokha.<\/p>\n<p>\u201c<em>Tkixxifli naqra, qalbi<\/em>,\u201d qaltlu.<\/p>\n<p>G\u0127aliex g\u0127andkom tkunu tafu li Yorgen Fenech kien f&#8217;po\u017cizzjoni \u0127afna a\u0127jar minn tag\u0127ha li jkun jaf x&#8217;kien g\u0127addej minn mo\u0127\u0127 Joseph Muscat dwar x&#8217;\u0127atriet kien bi \u0127siebu jag\u0127mel. Dan kollu se\u0127\u0127 fis-17 ta&#8217; \u0120unju 2019.<\/p>\n<p>L-g\u0127ada, fit-18 tax-xahar, Rosianne Cutajar irringrazzjat lil Yorgen Fenech tar-rigal li xtralha: <em>handbag<\/em> tal-Bulgari.<\/p>\n<p>Kollox kien qed jin\u0127adem bizzilla. Meta kienet tkun bilqieg\u0127da fis-sala tal-Parlament hi u tg\u0127addi l-li\u0121ijiet li jeffettwawlek lil \u0127ajtek u fl-istess waqt tivvota biex i\u017c\u017comm lil Joseph Muscat fis-setg\u0127a u sservi ta&#8217; tarka g\u0127al Yorgen Fenech, lil dan tal-a\u0127\u0127ar kienet tibg\u0127atlu l-messa\u0121\u0121i biex t\u0127e\u0121\u0121u jaqleb g\u0127al fuq <em>Parliament TV<\/em>. Riedet turih kemm kienu xerqulha l-\u0127wejje\u0121 li kien xtralha.<\/p>\n<p>Il-biera\u0127<a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/rosianne-cutajar-solicited-help-from-yorgen-fenech-for-2019-survey.852956\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\"> it-<em>Times of Malta<\/em> xandret rapport dwar messa\u0121\u0121i li dawn bg\u0127atu lil xulxin u dwar talba li hi g\u0127amlet lil Yorgen Fenech biex dan i\u0127allas g\u0127al st\u0127arri\u0121 elettorali g\u0127al Rosianne Cutajar. <\/a>\u00a0Fit-3 ta&#8217; \u0120unju 2019 Yorgen Fenech we\u0121ibha hekk: \u201c<em>Ser issibni dejjem biex ng\u0127inek<\/em>&#8220;. Mhux mag\u0127ruf x&#8217;we\u0121bitu i\u017cda ma niskanta xejn li kieku wie\u0121bet \u2018<em>same to you, sabi\u0127.<\/em><\/p>\n<p>F&#8217;Awwissu 2019, Rosianne Cutajar tg\u0127idx kemm \u0127asset in-nuqqas ta&#8217; Yorgen Fenech. Dan kien imsiefer u kien qed jipparte\u010bipa f&#8217;programm ta&#8217; rijabilitazzjoni g\u0127ad-drogati. \u201cMalta qed tistenniek,\u201d qaltlu &#8211; kienet kunfidenti li kienet ser ter\u0121a&#8217; tarah qabel ma nqabad fil-morsa li spi\u010b\u010ba nqabad fiha.<\/p>\n<p>Niskanta x&#8217;wi\u010b\u010b g\u0127andhom dawn in-nies li jippretendu li jitkellmu f&#8217;isem &#8220;Malta&#8221; b&#8217;rabta max-xmara ta&#8217; flus, ta&#8217; drogi u ta&#8217; sess li jinsabu mg\u0127errqin fiha. Dawn jitkellmu dwar it-&#8220;tradituri&#8221; <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2020\/12\/rosianne-resign-rosianne-resign-rosianne-resign-and-so-on\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">kull darba li jirreferu g\u0127all-attivisti li jinsistu g\u0127ar-ri\u017cenji tag\u0127hom.\u00a0<\/a><\/p>\n<p>Filwaqt li wlied Daphne kienu qed ji\u0121\u0121ieldu biex issir \u0121ustizzja ma&#8217; ommhom, Rosianne Cutajar kienet \u0127a\u0121a wa\u0127da mal-allegat qattiel ta&#8217; Daphne. Kienet qed tit\u0127allas ming\u0127andu u taqbe\u017c g\u0127alih biex b&#8217;hekk tiggarantilu l-impunit\u00e0.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fmatthewcaruanagalizia%2Fposts%2F10164835635830035&amp;width=500&amp;show_text=true&amp;height=263&amp;appId\" width=\"500\" height=\"263\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\" allowfullscreen=\"allowfullscreen\" data-mce-fragment=\"1\"><\/iframe><\/p>\n<p>U l-impunit\u00e0 tag\u0127ha issa qed jiggarantiha Robert Abela. Il-veru ka\u017c li dan ma \u0127a ebda tag\u0127lima minn dak li g\u0127adda minnu fil-\u0127ames snin li g\u0127addew.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-98557\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/02\/05a18e216844abaee2bfcacf7dc5507a4c70e8ca-1591341772-5ed9f2cc-1920x1280-1-1200x801-1.jpeg\" alt=\"\" width=\"1024\" height=\"684\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/02\/05a18e216844abaee2bfcacf7dc5507a4c70e8ca-1591341772-5ed9f2cc-1920x1280-1-1200x801-1-200x134.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/02\/05a18e216844abaee2bfcacf7dc5507a4c70e8ca-1591341772-5ed9f2cc-1920x1280-1-1200x801-1-300x200.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/02\/05a18e216844abaee2bfcacf7dc5507a4c70e8ca-1591341772-5ed9f2cc-1920x1280-1-1200x801-1-400x267.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/02\/05a18e216844abaee2bfcacf7dc5507a4c70e8ca-1591341772-5ed9f2cc-1920x1280-1-1200x801-1-600x401.jpeg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/02\/05a18e216844abaee2bfcacf7dc5507a4c70e8ca-1591341772-5ed9f2cc-1920x1280-1-1200x801-1-768x513.jpeg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/02\/05a18e216844abaee2bfcacf7dc5507a4c70e8ca-1591341772-5ed9f2cc-1920x1280-1-1200x801-1-800x534.jpeg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/02\/05a18e216844abaee2bfcacf7dc5507a4c70e8ca-1591341772-5ed9f2cc-1920x1280-1-1200x801-1.jpeg 1024w\" sizes=\"(max-width: 1024px) 100vw, 1024px\" \/><\/p>\n<p>A\u0127na \u0127adna xi tag\u0127lima?<\/p>\n<p>Er\u0121ajna lura g\u0127al quddiem l-i<em>screen<\/em> bi \u0127siebna jidwi fuq il-\u0127aruf tal-G\u0127id waqt li l-mafja tkompli tifrex is-swaba tag\u0127ha fuq pajji\u017cna.<\/p>\n<p>Fl-istess waqt qed ne\u017caminaw il-kuxjenza tag\u0127na biex naraw jekk, wara kollox, na\u0127tux a\u0127na wkoll g\u0127all-firda li hawn f&#8217;pajji\u017cna.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>B\u0127all-lum \u0127ames snin ilu, Daphne Caruana Galizia kienet xandret artiklu dwar \u0127aruf tan-New Zealand li kien lest g\u0127all-qatla fil-festi tal-G\u0127id. Din kienet l-istorja li tat bidu g\u0127all-iskandlu tal-Panama Papers. ? #OTD 2016, #DaphneCaruanaGalizia teased us with this cryptic post. We didn&#8217;t know what it meant, but @KonradMizzi &amp; @keithaschembri knew. 5 down the line, both [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":98558,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/98563\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=98563"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/98563\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":98572,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/98563\/revisions\/98572\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/98558\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=98563"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=98563"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=98563"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}