{"id":98621,"date":"2021-02-24T11:02:03","date_gmt":"2021-02-24T10:02:03","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=98621"},"modified":"2021-02-24T13:51:37","modified_gmt":"2021-02-24T12:51:37","slug":"fadlilna-hafna-xnaqdfu","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2021\/02\/fadlilna-hafna-xnaqdfu\/","title":{"rendered":"Fadlilna \u0127afna x&#8217;naqdfu"},"content":{"rendered":"<p>X&#8217;aktarx li l-konferenza stampa li ta l-biera\u0127 Robert Abela ssa\u0127\u0127a\u0127 sew il-fehma ta&#8217; min jidhirlu li l-istituzzjonijiet tal-pajji\u017c m&#8217;humiex ja\u0127dmu kif suppost qed ja\u0127dmu.<\/p>\n<p>Ag\u0127tu daqqa t&#8217;g\u0127ajn lejn il-kitba li \u0121ejja ta&#8217; Alessandra Dee Crespo li ti\u0121bor fiha s-sens ta&#8217; dak li di\u0121\u00e0 g\u0127addejna minnu fl-img\u0127oddi.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Ffrau.kanzler2007%2Fposts%2F5219994418043070&amp;width=500&amp;show_text=true&amp;height=790&amp;appId\" width=\"500\" height=\"790\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\" allowfullscreen=\"allowfullscreen\" data-mce-fragment=\"1\"><\/iframe><\/p>\n<p>It-teatrin tal-biera\u0127 qabblitu mal-konferenza stampa li kien ta Joseph Muscat dakinhar li \u0121iet assassinata Daphne Caruana Galizia. Jien nasal ukoll biex inqabblu ma&#8217; konferenza stampa o\u0127ra li Joseph Muscat kien ta xi \u0121img\u0127at wara, ji\u0121ifieri dakinhar li \u010aensu &#8220;l-Ko\u0127\u0127u&#8221; Muscat flimkien ma&#8217; disa&#8217; minn nies o\u0127ra kienu \u0121ew arrestati u meta kontrih u kontra tnejn o\u0127ra inbdew pro\u010beduri kriminali li, fil-ka\u017c tieg\u0127u, ntemmu b&#8217;ammissjoni u b&#8217;piena ta&#8217; \u0127abs mill-qorti.<\/p>\n<p>F&#8217;dawn it-tliet okka\u017cjonijiet, il-prim ministri tag\u0127na lid-dinja qalulha li Malta g\u0127andha l-g\u0127odda me\u0127tie\u0121a u tinsab determinata li tara li sse\u0127\u0127 il-\u0121ustizzja fil-konfront tal-qattiela ta&#8217; Daphne Caruana Galizia. U f&#8217;kull wa\u0127da minn dawn it-tliet okka\u017cjonijiet, il-prim ministri tag\u0127na gidbu.<\/p>\n<p>Bi kliem meqjus, Martina Farrugia wriet b&#8217;mod elokwenti li r-rabta li g\u0127amel Robert Abela bejn il-kundanna ta&#8217; \u010aensu Muscat u l-mod kif qed ja\u0127dmu l-istituzzjonijiet ma kienet xejn \u0127lief \u0127merija grassa.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fmartina.farrugia.31%2Fposts%2F10158954440821341&amp;width=500&amp;show_text=true&amp;height=288&amp;appId\" width=\"500\" height=\"288\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\" allowfullscreen=\"allowfullscreen\" data-mce-fragment=\"1\"><\/iframe><\/p>\n<p>Na\u017c\u017carda n\u017cid li Robert Abela pprova jag\u0127mel attentat infantili biex\u00a0 jie\u0127u l-mertu hu a spejje\u017c tal-istituzzjonijiet li ried ibellag\u0127hielna li kien qed ifa\u0127\u0127ar. Huwa stqarr li l-gvern <a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/watch-prime-minister-addresses-press-conference.853655\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">\u201ckien wettaq ir-riformi me\u0127tie\u0121a biex l-istituzzjonijiet setg\u0127u ja\u0127dmu u j\u0121ibu r-ri\u017cultati\u201d.<\/a><\/p>\n<p>Sku\u017ci ta, imma liema kienu r-riformi li wasslu biex \u010aensu Muscat \u0121ie sentenzjat mill-qorti? Il-Ko\u0127\u0127u kien ilu minn April 2018 jittallab mal-Pulizija biex jing\u0127ata sentenza inqas \u0127arxa bi tpartit ma&#8217; informazzjoni dwar id-delitt. U ilu minn dakinhar &#8216;l hawn jikxef l-informazzjoni mal-Pulizija. Ma saru ebda riformi fis-sistema tal-\u0121ustizzja li setg\u0127u g\u0127amlu xi nitfa differenza.<\/p>\n<p>Barra mill-wi\u010b\u010b sfiq ta&#8217; Robert Abela, hemm ukoll kwistjoni o\u0127ra. Robert Abela \u0121enwinament jemmen li l-istituzzjonijiet tag\u0127na qeg\u0127din ja\u0127dmu u li g\u0127andhom il-\u0127ila li jissieltu kontra l-kriminalit\u00e0 serja, kontra l-korruzzjoni u kontra l-kriminalit\u00e0 organizzata? Jew inkella jrid lid-dinja dan temmnu minkejja l-fatt li jaf li dan mhux minnu? X&#8217;aktarx li kien g\u0127alhekk li, f&#8217;\u0127in minnhom, qaleb diskorsu g\u0127all-Ingli\u017c fil-konferenza stampa tal-biera\u0127.<\/p>\n<p>Hi x&#8217;inhi t-twe\u0121iba, Robert Abela qed ji\u010b\u0127ad is-sewwa mag\u0127ruf b&#8217;mod perikolu\u017c. Kien qisu bniedem xurban ji\u010b\u0127ad li jinsab ma\u0127kum minn problema tax-xorb.<\/p>\n<p>Robert Abela ji\u010b\u0127ad li f&#8217;Malta g\u0127andna problema bil-kriminalit\u00e0 organizzata. Robert Abela ji\u010b\u0127ad li politi\u010bi korrotti baqg\u0127u jgawdu l-impunit\u00e0. Robert Abela ji\u010b\u0127ad li grupp ta&#8217; kriminali vjolenti li huma mag\u0127rufin mal-Paulizija u mill-pubbliku in \u0121enerali jistg\u0127u jisparaw, jisplodu, joqtlu, jferu, jisirqu u jikkuntrabandaw kemm iridu, huma u j\u0127addmu r-ristoranti u jag\u0127mlu s-safriet fuq jottijiet lussu\u017ci.<\/p>\n<p>Kif qatt jista&#8217; jkollna l-fidu\u010bja li l-Istat Malti g\u0127andu l-\u0127ila li jkisser mafja li jibqa&#8217; sal-lum ji\u010b\u0127ad li te\u017cisti?<\/p>\n<p>Kif qatt nistg\u0127u nittamaw li l-istituzzjonijiet tal-Istat jinsabu ffukati fuq il-qerda tal-qarnita li tinsab iggranfata ma&#8217; pajji\u017cna meta g\u0127andna prim ministru li proprju l-biera\u0127 deherlu li kellu g\u0127alxiex jifta\u0127ar bih innifsu?<\/p>\n<p>Wi\u010b\u010bhom sfiq u ma jafux jist\u0127u. Wara 41 xahar li matulhom se\u0127\u0127ew l-akbar oltra\u0121\u0121i kontra d-demokrazija f&#8217;Malta u l-assassinju ta&#8217; \u0121urnalista li kienet ukoll mart, omm, bint u o\u0127t, kellhom biss il-\u0127ila li jibg\u0127atu persuna li ammetta l-\u0127tija, l-\u0127abs g\u0127al 15 il-sena.<\/p>\n<p>Il-famu\u017ci istituzzjonijiet li g\u0127andna ma kellhomx il-\u0127ila li j\u0121ibu provi dwar il-\u0127tija ta&#8217; xi \u0127add g\u0127al dan il-delitt. Dawn l-istituzzjonijiet ma kellhomx il-\u0127ila li jressqu quddiem \u0121uri u li jaraw li ji\u0121u kundannati persuni li g\u0127andhom id-dritt tal-pre\u017cunzjoni tal-inno\u010benza.<\/p>\n<p>Din m&#8217;hix kwistjoni dwar xog\u0127ol li jwettqu l-Pulizija, l-Prosekuturi, l-Ma\u0121istrati, l-Avukati, l-Im\u0127allfin, il-gwardjani tal-\u0127abs u dawk kollha li jirriskjaw \u0127ajjithom fuq quddiem nett.<\/p>\n<p>Din m&#8217;hi xejn \u0127lief kwistjoni dwar in-nuqqas ta&#8217; \u0127ila li g\u0127andhom l-istituzzjonijiet li jg\u0127arblu sewwa l-provi li g\u0127andhom kontra qattiela perikolu\u017ci. Hi kwistjoni dwar in-nuqqas ta&#8217; \u0127ila tal-istituzzjonijiet li jaraw li xhud ewlieni dwar id-delitt tas-seklu ma jippruvax ine\u0127\u0127i \u0127ajjtu b&#8217;sikkina li taqta&#8217;. Hi wkoll kwistjoni dwar in-nuqqas ta&#8217; \u0127ila tal-istituzzjonijiet li jwaqqfu kap tal-mafja milli jipprova jbe\u017c\u017ca&#8217; b&#8217;Alla lil dawk li qed jippruvaw i\u017commuh maqful fil-\u0127abs.<\/p>\n<p>M&#8217;hemmx dubju li dak li se\u0127\u0127 il-biera\u0127 jista&#8217; jqarribna lejn il-\u0121ustizzja. I\u017cda issa ilna 3 snin s\u0127a\u0127 ng\u0127ixu bit-tama. Qatt ma bsarna li qattiel kwa\u017ci ser ig\u0127addiha lixxa b&#8217;piena ta&#8217; 15 il-sena \u0127abs biss. G\u0127alija l-qtil bi tpartit ma&#8217; \u0127las ta&#8217; flus, il-parte\u010bipazzjoni f&#8217;kon\u0121uri mafju\u017ci u att terroristiku kontra d-demokrazija u kontra l-istat jimmeritaw piena ferm akbar.<\/p>\n<p>Fil-frattemp nittamaw li jkun hemm \u010baqlieq li jwassal biex l-a\u0127wa Degiorgio u Yorgen Fenech jieklu l-ikla \u0127abs g\u0127al g\u0127omorhom li \u0127aqqhom. Nittamaw li dan i\u010b-\u010baqlieq iwassal ukoll biex pajji\u017cna je\u0127les mill-a\u0127wa Agius u minn Jamie Vella. U nittamaw ukoll li jsir suf l-attentat ovvju ta&#8217; Robert Abela biex jipprova jg\u0127atti xtur ministri tal-kabinett tal-img\u0127oddi u tal-lum.<\/p>\n<p>I\u017cda t-tama biss m&#8217;hix bi\u017c\u017cejjed. Bit-tama biss ma nistg\u0127ux inserr\u0127u rasna li pajji\u017cna g\u0127andu r-rieda u l-\u0127ila li jeqred il-kriminalit\u00e0 organizzata. Hi t-tama li tibqa&#8217; torbotna ma&#8217; dan il-pajji\u017c li konna na\u0127sbu li hu tag\u0127na i\u017cda li issa nafu li fil-fatt huwa ta&#8217; Yorgen Fenech u s\u0127abu l-multi-miljunarji li jinsabu mehdijin itellg\u0127u t-torrijiet, ixa\u0127\u0127mu l-politi\u010bi u ja\u0127tfu l-kuntratti.<\/p>\n<p>Fl-2016, Yorgen Fenech kellu s-sa\u0127\u0127a li jidde\u010biedi min mill-ministri kellu jibqa&#8217; f&#8217;postu u min kellu jitne\u0127\u0127a. Il-<em>Panama Papers<\/em>? \u0126add ma \u0121ie jaqa&#8217; u jqum? Keith Schembri u Yorgen Fenech kienu qishom a\u0127wa.<\/p>\n<p>Jidher li Yorgen Fenech g\u0127ad g\u0127andu s-sa\u0127\u0127a li jidde\u010biedi min mill-Ministri g\u0127andu j\u017comm postu u min minnhom g\u0127andha tiddabbrilhom rashom. Mhux ser nasal biex nistqarr li Rosianne Cutajar stmata daqslikieku kienet o\u0127t Yorgen Fenech. I\u017cda li huwa \u010bert hu li lil dawn \u0127add ma jkun jista&#8217; g\u0127alihom kemm il-darba Yorgen Fenech ikun xa\u0127\u0127amhom, kiel mag\u0127hom jew kellu x&#8217;jaqsam sesswalment mag\u0127hom.<\/p>\n<p>Kien hu li dde\u010bieda x&#8217;kellu jixxandar fl-Orizzont. Ippretenda wkoll li kellu jidde\u010biedi hu min kellu ji\u0121i elett fil-Parlament Ewropew. U g\u0127adu sal-lum jippretendi li jxa\u0127\u0127am lill-\u0121urnalisti tat-<em>Times of Malta<\/em> biex dawn ipin\u0121uh \u0127elu.<\/p>\n<p>G\u0127iduli intom kif, f&#8217;nofs dan it-ta\u0127wid kollu, qatt nistg\u0127u nkomplu nsa\u0127\u0127u t-tamiet tag\u0127na? Il-verit\u00e0 hi li jekk ma nibqg\u0127ux ninsistu g\u0127all-\u0121ustizzja, l-Ko\u0127\u0127u ma jkollux g\u0127alfejn joqg\u0127od jinkwieta dwar kif ser ikun jista&#8217; jibqa&#8217; j\u017comm ru\u0127u qawwi u s\u0127i\u0127 g\u0127as-6 snin li \u0121ejjin fil-\u0127abs u g\u0127all-bqija ta&#8217; \u0127ajjtu.<\/p>\n<p>M&#8217;g\u0127andniex g\u0127alfejn noqg\u0127odu ntaptpu fuq spallejna li wasalna s&#8217;hawn. M&#8217;g\u0127andna ebda \u0121ibda g\u0127at-taptip fuq l-ispallejn. Il-kuxjenza tag\u0127na tinsab imtaqqla&#8217; g\u0127all-fatt li lil Daphne konna \u0127allejniha tissielet we\u0127idha. I\u017cda l-a\u0127wa Degiorgio, l-familja Fenech, l-a\u0127wa Agius, Vella, Cutajar, Valletta, Cardona, Mizzi, Schembri, Muscat,\u00a0 Portelli, Delia, Zammit Lewis u Abela jistg\u0127u jibqg\u0127u \u010berti fuq \u0127a\u0121a wa\u0127da.<\/p>\n<p>Meta Joseph Muscat kien fta\u0127ar bl-arrest ta&#8217; \u010aensu Muscat, ma kienet inqalbet ebda pa\u0121na. L-istess ma ntemm xejn meta Robert Abela fta\u0127ar bil-piena li ng\u0127atat lill-Ko\u0127\u0127u.<\/p>\n<p>Bil-kemm g\u0127adna bdejna. U \u0121aladarba l-istituzzjonijiet m&#8217;humiex ja\u0127dmu kif suppost qed ja\u0127dmu, nafu li g\u0127ad fadlilna \u0127afna x&#8217;naqdfu biex ise\u0127\u0127 il-\u0121ustizzja.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-83952\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/JD4_8991.jpg\" alt=\"\" width=\"682\" height=\"1024\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/JD4_8991-200x300.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/JD4_8991-400x601.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/JD4_8991-600x901.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/JD4_8991.jpg 682w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/JD4_8991-768x1154.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/JD4_8991-800x1202.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/12\/JD4_8991-1022x1536.jpg 1022w\" sizes=\"(max-width: 682px) 100vw, 682px\" \/><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>X&#8217;aktarx li l-konferenza stampa li ta l-biera\u0127 Robert Abela ssa\u0127\u0127a\u0127 sew il-fehma ta&#8217; min jidhirlu li l-istituzzjonijiet tal-pajji\u017c m&#8217;humiex ja\u0127dmu kif suppost qed ja\u0127dmu. Ag\u0127tu daqqa t&#8217;g\u0127ajn lejn il-kitba li \u0121ejja ta&#8217; Alessandra Dee Crespo li ti\u0121bor fiha s-sens ta&#8217; dak li di\u0121\u00e0 g\u0127addejna minnu fl-img\u0127oddi. It-teatrin tal-biera\u0127 qabblitu mal-konferenza stampa li kien ta Joseph [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":83953,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/98621\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=98621"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/98621\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":98626,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/98621\/revisions\/98626\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/83953\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=98621"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=98621"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=98621"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}