{"id":99109,"date":"2021-03-09T14:18:53","date_gmt":"2021-03-09T13:18:53","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=99109"},"modified":"2021-03-09T15:14:39","modified_gmt":"2021-03-09T14:14:39","slug":"il-marda-nazzjonali-li-qed-teqridna","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2021\/03\/il-marda-nazzjonali-li-qed-teqridna\/","title":{"rendered":"Marda nazzjonali li qed teqridna"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-99104\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/03\/johann_grech_mepa-1.png\" alt=\"\" width=\"512\" height=\"288\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/03\/johann_grech_mepa-1-200x113.png 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/03\/johann_grech_mepa-1-300x169.png 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/03\/johann_grech_mepa-1-400x225.png 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/03\/johann_grech_mepa-1.png 512w\" sizes=\"(max-width: 512px) 100vw, 512px\" \/><\/p>\n<p>Jaqaw m&#8217;g\u0127adhomx ig\u0127allmu r-regoli tal-lo\u0121ika fl-iskejjel? Il-biera\u0127 lill-membri tal-istampa Robert Abela qalilhom li dawk li jmexxu s-servizz pubbliku ng\u0127ataw ordnijiet biex ma jid\u0127lux f&#8217;negozju li ma jkunx konformi mar-rwol tag\u0127hom b\u0127ala impjegati pubbli\u010bi. <a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/watch-robert-abela-stands-by-former-planning-chief-johann-buttigieg.856642\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Din sejj\u0127ilha &#8220;mentalit\u00e0 \u0121dida&#8221;.<\/a><\/p>\n<p>G\u0127aliex \u0127ass il-\u0127tie\u0121a li jitkellem kif tkellem? G\u0127andi nifhem li l-prim ministru espriema ru\u0127u b&#8217;dan il-mod g\u0127aliex jidhirlu li l-&#8220;mentalit\u00e0 l-antika&#8221; li wie\u0127ed jid\u0127ol g\u0127an-negozju waqt li jkun qed iwettaq dmirijiet pubbli\u010bi m&#8217;hix a\u010b\u010bettabbli u je\u0127tie\u0121 li tinbidel.<\/p>\n<p>Din m&#8217;hi xejn \u0127lief moralit\u00e0 tal-iskola tan-nuna. Huma t-tfal li jg\u0127addu minn fa\u017cijiet ta&#8217; m\u0121ieba mqarba f&#8217;\u0127ajjithom u, meta jinqabdu, ji\u0121u kastigati u ji\u0121u m\u0121ieg\u0127la jwieg\u0127edu li ma jer\u0121g\u0127ux ikunu mqarbin.<\/p>\n<p>Din il-mentalit\u00e0 ilna li tlaqniha. Waqt il-konferenza dwar l-&#8220;g\u0127aqda nazzjonali&#8221; ftit jiem ilu, dawk li ma jaqblux mal-idea li g\u0127andu jkun hemm stazzjonijiet televi\u017civi tal-partiti politi\u010bi stqarrew li l-partiti nnifishom g\u0127andhom ifasslu regoli \u0121odda ta&#8217; m\u0121ieba.<\/p>\n<p>Jien ma qbiltx ma&#8217; min \u0127are\u0121 b&#8217;din l-idea. Tg\u0127id il-partiti politi\u010bi g\u0127andhom il-\u0127tie\u0121a ta&#8217; regolamenti li tirregola m\u0121ibithom biex jinteb\u0127u li mhux sewwa li wie\u0127ed jigdeb? Dan ma kienx messhom jafuh mill-bidu nett?<\/p>\n<p>U l-mexxejja tas-servizz \u010bivili m&#8217;g\u0127andhomx ikunu jafu li mhux sewwa li jinnegozjaw u jkunu s\u0127ab ma&#8217; dawk li suppost ikunu qed jirregolaw?<\/p>\n<p>Johann Buttigieg inkixef li kien innegozja kuntratti dwar trasferimenti ta&#8217; proprjet\u00e0 ma&#8217; Yorgen Fenech. Dan in-negozju sar waqt li Buttigieg kien ir-regolatur ewlieni, ji\u0121ifieri dak li kien jidde\u010biedi dwar min kellu jing\u0127ata permess u dwar min dan il-permess kellu jin\u010ba\u0127adlu.<\/p>\n<p>Hemm g\u0127alfejn noqg\u0127odu nfasslu r-regoli biex lil Johann Buttigieg ng\u0127idulu li l-im\u0121ieba tieg\u0127u ma kienitx korretta? Jew biex lil Joe Cuschieri ng\u0127idulu li ma kienx korrett meta, b\u0127ala regolatur tal-industrija tal-<em>gaming<\/em> u tal-bankiera tag\u0127ha, siefer ma&#8217; Yorgen Fenech?<\/p>\n<p>Jista&#8217; Robert Abela b&#8217;serjet\u00e0 jg\u0127idilna li jkollna \u201cmentalit\u00e0 \u0121dida\u201d meta ssir insistenza li l-interessi privati tal-amministraturi pubbli\u010bi g\u0127andhom jin\u017cammu &#8216;l bog\u0127od mill-interessi pubbli\u010bi tag\u0127hom u li je\u0127tie\u0121 li jkunu aktar safjin minn mart \u010aesri?<\/p>\n<p>Dawn possibbli li qatt ma qraw it-t\u0127assib ta&#8217; Platun dwar il-filosfi-rejiet? Qatt ma qraw il-kitbiet ta&#8217; Aristotli, ta&#8217; Machiavelli jew ta&#8217; Montesquieu? Qatt ma g\u0127amluha ta&#8217; kap ta&#8217; klassi jew ta&#8217; xi ristorant?<\/p>\n<p>It-twe\u0121iba hi &#8220;le&#8221;.<\/p>\n<p>Dan g\u0127aliex l-edukazzjoni politika, etika u amminstrattiva \u0127aduha ming\u0127and Joseph Muscat. Ta\u0127tu l-mentalit\u00e0 kienet wa\u0127da ta&#8217; &#8220;a\u0127taf kemm tifla\u0127 sakemm ikollok i\u010b-\u010bans&#8221;.<\/p>\n<p>Ma skoprejniex l-Amerika, hux hekk? Robert Abela qalilna li jinsab rasu mistrie\u0127a li l-messa\u0121\u0121i tal-<em>WhatsApp<\/em> li ntbag\u0127tu lil Johann Buttigieg jindikaw biss li kienet saret diskussjoni ma&#8217; Yorgen Fenech dwar il-possibilit\u00e0 li jissie\u0127bu f&#8217;negozju. Skont Abela, din m&#8217;hix &#8220;prova&#8221; li fil-fatt issie\u0127bu f&#8217;negozju. X&#8217;\u0127aseb li g\u0127andna nimma\u0121inaw f&#8217;mo\u0127\u0127na Robert Abela? Li Yorgen Fenech kien ser ig\u0127addi kemm Alla \u0127alaq karti tal-flus permezz tal-<em>WhatsApp account<\/em> tieg\u0127u?<\/p>\n<p>Tiftakru li meta kienu nkixfu Keith Schembi u Konrad Mizzi b\u0127ala s-sidien ta&#8217; kumpanniji sigrieti fil-Panama, kienu qalulna li &#8220;ma kienux instabu flus&#8221;?<\/p>\n<p>L-Oppo\u017cizzjoni, l-Moviment Graffitti u Repubblika talbu g\u0127at-tke\u010b\u010bija ta&#8217; Johann Buttigieg. Issa ng\u0127aqdet ukoll it-<em>Times of Malta<\/em> <a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/sack-him-dont-stand-by-him.856765\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">u sejj\u0127et b\u0127ala &#8220;marda nazzjonali&#8221; lill-impunit\u00e0 li qed tag\u0127ti l-kenn lil dawn il-\u0127allelin.<\/a><\/p>\n<p>I\u017cda ma&#8217; wi\u010b\u010b Robert Abela hemm ukoll pressjonijiet li ma jidhrux. M&#8217;g\u0127andux is-sa\u0127\u0127a li je\u0127odha kontra Joseph Muscat. U Johann Buttigieg kien \u0127are\u0121 g\u0127an-nofs kemm il-darba biex jipprote\u0121i lil sidu.<\/p>\n<p>Robert Abela irid mentalit\u00e0 \u0121dida.<\/p>\n<p>Mentalit\u00e0 \u0121dida tal-2013.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Jaqaw m&#8217;g\u0127adhomx ig\u0127allmu r-regoli tal-lo\u0121ika fl-iskejjel? Il-biera\u0127 lill-membri tal-istampa Robert Abela qalilhom li dawk li jmexxu s-servizz pubbliku ng\u0127ataw ordnijiet biex ma jid\u0127lux f&#8217;negozju li ma jkunx konformi mar-rwol tag\u0127hom b\u0127ala impjegati pubbli\u010bi. Din sejj\u0127ilha &#8220;mentalit\u00e0 \u0121dida&#8221;. G\u0127aliex \u0127ass il-\u0127tie\u0121a li jitkellem kif tkellem? G\u0127andi nifhem li l-prim ministru espriema ru\u0127u b&#8217;dan il-mod g\u0127aliex jidhirlu [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":99105,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/99109\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=99109"}],"version-history":[{"count":4,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/99109\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":99113,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/99109\/revisions\/99113\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/99105\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=99109"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=99109"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=99109"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}