{"id":99295,"date":"2021-03-17T09:39:29","date_gmt":"2021-03-17T08:39:29","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=99295"},"modified":"2021-03-17T12:10:25","modified_gmt":"2021-03-17T11:10:25","slug":"min-tabilhaqq-huwa-l-imghallem","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2021\/03\/min-tabilhaqq-huwa-l-imghallem\/","title":{"rendered":"Min tabil\u0127aqq huwa l-img\u0127allem?"},"content":{"rendered":"<p>Fil-qorti xhud tal-prosekuzzjoni xehed li ministru pre\u017centi tal-gvern kien ta l-g\u0127ajnuna tieg\u0127u lil grupp ta&#8217; kriminali\u00a0 f&#8217;delitt. <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2021\/03\/it-is-time-for-minister-carmelo-abela-to-make-a-statement\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Il-biera\u0127 jien ktibt li seta&#8217; kien qed jirreferi g\u0127as-serqa li se\u0127\u0127et fl-2010 fl-HSBC kif ukoll g\u0127all-Ministru Carmelo Abela li dak i\u017c-\u017cmien kien deputat parlamentari tal-Oppo\u017cizzjoni u <em>manager<\/em> fl-istess bank.<\/a><\/p>\n<p>Kif wie\u0127ed seta&#8217; jistenna, <a href=\"https:\/\/newsbook.com.mt\/en\/pm-asks-commissioner-to-identify-minister-il-kohhu-linked-to-something-big\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">l-\u0121urnalisti ma \u017cammewx lura u g\u0127amlu sensiela ta&#8217; mistoqsijiet lill-prim ministru.<\/a> \u2018<em>Huwa minnu li ministru tal-gvern kien kompli\u010bi ma&#8217; kriminali fit-twettiq ta&#8217; delitt serju?\u2019 \u2018Taf min hu dan il-ministru?\u2019 \u2018X&#8217;bi \u0127siebek tag\u0127mel dwar din il-kwistjoni?\u2019<\/em><\/p>\n<p>Robert Abela g\u0127amel tabirru\u0127u li kien sorpri\u017c. Kien ilu jaf g\u0127al xhur s\u0127a\u0127 li din l-a\u0127bar minn \u0127in g\u0127all-ie\u0127or kienet ser tfe\u0121\u0121. X&#8217;aktarx kien jaf qabel le\u0127aq prim ministru. <a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/pm-mulls-recusal-on-kohhus-pardon-decision-having-represented-maksar.826990\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Je\u0127tie\u0121 niftakru li Robert Abela kien l-avukat tal-a\u0127wa tal-Maksar.<\/a><\/p>\n<p>Nag\u0127mlu parentesi \u017cg\u0127ira.<\/p>\n<p>Issa jien naf li kul\u0127add g\u0127andu d-dritt li jqabbad avukat biex jirrappre\u017centah. I\u017cda minn meta &#8216;l hawn sirna daqshekk insensittivi li b\u0127al donnu \u0127add ma jitwa\u0127\u0127ax meta jinteba\u0127 li dawn il-qattiela li g\u0127andhom rabtiet ma&#8217; xibka tal-kriminalit\u00e0 mafju\u017ca f&#8217;pajji\u017ci o\u0127ra u li jimpurtaw f&#8217;Malta bombi u armi spe\u010bjali biex joqtlu lin-nies, kellhom lill-prim ministru tag\u0127na b\u0127ala l-avukat tag\u0127hom? Tistg\u0127u timma\u0121inaw x&#8217;kien ji\u0121ri li kieku storja b\u0127al din se\u0127\u0127et band&#8217;o\u0127ra? Tistg\u0127u qatt timma\u0121inaw lill-\u0120ermanja b&#8217;Kan\u010billier li kien jirrappre\u017centa qattiela fero\u010bi tal-mafja fil-qorti?<\/p>\n<p>Nag\u0127lqu l-parentesi.<\/p>\n<p>Robert Abela ji\u0121i mistoqsi x&#8217;g\u0127amel meta sar jaf li xhud &#8211; persuna li ng\u0127atat ma\u0127fra dwar il-qtil ta&#8217; avukat &#8211; xehed fil-qorti li membru tal-kabinett tieg\u0127u kien kompli\u010bi biex twettaq delitt kriminali. Ftakru dejjem li hawn qed nit\u0127addtu dwar serqa bl-armi minn bank.<\/p>\n<p>Quddiem bi\u017cibilju ta&#8217; kameras u ta&#8217; mikrofoni Robert Abela wie\u0121eb billi ddikjara li huwa kien talab lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jidentifika l-persuna li tkellem dwarha l-Ko\u0127\u0127u.<\/p>\n<p>X&#8217;fettillu wie\u0121eb b&#8217;dan il-mod?<\/p>\n<p>Tg\u0127id il-prim ministru ried ibellag\u0127ha li din kienet l-ewwel darba li l-Kummissarju sema&#8217; li l-Ko\u0127\u0127u seta&#8217; jidentifika ministru tal-kabinett f&#8217;dan il-kuntest? Jekk dan tassew huwa l-ka\u017c, allura l-prim ministru qed jammetti li l-Pulizija kienet naqset li tag\u0127mel xog\u0127olha sewwa u naqset li tivverifika l-informazzjoni li g\u0127andu l-Ko\u0127\u0127u qabel a\u010b\u010bettat li jing\u0127ata piena mnaqqsa g\u0127ad-delitt ta&#8217; qtil u ma\u0127fra s\u0127i\u0127a g\u0127ad-delitt ie\u0127or ta&#8217; qtil. Je\u0127tie\u0121 niftakru li l-ma\u0127fra kienet ing\u0127atat b&#8217;de\u010bi\u017cjoni tal-kabinett tal-ministri u g\u0127aldaqstant il-ministri &#8211; ewlieni fosthom Robert Abela &#8211; kienu kunfidenti li l-Pulizija kienet taf x&#8217;kienet qed tag\u0127mel qabel ma \u0121ie de\u010bi\u017c li tin\u0127are\u0121 il-ma\u0127fra.<\/p>\n<p>Mill-banda l-o\u0127ra, ma nag\u0127mlux mod li l-prim ministru qed jissu\u0121\u0121erixxi li, <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2020\/11\/what-a-fine-mess-were-in\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">minkejja l-fatt li l-Kummissarju kien ilu jaf li l-Ko\u0127\u0127u kien semma&#8217; l-involviment ta&#8217; ministru tal-gvern f&#8217;delitt kriminali<\/a>, sal-biera\u0127 dan baqa&#8217; m&#8217;g\u0127amel xejn? Jekk dan huwa l-ka\u017c, allura l-prim ministru qed jarmi l-ba\u0127ar anki l-awtonomija li suppost g\u0127andhom il-Pulizija u qed jissu\u0121\u0121erixxi li, minflok ifittxu l-verit\u00e0, l-Pulizija jippreferu jistennew li jaslu l-ordnijiet ming\u0127and il-prim ministru.<\/p>\n<p>Il-fatt li Robert Abela wasal pubblikament biex jo\u0127ro\u0121 ordni lil An\u0121lu Gaf\u00e0 m&#8217;hi xejn \u0127lief prova li l-prim ministru tag\u0127na jinsab liebes \u017carbun li ma ji\u0121ie\u0127x. Robert Abela m&#8217;huwiex l-img\u0127allem ta&#8217; An\u0121lu Gaf\u00e0. Ma jistax jordnalu lil min g\u0127andu jinvestiga u lil min m&#8217;g\u0127andux jinvestiga.<\/p>\n<p>Mill-banda l-o\u0127ra, Robert Abela <em>huwa<\/em> l-img\u0127allem ta&#8217; kull &#8220;ministru pre\u017centi&#8221; u g\u0127aldaqstant mhux biss g\u0127andu kull dritt jo\u0127ro\u0121 l-ordnijiet i\u017cda huwa wkoll fid-dmir li jag\u0127ti direzzjoni lill-kabinett kollu. Lil kull ministru, l-prim ministru talbu jag\u0127mel dikjarazzjoni li l-Ko\u0127\u0127u ma kienx qed jirreferi g\u0127alih? Lil Carmelo Abela talbu jag\u0127milha din id-dikjarazzjoni? Sodisfatt bit-twe\u0121iba li ng\u0127ata?<\/p>\n<p>Dan kien li messu qalilna l-biera\u0127 Robert Abela: li malli sar jaf b&#8217;dak li xehed il-Ko\u0127\u0127u fil-qorti, lill-ministri &#8211; li flimkien mag\u0127hom kien idde\u010bieda li jag\u0127tih ma\u0127fra g\u0127all-qtil ta&#8217; Carmel Chircop &#8211; talabhom jiddikjaraw li l-Ko\u0127\u0127u ma kienx qed jirreferi g\u0127al xi wie\u0127ed minnhom.<\/p>\n<p>Jidher li m&#8217;g\u0127amel xejn minn dan kollu. U x&#8217;aktarx naqas li jag\u0127mel dan g\u0127aliex huwa stess ma jemminx lil wie\u0127ed mill-ministri tieg\u0127u, ji\u010b\u0127ad kemm ikollu l-\u0127ila ji\u010b\u0127ad. Tabil\u0127aqq je\u017cistu xi vanta\u0121\u0121i meta jkollok prim ministru li fl-img\u0127oddi kien l-avukat tal-Ko\u0127\u0127u u tal-kompli\u010bi tieg\u0127u.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Ffrau.kanzler2007%2Fposts%2F5321860951189749&amp;width=500&amp;show_text=true&amp;height=646&amp;appId\" width=\"500\" height=\"646\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\" allowfullscreen=\"allowfullscreen\" data-mce-fragment=\"1\"><\/iframe><\/p>\n<p>Lil Robert Abela, An\u0121lu Gaf\u00e0 kif ser iwie\u0121bu? Ser ig\u0127idlu li, minkejja dak li xehed il-Ko\u0127\u0127u, l-Pulizija m&#8217;g\u0127andhiex f&#8217;idejha provi ammissibbli. X&#8217;aktarx ser ig\u0127idlu wkoll li, biex il-bo\u010b\u010ba titressaq aktar qrib il-likk, ikun je\u0127tie\u0121 li l-Ko\u0127\u0127u jing\u0127ata l-ma\u0127fra wkoll g\u0127as-serqa fl-HSBC. I\u017cda ser ig\u0127idlu wkoll li l-Pulizija m&#8217;hix favur li ting\u0127ata din il-ma\u0127fra g\u0127aliex il-ka\u017c wasal biex ikun preskritt u li ma jidhirx li hemm provi li jistg\u0127u jikkorroboraw dak li allega l-Ko\u0127\u0127u dwar l-involviment ta&#8217; Ministru tal-gvern.<\/p>\n<p>U g\u0127al darb&#8217;o\u0127ra, f&#8217;ka\u017c politiku serju ta&#8217; infiltrazzjoni mafju\u017ca fix-xog\u0127ol tal-gvern, ser naraw salt tfettiq forensiku li m&#8217;hu ser iwassalna g\u0127al ebda konklu\u017cjoni dwar il-kwalit\u00e0 ta&#8217; fibra morali li jkunu je\u0127tie\u0121u l-politi\u010bi li jing\u0127a\u017clu biex imexxu lill-pajji\u017c.<\/p>\n<p>Kif kien stqarr Carmelo Abela f&#8217;<a href=\"https:\/\/www.illum.com.mt\/ahbarijiet\/politika\/60817\/filmat__ilministru_carmelo_abela_jiad_li_lallegazzjonijiet_ta_jason_azzopardi_kienu_qed_jirreferu_galih#.YFHABS1Q01J\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Novembru li g\u0127adda fl-isfond ta&#8217; rimarki li kien g\u0127amel Jason Azzopardi waqt intervista fuq ir-radju: dawn jibqg\u0127u biss \u201callegazzjonijiet\u201d.<\/a><\/p>\n<p>Tiftakru meta fi Frar 2016 Joseph Muscat sab ma&#8217; wi\u010b\u010bu \u201callegazzjonijiet\u201d li ministru u l-id il-leminija tieg\u0127u kienu wettqu delitti finanzjarji? Dakinhar ma kienx refa&#8217; responsabbiltajiet tieg\u0127u b\u0127ala l-img\u0127allem tag\u0127hom. Mhux biss ma sfidahomx, i\u017cda lanqas a\u017c\u017carda jke\u010b\u010bihom. Tahom il-kenn u \u017cammhom f&#8217;posthom sakemm, f&#8217;Novembru 2019, kellu jeg\u0127req mag\u0127hom. Dakinhar konna wkoll wasalna g\u0127all-konklu\u017cjoni li Joseph Muscat kien kompli\u010bi mag\u0127hom u g\u0127aldaqstant, lanqas li kieku ried, ma setg\u0127ax ike\u010b\u010bihom.<\/p>\n<p>Issa g\u0127andna lil Robert Abela li ma&#8217; wi\u010b\u010bu g\u0127andu \u201callegazzjonijiet\u201d li wie\u0127ed mill-ministri tieg\u0127u kien kompli\u010bi f&#8217;serqa minn bank. Lil dan il-ministru qed jisfidah biex jag\u0127tih spjegazzjoni? Ing\u0127ata spjegazzjoni? Jekk ma ng\u0127atax spjegazzjoni, ser ike\u010b\u010bieh?<\/p>\n<p>U \u017cgur li le.<\/p>\n<p>Kines kollox g\u0127al fuq spallejn An\u0121lu Gaf\u00e0.<\/p>\n<p>I\u017cda An\u0121lu Gaf\u00e0 ma ja\u0127tarx il-ministri hu. Ja\u0127tarhom Robert Abela.<\/p>\n<p>Sa fejn nafu a\u0127na.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Fil-qorti xhud tal-prosekuzzjoni xehed li ministru pre\u017centi tal-gvern kien ta l-g\u0127ajnuna tieg\u0127u lil grupp ta&#8217; kriminali\u00a0 f&#8217;delitt. Il-biera\u0127 jien ktibt li seta&#8217; kien qed jirreferi g\u0127as-serqa li se\u0127\u0127et fl-2010 fl-HSBC kif ukoll g\u0127all-Ministru Carmelo Abela li dak i\u017c-\u017cmien kien deputat parlamentari tal-Oppo\u017cizzjoni u manager fl-istess bank. Kif wie\u0127ed seta&#8217; jistenna, l-\u0121urnalisti ma \u017cammewx lura u [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":99291,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/99295\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=99295"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/99295\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":99306,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/99295\/revisions\/99306\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/99291\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=99295"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=99295"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=99295"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}