{"id":99382,"date":"2021-03-20T10:33:46","date_gmt":"2021-03-20T09:33:46","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=99382"},"modified":"2021-03-20T13:12:30","modified_gmt":"2021-03-20T12:12:30","slug":"dawk-li-ser-naraw-fil-qorti-llum-mhuma-xejn-hlief-ggajta-ta-kriminali","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2021\/03\/dawk-li-ser-naraw-fil-qorti-llum-mhuma-xejn-hlief-ggajta-ta-kriminali\/","title":{"rendered":"Dawk li ser naraw fil-Qorti llum m&#8217;huma xejn \u0127lief \u0121gajta ta&#8217; kriminali"},"content":{"rendered":"<p><a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/keith-schembri-set-to-be-questioned-possibly-arraigned.859222\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">B\u0127alissa fl-uffi\u010b\u010bju tal-<em>Economic Crimes Unit<\/em> tal-Pulizija hemm numru ta&#8217; persuni li qed ji\u0121u nterrogati g\u0127all-a\u0127\u0127ar darba qabel jitressqu l-qorti\u00a0 mixlija b&#8217;\u0127asil ta&#8217; flus ma\u0127mu\u0121in u delitti o\u0127rajn konnessi. <\/a><\/p>\n<p>Ma qrajtx id-dettalji tal-akku\u017ci li ser jin\u0121iebu kontrihom i\u017cda jidher li dawn huma marbutin ma&#8217; \u0127lasijiet ille\u010bti li kienu saru minn Keith Schembri lil dak li kien imexxi lill-<em>Allied Newspapers<\/em> Adrian Hillman u dan fl-isfond tal-kuntratt ta&#8217; bejg\u0127 ta&#8217; makna tal-istampar li l-kumpannija li xxandar il-\u0121urnal <em>Times of Malta<\/em> kienet rebb\u0127et lill-kumpannija li sidha huwa Keith Schembri.<\/p>\n<p>Il-Pulizija kienet bdiet l-investigazzjonijiet tag\u0127ha wara li fl-2017 tnediet inkjesta ma\u0121isterjali fuq ordni tal-Ma\u0121istrat Aaron Bugeja. Din l-ordni kienet in\u0127ar\u0121et wara li Simon Busuttil g\u0127adda lill-Ma\u0121istrat patafjun ta&#8217; dokumenti lill-Ma\u0121istrat b\u0127ala prova tad-delitti li kienu twettqu.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fjason.azzopardi.315%2Fposts%2F1579322368928998&amp;width=500&amp;show_text=true&amp;height=669&amp;appId\" width=\"500\" height=\"669\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\" allowfullscreen=\"allowfullscreen\" data-mce-fragment=\"1\"><\/iframe><\/p>\n<p>A\u0127na u nistennew biex naraw e\u017catt biex ser ji\u0121u mixlijin, ta&#8217; min wie\u0127ed ifakkar dwar \u010berti fatti.<\/p>\n<p>Dawn il-persuni ilna nitkellmu dwarhom g\u0127al \u017cmien twil. Il-ka\u017cijiet li ser insemmi jinsabu mda\u0127\u0127lin fihom il-persuni li l-Pulizija qed tinterroga llum i\u017cda m&#8217;humiex ne\u010bessarjament marbutin mal-ka\u017c spe\u010bifiku li qed ji\u0121u mixlija dwaru llum.<\/p>\n<p>Nibdew b&#8217;Matthew Pace. Dan huwa l-istess bniedem li deher f&#8217;ritratt ji\u010b\u010belebra r-reb\u0127a tal-Labour fl-2013 bix-xampanja f&#8217;idu fid-dar ta&#8217; Jeffrey Pullicino Orlando. Fir-ritratt jidher kokka bil-bandiera f&#8217;idu.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-99362\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/03\/celebrations-at-wied-is-sewda1.jpg\" alt=\"\" width=\"800\" height=\"600\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/03\/celebrations-at-wied-is-sewda1-200x150.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/03\/celebrations-at-wied-is-sewda1-300x225.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/03\/celebrations-at-wied-is-sewda1-400x300.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/03\/celebrations-at-wied-is-sewda1-600x450.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/03\/celebrations-at-wied-is-sewda1-768x576.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/03\/celebrations-at-wied-is-sewda1.jpg 800w\" sizes=\"(max-width: 800px) 100vw, 800px\" \/><\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2018\/06\/the-friends-who-hide-your-money\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">F&#8217;\u0120unju 2018 jien kont tellajt artiklu dwar il-kumpannija <em>MFSP<\/em> ta&#8217; Matthew Pace, li issa bidlet isimha u saret <em>Zenith.<\/em><\/a><\/p>\n<p>Fit-2 ta&#8217; April 2013, Matthew Pace in\u0127atar biex iservi fuq il-Bord tal-MEPA minkejja l-fatt li sa erba&#8217; snin qabel kien ja\u0127dem ta&#8217; <em>insurance salesman<\/em> mal-kumpannija <em>Global Capital.<\/em><\/p>\n<p>Il-kumpannija <em>MFSP<\/em> \u0127oloqha ma&#8217; \u017cew\u0121 so\u010bji o\u0127rajn. G\u0127alih Keith Schembri kien \u0127abib u klijent spe\u010bjali u, s&#8217;intendi, \u0127akkew dahar xulxin.<\/p>\n<p>Matthew Pace mhux biss \u0127a \u0127sieb l-investimenti ta&#8217; Keith Schembri i\u017cda l-investimenti ta&#8217; membri o\u0127rajn tal-klikka <strong>Tag\u0127na Lkoll<\/strong> b\u0127al Robert Musumeci, Malcolm Scerri u dak li kien il-kap tal-Bank of Valletta Deo Scerri.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2018\/06\/fiau-punish-the-laundry-but-leave-the-launderer-alone-keith-schembris-finances-handled-by-fined-money-laundering-enablers-mfsp\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Hu u ja\u010b\u010betta u &#8220;jsaffi&#8221; depo\u017citi ta&#8217; flus li saru minn Keith Schembri\u00a0 &#8211; u g\u0127aldaqstant kien jaf sewwa li Keith Schembri kien qed jiddepo\u017cita flejjes li ma messhomx kienu f&#8217;idejh &#8211;<\/a> Matthew Pace kien qisu pappagall jirrepeti l-kliem &#8220;fejn huma l-provi?&#8221; &#8211; kliem li kienu \u0127ar\u0121u bihom tal-Labour kull darba li dawk li kienu jmexxuh &#8211; ewlieni fosthom Keith Schembri &#8211; kienu jinqabdu bil-qalziet imni\u017c\u017cel sa g\u0127arqubhom. Issa qed jidher \u010bar li l-&#8220;provi&#8221; kienu dejjem f&#8217;idejn dawk li dejjem kienu ji\u010b\u0127du l-e\u017cistenza tag\u0127hom.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-99364\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/03\/unnamed.png\" alt=\"\" width=\"481\" height=\"649\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/03\/unnamed-200x270.png 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/03\/unnamed-222x300.png 222w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/03\/unnamed-400x540.png 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/03\/unnamed.png 481w\" sizes=\"(max-width: 481px) 100vw, 481px\" \/><\/p>\n<p>Lil Matthew Pace ma ppremjaw\u0127x biss bil-presti\u0121ju. Taw\u0127 ukoll diversi opportunitajiet. Skont dawn in-nies, f&#8217;pajji\u017cna din hi li tfisser il-meritokrazija.<\/p>\n<p>\u0126atra fuq il-bord tal-MEPA swiet mitqlu deheb lil min huwa sid ta&#8217; <em>real estate franchise<\/em> u lil min &#8211; b\u0127al Matthew Pace u s\u0127abu Laburisti &#8211; kien lest li jinjora r-regoli ba\u017ci\u010bi dwar kunflitti ta&#8217; interess.<\/p>\n<p>Flimkien ma&#8217; Michael Bonello (mhux dak li kien il-gvernatur tal-Bank \u010aentrali) u Neil Carter, Matthew Pace kien sid ta&#8217; <em>Swieqi<\/em> <em>Alliance<\/em>, franchise ta&#8217; <em>Remax Properties,<\/em> kumpannija li tinnegozja l-bejg\u0127 u l-kirjiet ta&#8217; proprjetajiet.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2018\/07\/the-planner-who-makes-money-from-property-development\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Dan Matthew Pace, b\u0127ala regolatur, kien ukoll imda\u0127\u0127al fil-\u0127ru\u0121 tal-premess g\u0127all-pro\u0121ett tad-DB fil-bajja ta&#8217; San \u0120or\u0121 u dan minkejja l-fatt li l-a\u0121enzija tieg\u0127u kienet di\u0121\u00e0 qed tbieg\u0127 l-appartamenti f&#8217;torri li kien g\u0127ad irid jinbena&#8217;.<\/a><\/p>\n<p>Lil Adrian Hillman m&#8217;a\u0127niex ser narawh fl-g\u0127assa tal-pulizija llum g\u0127aliex b\u0127alissa jinsab imsiefer. Dwar dan smajna kemm il-darba. <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2017\/10\/impunity-mafia-state\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Dan kien warrab mill-impjieg tieg\u0127u mal-<em>Allied Newspapers<\/em> b\u0127ala bniedem li kien \u0121ie skreditat i\u017cda madwar \u0127mistax wara l-nqatlet Daphne, smajna li kien in\u0127atar fuq il-bord tat-tmexxija tal-<em>American University of Malta<\/em>.<\/a> Kien ser jin\u0127atar ukoll biex imexxi l-<em>gaming authority.<\/em> Min jaf kemm kien ikun kuntent b&#8217;dan Yorgen Fenech. I\u017cda din il-\u0127atra spi\u010b\u010bat ma saritx.<\/p>\n<p>U mbag\u0127ad xi ng\u0127idu g\u0127al Malcolm Scerri &#8211; bniedem \u0127a \u0127sieb in-negozji privati ta&#8217; Keith Schembri waqt li l-istess Keith Schembri \u0127a \u0127sieb biex i\u0127ares l-interessi personali tieg\u0127u mill-aktar uffi\u010b\u010bju pubbliku li wie\u0127ed jista&#8217; jimma\u0121ina: l-uffi\u010b\u010bju ta\u010b-<em>chief of staff<\/em> tal-prim ministru.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-99360\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/03\/f80dfb4c6f40f0aa147df743b9613e6e3b74378f-1517931842-5a79cd42-620x348-1.png\" alt=\"\" width=\"620\" height=\"414\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/03\/f80dfb4c6f40f0aa147df743b9613e6e3b74378f-1517931842-5a79cd42-620x348-1-200x134.png 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/03\/f80dfb4c6f40f0aa147df743b9613e6e3b74378f-1517931842-5a79cd42-620x348-1-300x200.png 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/03\/f80dfb4c6f40f0aa147df743b9613e6e3b74378f-1517931842-5a79cd42-620x348-1-400x267.png 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/03\/f80dfb4c6f40f0aa147df743b9613e6e3b74378f-1517931842-5a79cd42-620x348-1-600x401.png 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/03\/f80dfb4c6f40f0aa147df743b9613e6e3b74378f-1517931842-5a79cd42-620x348-1.png 620w\" sizes=\"(max-width: 620px) 100vw, 620px\" \/><\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2018\/05\/castille-corruption-update-keith-schembri-given-5000-sq-mt-of-public-land-on-2017-elections-eve\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">F&#8217;Mejju 2018 jien kont tellajt artiklu li fih kont ktibt li kumpannija li sidha huwa \u010b-<em>chief of staff<\/em> tal-prim ministru Keith Schembri kienet ing\u0127atat \u017cew\u0121 bi\u010b\u010biet art kbar \u0127afna fil-Qasam Industrijali ta&#8217; Bulebel\u00a0 ftit \u0121ranet qabel kienet issej\u0127et elezzjoni \u0121enerali minn Joseph Muscat fl-2017.<\/a><\/p>\n<p>Wa\u0127da minn dawn il-bi\u010b\u010biet art kienet g\u0127addiet b&#8217;kera ta&#8217; \u20ac33,470 fis-sean g\u0127al 65 sean lil Kasco Limited. Il-kejl ta&#8217; din il-bi\u010b\u010ba art hu ta&#8217; 2,475 metru kwadru u, skont il-kutratt, il-kumpannija Kasco hi marbuta li tag\u0127mel u\u017cu mill-istess art biex \u201ctippro\u010bessa l-karta, prodotti tal-karta u linka&#8221;.<\/p>\n<p>Madankoll l-kuntratt lil Kasco Limited jippermettilha tg\u0127addi l-art f&#8217;idejn Kasco Recycling Limited biex minn fuqha din tkun tista&#8217; t\u0127addem \u201cir-ri\u010bikla\u0121\u0121 tal-plastik, fdalijiet tat-<em>Tetrapak<\/em>\u201d u materjal ie\u0127or.<\/p>\n<p>Meta fi Frar 2018 wie\u0121eb mistoqsija ta&#8217; <a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/articles\/view\/20180206\/local\/keith-schembri-plays-down-links-to-new-recycling-venture.669870\">\u00a0Jacob Borg tat-<em>Times of Malta<\/em><\/a><em>,<\/em> Keith Schembri \u201cipprova jnaqqas l-importanza tar-rabtiet li kellu ma&#8217; negozju \u0121did li kellu x&#8217;jiggwadanja mill-politika \u0121dida tal-gvern favur ir-ri\u010bikla\u0121\u0121 tal-fliekxen tal-plastik\u201d.<\/p>\n<p>Minn investigazzjoni mmexxija mit-<em>Times of Malta, <\/em>rri\u017culta li kumpannija Norve\u0121i\u017ca li \u0121\u0121ib l-isem ta&#8217;<em> Tomra<\/em> li timmanifattura makni tar-ri\u010bikla\u0121\u0121 tal-fliexken tal-plastik ripetutament kienet qed tirreferi lil min kien interessat jakkwista dan it-tag\u0127mir lil Malcolm Scerri, sie\u0127eb Keith Schembri fin-negozju tar-ri\u010bikla\u0121\u0121.<\/p>\n<p>Dalg\u0127odu rajn wkoll lil Brian Tonna u lil Karl Cini. <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2018\/08\/karl-cini-interrogated-by-the-police-and-this-is-not-2016\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Kienu dawn it-tnejn li kienu \u0127olqu l-kumpanniji sigrieti fil-Panama g\u0127al Keith Schembri u g\u0127al Konrad Mizzi. U, fir-rapport tal-inkjesta dwar Egrant, Karl Cini ssemma&#8217; b\u0127ala persuna suspettata li g\u0127amlet dokumenti foloz<\/a>. Sal-lum Brian Tonna baqa&#8217; jg\u0127id li hu u mhux Michelle Muscat huwa sid l-Egrant, i\u017cda l-kredibilit\u00e0 tieg\u0127u &#8211; jekk qatt tista&#8217; ssej\u0127ilha hekk &#8211; llum mistenni li taqla&#8217; daqqa o\u0127ra.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-99366\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/03\/file-2.aspx_-1.jpeg\" alt=\"\" width=\"709\" height=\"781\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/03\/file-2.aspx_-1-200x220.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/03\/file-2.aspx_-1-272x300.jpeg 272w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/03\/file-2.aspx_-1-400x441.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/03\/file-2.aspx_-1-600x661.jpeg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/03\/file-2.aspx_-1.jpeg 709w\" sizes=\"(max-width: 709px) 100vw, 709px\" \/><\/p>\n<p>Il-lista ta&#8217; skandli li kien imda\u0127\u0127al fihom Keith Schembri huma aktar friski fil-memorja kollettiva. Dan kien sid ta&#8217; kumpannija sigrieta fil-Panama li kellha tir\u010bievi flejjes ming\u0127and Yorgen Fenech. Kien g\u0127adda lilu nnifsu art pubblika leliet elezzjoni \u0121enerali. Kien ir\u010bieva flejjes minn g\u0127ejjun mhux mag\u0127rufa wara li kien ivvja\u0121\u0121ja lejn l-A\u017cerbaj\u0121an u kien \u0121ieg\u0127el lil Matthew Pace jg\u0127addihomlu mis-sistema. Kien ir\u010bieva f&#8217;kont sigriet fil-Pilatus Bank \u20ac100,000 ming\u0127and Brian Tonna. <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2021\/03\/when-they-paint-keith-schembri-on-the-roofs-of-churches\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Skont hu, l-Ma\u0121istrat ikkonkludiet li dawn il-flejjes ma kienux minn tix\u0127im marbut mal-bejg\u0127 tal-passaporti lil sinjuruni Russi. Mhux hekk tg\u0127id!<\/a><\/p>\n<p>Xhud tal-prosekuzzjoni stqarr li kien g\u0127adda nformazzjoni kunfidenzjali lil Yorgen Fenech qabel kienu \u0121ew arrestati l-a\u0127wa Degiorgio. Dan jag\u0127ti lil wie\u0127ed x&#8217;jifhem li kien jaf qabel kul\u0127add bid-dettalji tal-kon\u0121ura biex Daphne ti\u0121i assassinata. Huwa \u010ba\u0127ad li kien kiteb ittra lil Yorgen Fenech li fiha tah struzzjonijiet biex iwa\u0127\u0127al ir-responsabbilt\u00e0 g\u0127all-qtil ta&#8217; Daphne fuq Chris Cardona, i\u017cda sal-lum ma sirna nafu b&#8217;\u0127add li jista&#8217; je\u0127odlu postu b\u0127ala l-awtur ta&#8217; dik l-ittra.<\/p>\n<p>Keith Schembi kien \u0121ie arrestat b&#8217;rabta mal-qtil ta&#8217; Daphne ftit sieg\u0127at wara li warrab mill-kariga ta&#8217; <em>chief of staff<\/em> fl-uffi\u010b\u010bju tal-prim ministru.\u00a0 U matul din il-medda qasira ta&#8217; \u017cmien, g\u0127eb il-<em>mobile phone<\/em> tieg\u0127u.<\/p>\n<p>G\u0127aliex je\u0127tie\u0121 li dan kollu niftakruh? G\u0127aliex illum m&#8217;huwiex il-jum li fih ser issir il-\u0121ustizzja. Jekk Keith Schembri u l-kompli\u010bi tieg\u0127u ser ji\u0121u m\u0121ieg\u0127la kif suppost biex iwie\u0121bu g\u0127al g\u0127emil li ilna nafu bih, dak li qed naraw illum g\u0127andu jkun xenarju regolari g\u0127as-snin li \u0121ejjin.<\/p>\n<p>Din il-\u0121img\u0127a Keith Schembri g\u0127amel \u0127afna g\u0127a\u0121eb u stqarr li dak li ser ji\u0121i mixli dwaru huwa marbut ma&#8217; dak li se\u0127\u0127 qabel l-2013.<\/p>\n<p>I\u017cda minn dan il-fatt nistg\u0127u ni\u0121bdu konklu\u017cjoni importanti. Meta llum ser naraw lil Keith Schembri mixli flimkien mal-bqija tal-\u0121gajta tieg\u0127u &#8211; ser naraw appuntu \u0121gajta. \u0120gajta ta&#8217; kriminali li di\u0121\u00e0 kienu fin-negozju qabel il-poplu Malti g\u0127a\u017cilhom biex imexxilu l-pajji\u017c. \u0120gajta ta&#8217; kriminali li kienet qed tlesti biex ta\u0127kem lill-pajji\u017c u biex timla&#8217; l-bwiet tag\u0127ha minn flus il-poplu. \u0120gajta ta&#8217; kriminali li hi korrota sa \u0121uf ommha u li rfinat il-\u0127iliet tag\u0127ha fil-kriminalit\u00e0 finanzjarja biex, meta jasal i\u017c-\u017cmien, tkun tista&#8217; tgawdi kemm tiflah.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>B\u0127alissa fl-uffi\u010b\u010bju tal-Economic Crimes Unit tal-Pulizija hemm numru ta&#8217; persuni li qed ji\u0121u nterrogati g\u0127all-a\u0127\u0127ar darba qabel jitressqu l-qorti\u00a0 mixlija b&#8217;\u0127asil ta&#8217; flus ma\u0127mu\u0121in u delitti o\u0127rajn konnessi. Ma qrajtx id-dettalji tal-akku\u017ci li ser jin\u0121iebu kontrihom i\u017cda jidher li dawn huma marbutin ma&#8217; \u0127lasijiet ille\u010bti li kienu saru minn Keith Schembri lil dak li kien [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":99365,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/99382\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=99382"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/99382\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":99408,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/99382\/revisions\/99408\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/99365\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=99382"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=99382"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=99382"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}