{"id":9961,"date":"2018-08-20T09:33:41","date_gmt":"2018-08-20T07:33:41","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=9961"},"modified":"2018-08-21T08:47:56","modified_gmt":"2018-08-21T06:47:56","slug":"ghandna-problema-serja-ma-wiccna","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/08\/ghandna-problema-serja-ma-wiccna\/","title":{"rendered":"G\u0127andna problema serja ma&#8217; wi\u010b\u010bna"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter wp-image-9928 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/money-laundering_s.jpg\" alt=\"\" width=\"450\" height=\"314\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/money-laundering_s-300x209.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/money-laundering_s-387x270.jpg 387w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/money-laundering_s.jpg 450w\" sizes=\"(max-width: 450px) 100vw, 450px\" \/><\/p>\n<p>Fiha u ma fihiex li Ministru tal-Finanzi jassumi r-rwol ta&#8217; promotur tal-interessi ta&#8217; Malta u jpin\u0121i stampa sabi\u0127a tas-sitwazzjoni. I\u017cda fiha meta j\u0121ib ru\u0127u qisu bejjieg\u0127 ta&#8217; vetturi sekondaman hu u jipprova jg\u0127atti x-xemx bl-g\u0127arbiel.<\/p>\n<p>Meta Edward Scicluna kiteb lil tal-<em>Financial Times<\/em> u widdibhom talli kellhom l-ardir ixandru rapport dwar it-t\u0127assib tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-iskema Maltija tal-passaporti, missejna qieg\u0127 ie\u0127or.<\/p>\n<p>Scicluna tka\u017ca talli tal-<em>Financial Times<\/em> naqsu li jxandru rapport dwar dak li ben\u0121el Joseph Muscat fis-sens li l-konklu\u017cjonijiet tal-inkjesta <em>Egrant<\/em> tat assoluzzjoni kemm lilu kif ukoll lil tal-<em>Pilatus Bank<\/em>.<\/p>\n<p>Minkejja li, aktar ma jg\u0127addi \u017cmien, aktar qed jinkixef ta\u0127wid minn na\u0127a ta&#8217; Ali Sadr, il-gvern ta&#8217; Joseph Muscat baqa&#8217; jag\u0127tih il-kenn. U g\u0127adhom ifixklu xog\u0127ol l-a\u0121enziji tal-infurzar f&#8217;dak li g\u0127andu x&#8217;jaqsam mat-te\u0127id ta&#8217; azzjonijiet kontra tal-<em>Pilatus Bank<\/em>.<\/p>\n<p>M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, xog\u0127ol Aaron Bugeja qatt ma kien dak li jinvestiga dwar jekk tal-<em>Pilatus Bank<\/em> \u0127aslux flus ma\u0127mu\u0121in jew le. U Aaron Bugeja mill-ewwel g\u0127amilha \u010bara li ma kienx bi \u0127siebu jittratta kwistjonijiet li ma kienx \u0121ie imqabbad li jittratta. Madankollu, mill-ftit li nafu s&#8217;issa tal-kontenut tar-rapport, huwa kkonferma li wlied Aliyev g\u0127amlu u\u017cu mis-servizzi bankarji tal-<em>Pilatus Bank<\/em>.<\/p>\n<p><a href=\"http:\/\/www.independent.com.mt\/articles\/2018-08-19\/local-news\/Disappointing-you-didn-t-mention-Egrant-Finance-Minister-tells-FT-regarding-passports-story-6736195071\">Skond rapport dwar l-ittra ta&#8217; Edward Scicluna mxandar f&#8217;<em>The Malta<\/em> <em>Independent<\/em>,<\/a> il-Ministru naqas li jfakkar lil tal-<em>Financial Times<\/em> li kienu ng\u0127ataw il-\u0121enb u ndifnu l-konklu\u017cjonijiet ta&#8217; investigazzjonijiet tal-FIAU li kkonkludew li fil-<em>Pilatus Bank<\/em> kien hemm nuqqasijiet serji u li se\u0127\u0127ew l-illegalitajiet. U dan biex ma nsemmux l-akku\u017ci li Ali Sadr, b\u0127ala sid il-Bank, jinsab mixli bihom fl-Istati Uniti.<\/p>\n<p>I\u017cda hemm ukoll perspettiva aktar wiesa&#8217; g\u0127al dan kollu li hi tabil\u0127aqq inkwetanti.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/www.maltatoday.com.mt\/news\/national\/88910\/malta_wealth_managers_named_in_venezuelan_graft_probe#.W3pt1S2B1Bw\">Il-biera\u0127 il-gvern xandar baxx baxx l-isem tal-kumpannija Maltija<\/a> li allegatament \u0127aslet flus ma\u0127mu\u0121in g\u0127all-President tal-Vene\u017cwela Nicolas Maduro u g\u0127all-familja tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Min xandar din l-a\u0127bar &#8211; possibilment kienet idea sublimi ta&#8217; Kurt Farrugia &#8211; x&#8217;aktarx \u0127aseb li din g\u0127andha tg\u0127in biex ixxejjen il-kritika kontra l-gvern.<\/p>\n<p>X&#8217;messa\u0121\u0121 ried iwassal min xandar l-a\u0127bar?<\/p>\n<p>L-ewwelnett: li l-ka\u017c di\u0121\u00e0 nafu bih, li l-Amerikani ma qabduniex fuq sieq wa\u0127da b\u0127alma \u0121ara&#8217; fil-ka\u017c tal-<em>Pilatus Bank<\/em> u li l-<em>FIAU<\/em> tinsab ta\u0127dem fuq il-ka\u017c. Spe\u010bi ta&#8217; kollox jinsab miexi fuq ir-rubini.<\/p>\n<p>It-tieni: li din il-kumpannija m&#8217;g\u0127andha x&#8217;taqsam xejn mal-<em>Pilatus<\/em> <em>Bank,<\/em> m&#8217;g\u0127andha ebda rabta mal-gvern u allura din m&#8217;hix konnessa mal-allegazzjonijiet dwar korruzzjoni li hemm kontra Joseph Muscat u s\u0127abu.<\/p>\n<p>It-tielet: il-kumpannija n\u0127olqot fl-2011 meta l-Labour kien g\u0127adu ma telax fil-gvern u allura jekk kien hemm xi nuqqasijiet, dawn kienu ja\u0127tu g\u0127alihom in-Nazzjonalisti.<\/p>\n<p>U proprju hawn je\u0127tie\u0121 li jsiru xi osservazzjonijiet b&#8217;rabta mal-istorja Vene\u017cwelana tal-\u0127asil tal-flus.<\/p>\n<p>L-ewwel: max-xmara ta&#8217; flejjes li qed tg\u0127addi minn Malta, hemm problema serja ta&#8217; \u0127asil ta&#8217; flus. Il-ka\u017cijiet li smajna bihom huma segwiti b&#8217;prosekuzzjoni fl-Istati Uniti. L-a\u0121enziji federali tal-infurzar fl-Istati Uniti ma jinfurrzawx il-li\u0121ijiet Maltin, i\u017cda jinfurzaw dawk Amerikani. U dawn m&#8217;g\u0127andhom ebda awtorit\u00e0 f&#8217;Malta g\u0127ax il-kompetenza tag\u0127hom tkopri biss it-territorju tal-Istati Uniti. Dan ifisser li hawn qeg\u0127din nit\u0127addtu dwar \u0127asil ta&#8217; flus li jikser il-li\u0121ijiet Amerikani meta l-awtoritajiet tal-Amerika jkun irnexxielhom jaqbdu lill-allegati \u0127assiela tal-flus fit-territorju Amerikan. Fi kliem ie\u0127or, fejn g\u0127andu x&#8217;jaqsam il-\u0127asil tal-flus g\u0127adna ma nafux kemm fil-fatt hi gravi s-sitwazzjoni.<\/p>\n<p>it-tieni: din il-kwistjoni ma bdietx hekk kif Edward Scicluna \u0127a s-setg\u0127a. Inkunu qisna ta&#8217; subg\u0127ajna f&#8217;\u0127alqna jekk na\u0127sbu hekk. <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2017\/10\/listen-corruption-advisor-uk-government-says-fbi-investigating-corrupt-politicians-malta\/\">Er\u0121g\u0127u segwu l-inter<\/a><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2017\/10\/listen-corruption-advisor-uk-government-says-fbi-investigating-corrupt-politicians-malta\/\">vista li l-<em>BBC<\/em> kien g\u0127amel lil Jonathan Benton f&#8217;Ottubru 2017<\/a>. Dan il-bniedem kien konsulent tal-Prim Ministru Ingli\u017c dwar il-korruzzjoni u kien kap tal-<em>International Corruption Unit<\/em> tan-<em>National Crime Agency<\/em> tar-Renju Unit. Hemm xmara kbira ta&#8217; flejjes li tg\u0127addi minn Malta u kwa\u017ci \u0127add ma jag\u0127ti ka\u017c minkejja li fil-pajji\u017c hemm problema serja \u0127afna ta&#8217; \u0127asil ta&#8217; flus.<\/p>\n<p>It-tielet: din il-kwistjoni kompliet taggrava kemm ilu li tela&#8217; fil-gvern il-Partit Laburista. Insemmi biss il-protezzjoni li g\u0127adha sal-lum qed ting\u0127ata lil tal-<em>Pilatus Bank<\/em>, il-fatt li l-korp tal-pulizija ddg\u0127ajjef hekk kif beda&#8217; jitmexxa mill-ba\u017cu\u017cli, l-intimidazzjoni lill-<em>whistleblowers <\/em>u t-tke\u010b\u010bija tal-investigaturi tal-<em>FIAU<\/em> li a\u017c\u017cardaw iwettqu xog\u0127olhom kif suppost: bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; dawn i\u010b-\u010birkostanzi kollha, l-infurzar tal-li\u0121ijiet tag\u0127na mar il-ba\u0127ar .<\/p>\n<p>U l-infurzar mar il-ba\u0127ar biex setg\u0127u jinfet\u0127u l-bibien bera\u0127 g\u0127all-korruzzjoni. Kif stqarr Jonathan Benton f&#8217;Ottubru: \u201cMalta qed t\u0127abbat wi\u010b\u010bha ma&#8217; problema serja ta&#8217; \u0127asil ta&#8217; flus. Il-\u0127asil ta&#8217; flus jimxi id f&#8217;id mal-korruzzjoni fil-politika u ma jistax ikun hemm fidu\u010bja fil-pro\u010bess \u0121udizzjarju, fl-indipendenza tal-\u0121udikanti u fis-saltna tad-dritt. Hi \u0127a\u0121a tal-iskantament li dan kollu qed ise\u0127\u0127 fi stat membru tal-Unjoni Ewropea. L-iskema tal-passaporti tinsab \u0127a\u0121a wa\u0127da mal-istruttura tal-korruzzjoni f&#8217;Malta. Tal-<em>FBI<\/em> imisshom jintbag\u0127tu Malta biex jinvestigaw il-korruzzjoni. Il-gvern tar-Renju Unit g\u0127andu jg\u0127arbel dak kollu li jkun \u0121ej minn Malta. Je\u0127tie\u0121 li ssir xi \u0127a\u0121a bis-serjet\u00e0\u201d.<\/p>\n<p>Ir-raba&#8217;: jekk m&#8217;a\u0127niex kapa\u010bi li nikkontrollaw il-\u0127asil tal-flus permezz tas-servizzi li qeg\u0127din nipprovdu, a\u0127sbu ftit x&#8217;problemi akbar ikollna ma&#8217; wi\u010b\u010bna hekk kif Malta ssir \u201cl-ewwel pajji\u017c fid-dinja b&#8217;regolamenti dwar it-teknolo\u0121ija tal-<em>blockchain<\/em>\u201d. Qeg\u0127din no\u0127or\u0121u b&#8217;li\u0121ijiet li jidhru sbie\u0127 fuq il-karta i\u017cda m&#8217;hu qed isir xejn biex jissa\u0127\u0127u l-a\u0121enziji tal-infurzar bl-g\u0127odda li huma me\u0127tie\u0121a fil-\u0121lieda kontra l-kriminalit\u00e0.<\/p>\n<p>U jidher \u010bar li dan kollu qed ise\u0127\u0127 skond pjan ma\u0127sub.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Fiha u ma fihiex li Ministru tal-Finanzi jassumi r-rwol ta&#8217; promotur tal-interessi ta&#8217; Malta u jpin\u0121i stampa sabi\u0127a tas-sitwazzjoni. I\u017cda fiha meta j\u0121ib ru\u0127u qisu bejjieg\u0127 ta&#8217; vetturi sekondaman hu u jipprova jg\u0127atti x-xemx bl-g\u0127arbiel. Meta Edward Scicluna kiteb lil tal-Financial Times u widdibhom talli kellhom l-ardir ixandru rapport dwar it-t\u0127assib tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-iskema [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":9928,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/9961\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=9961"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/9961\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":9981,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/9961\/revisions\/9981\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/9928\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=9961"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=9961"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=9961"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}