{"id":99692,"date":"2021-03-25T19:06:27","date_gmt":"2021-03-25T18:06:27","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=99692"},"modified":"2021-03-26T10:37:21","modified_gmt":"2021-03-26T09:37:21","slug":"xma-qalilniex-keith-schembri","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2021\/03\/xma-qalilniex-keith-schembri\/","title":{"rendered":"X&#8217;ma qalilniex Keith Schembri."},"content":{"rendered":"<p>Bil-g\u0127an li j\u017comm lil tal-Labour imdendlin mieg\u0127u, <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2021\/03\/when-they-paint-keith-schembri-on-the-roofs-of-churches\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">ftit sieg\u0127at qabel \u0121ie arrestat Keith Schembri \u0127abbar li l-inkjesta ma\u0121isterjali ma kienx rri\u017cultalha li l-\u0127lasijiet li hu kien ir\u010bieva ming\u0127and Brian Tonna permezz tal-<em>Pilatus Bank<\/em> kienu \u0121ew mit-tix\u0127im mill-bejg\u0127 tal-passaporti.\u00a0<\/a><\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/live-blog-corruption-cases-begin-with-nexia-bt-bosses.860296\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">U llum il-Pulizija xehdet fil-qorti li, skont l-Ma\u0121istrat, ma n\u0121abux bi\u017c\u017cejjed provi li l-\u0127lasijiet li saru lil Keith Schembri ming\u0127and Brian Tonna permezz tal-<em>Pilatus Bank<\/em> kien tix\u0127im mill-bejg\u0127 tal-passaporti.<\/a><\/p>\n<p>Madankollu l-Pulizija g\u0127addiet lill-qorti informazzjoni o\u0127ra li rri\u017cultat lill-inkjesta ma\u0121isterjali, liema informazzjoni Keith Schembri konvenjentement \u0127alliha barra.<\/p>\n<p>1. Brian Tonna kien bg\u0127at flus \u0121ejjin minn kummissjonijiet fuq bejg\u0127 ta&#8217; passporti lil <em>Willerby Trading<\/em>, kumpannija sigrieta tieg\u0127u fil-British Virgin Islands (BVI). U kien g\u0127amel dan biex jevadi \u0127las ta&#8217; taxxa. \u0126asel il-flus biex ma jkollux g\u0127alfejn i\u0127allas taxxa. U bag\u0127bas fl-<em>accounts<\/em> biex ig\u0127atti xturu.<\/p>\n<p>2. Brian Tonna g\u0127adda s-somma ta&#8217; \u20ac100,000 lil Keith Schembri f&#8217;kont fil-<em>Pilatus Bank.<\/em> Il-medda li g\u0127addew minnha l-flus ma jispjegawx \u010bar u tond li dawn kienu mit-tix\u0127im mill-bejg\u0127 tal-passaporti. I\u017cda l-\u0127las sar mill-istess kont tal-BVI li fih Brian Tonna ddepo\u017cita flejjes \u0121ejjin mill-bejg\u0127 tal-passaporti.<\/p>\n<p>3. Brian Tonna u Keith Schembri kienu allegaw li permezz tal-\u0127las ta&#8217; \u20ac100,000, Brian Tonna kien radd lura lil Keith Schembri flejjes li kien silfu fi\u017c-\u017cmien li Tonna kien g\u0127addej minn pro\u010beduri ta&#8217; divorzju ma&#8217; martu. Il-Ma\u0121istrat inkwirenti din l-allegazzjoni ma emmnithiex g\u0127ar-ra\u0121uni li l-kuntratt dwar is-self kien inkiteb biss wara li tal-FIAU talbuh ming\u0127and il-<em>Pilatus Bank.<\/em> U g\u0127ar-ra\u0121uni wkoll li Brian Tonna kien qed ig\u0127um f&#8217;ba\u0127ar ta&#8217; flus u \u010bertament ma kienx nieqes minnhom.<\/p>\n<p>M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, kemm Brian Tonna kif ukoll Keith Schembri qed ji\u010b\u0127du l-akku\u017ci li hemm kontrihom. Tg\u0127id mhux ser jammettu?<\/p>\n<p>I\u017cda kemm il-darba Keith Schembri jben\u0121ilha li ma&#8217; wi\u010b\u010bu g\u0127andu sensiela ta&#8217; akku\u017ci dwar &#8220;\u0127wejje\u0121 li kienu \u0121raw fl-2010&#8221; \u201cta\u0127t Gonzi\u201d u b&#8217;ri\u017cultat tal-inkjesta dwar l-<em>Allied Newspapers<\/em>, ikun qed jipprova jid\u0127ak bik. Mhux veru li ma rri\u017culta xejn mill-inkjesta dwar it-tix\u0127im fil-bejg\u0127 tal-passaporti.<\/p>\n<p>Mhux hekk biss. Mill-provi rri\u017culta wkoll li b\u0127ala ditta li tbieg\u0127 il-passaporti, <em>Nexia BT<\/em> mexxiet in-negozju b&#8217;metodi kriminali: bg\u0127absu fl-<em>accounts,<\/em> g\u0127amlu \u0127lasijiet ille\u010bti u \u0121abu ru\u0127\u0127om b\u0127all-\u0127allelin.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-99683\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/03\/2fa39912baa704d360b3e02ed2f6d1e2d1c7e7dd-1601419771-5f73b9fb-630x420-1.jpg\" alt=\"\" width=\"630\" height=\"420\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/03\/2fa39912baa704d360b3e02ed2f6d1e2d1c7e7dd-1601419771-5f73b9fb-630x420-1-200x133.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/03\/2fa39912baa704d360b3e02ed2f6d1e2d1c7e7dd-1601419771-5f73b9fb-630x420-1-300x200.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/03\/2fa39912baa704d360b3e02ed2f6d1e2d1c7e7dd-1601419771-5f73b9fb-630x420-1-400x267.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/03\/2fa39912baa704d360b3e02ed2f6d1e2d1c7e7dd-1601419771-5f73b9fb-630x420-1-600x400.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/03\/2fa39912baa704d360b3e02ed2f6d1e2d1c7e7dd-1601419771-5f73b9fb-630x420-1.jpg 630w\" sizes=\"(max-width: 630px) 100vw, 630px\" \/><\/p>\n<p>Ag\u0127tu daqqa t&#8217;g\u0127ajn lejn dan ir-ritratt li ttie\u0127ed fl-2014 <a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/former-nexia-bt-partner-aloisio-appointed-to-chair-passport-sale.821131\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">li kont rajtu g\u0127all-ewwel darba mehmu\u017c ma&#8217; rapport tat-<em>Times of Malta<\/em> li xxandar f&#8217;Settembru li g\u0127adda.<\/a> Fih jidhru Brian Tonna, Karl Cini u Manuel Castagna. Fl-a\u0127\u0127ar \u0121ranet dawn ilkoll raqdu f&#8217;Kordin hekk kif il-qorti bdiet tisma&#8217; x-xhieda dwar akku\u017ci dwar attivit\u00e0 kriminali li saru kontrihom.<\/p>\n<p>Il-mara li tidher fir-ritratt hi Anita Aloisio. Sal-2017, din kienet imsie\u0127ba mag\u0127hom. B&#8217;ebda mod ma jirri\u017culta li din kellha xi involviment fl-attivit\u00e0 kriminali li dawk li kienu msie\u0127bin mag\u0127ha jinsabu mixlija bihom. Nistg\u0127u biss nassumu li, bejn is-snin 2014 u 2017, waqt li l-imse\u0127bin tag\u0127ha kienu qed jiddepo\u017citaw flejjes \u0121ejjin minn skema governattiva fil-Karibew u waqt li d-ditta kienet qieg\u0127da t\u0127allas flejjes kontanti \u017cejda lill-\u0127addiema, hi qatt ma ssuspettat b&#8217;din l-attivit\u00e0 kriminali minkejja li din kienet qed ise\u0127\u0127 ta\u0127t imne\u0127irha.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/www.gov.mt\/en\/Government\/Government%20of%20Malta\/Ministries%20and%20Entities\/Officially%20Appointed%20Bodies\/Pages\/Boards\/IndividualInvestorProgrammeIIP.aspx\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Xog\u0127ol din b\u0127alissa jikkonsisti fit-tmexxija ta&#8217; bord li jissorvelja l-a\u0121enzija tal-gvern li tbieg\u0127 il-passaporti.<\/a><\/p>\n<p>B&#8217;dan il-mod qieg\u0127din nuru lid-dinja s-serjet\u00e0 li bih qed titmexxa l-iskema tal-bejg\u0127 tal-passaporti!<\/p>\n<p>Mela kien g\u0127alhekk li llum fil-Parlament Ewropew Alex Agius Saliba wer\u017caq b&#8217;kemm kellu sa\u0127\u0127a li jinsab kburi li l-istituzzjonijiet f&#8217;Malta qieg\u0127din ja\u0127dmu.<\/p>\n<p>I\u017cda baqa&#8217; ma qalx dawn l-istituzzjonijiet b&#8217;liema g\u0127odda qed ja\u0127dmu.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Bil-g\u0127an li j\u017comm lil tal-Labour imdendlin mieg\u0127u, ftit sieg\u0127at qabel \u0121ie arrestat Keith Schembri \u0127abbar li l-inkjesta ma\u0121isterjali ma kienx rri\u017cultalha li l-\u0127lasijiet li hu kien ir\u010bieva ming\u0127and Brian Tonna permezz tal-Pilatus Bank kienu \u0121ew mit-tix\u0127im mill-bejg\u0127 tal-passaporti.\u00a0 U llum il-Pulizija xehdet fil-qorti li, skont l-Ma\u0121istrat, ma n\u0121abux bi\u017c\u017cejjed provi li l-\u0127lasijiet li saru lil [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":99684,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/99692\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=99692"}],"version-history":[{"count":4,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/99692\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":99696,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/99692\/revisions\/99696\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/99684\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=99692"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=99692"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=99692"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}