{"id":99787,"date":"2021-03-30T11:53:11","date_gmt":"2021-03-30T09:53:11","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=99787"},"modified":"2021-03-30T13:42:34","modified_gmt":"2021-03-30T11:42:34","slug":"din-il-kamra-tal-ahbarijiet-mghandhiex-biex-thabbel-rasha","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2021\/03\/din-il-kamra-tal-ahbarijiet-mghandhiex-biex-thabbel-rasha\/","title":{"rendered":"Din il-kamra tal-a\u0127barijiet m&#8217;g\u0127andhiex biex t\u0127abbel rasha"},"content":{"rendered":"<p>Din hi kamra tal-a\u0127barijiet li \u010bertament m&#8217;g\u0127andhiex g\u0127alfejn t\u0127abbel rasha dwar id-digriet li tat il-Ma\u0121istrat Rachel Montebello. Isismg\u0127u u araw dan ir-rapport ta&#8217; TVM dwar is-smieg\u0127 tal-kaw\u017ca kontra Keith Schembri. Rapport li fa\u010bilment seta&#8217; kitbu Keith Schembri nnifsu u li jikkonsisti f&#8217;lista ta&#8217; mistoqsijiet li saru waqt il-kontro-e\u017cami tal-pulizija nieqes mill-kuntest dwar il-provi li l-pulizija ressqu kontra tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Jekk int wie\u0127ed minn dawk li ssegwi t-TVM (b\u0127alma tag\u0127mel il-bi\u010b\u010ba l-kbira tal-popolazzjoni), ma tistax \u0127lief tikkonkludi li Keith Schembri m&#8217;huwa xejn \u0127lief pri\u0121unier politiku. Pin\u0121ew\u0127 b\u0127allikieku jinsab g\u0127addej persekuzzjoni li tixba\u0127 lil daik li kienu ji\u0121u mg\u0127oddija minnu l-Insara fi \u017cmien Dijoklezjanu. Kwa\u017ci kwa\u017ci tasal biex timma\u0121ina lil Keith Schembri jing\u0127ata t-torturi b\u0127al Sant&#8217;Agata f&#8217;Katanja.<\/p>\n<p>Hawn min ig\u0127id li l-\u0121ustizzja g\u0127andha tidher li qed issir u din hi r-ra\u0121uni li Keith Schembri qed ji\u0121i pro\u010bessat fil-qorti pubblikament. I\u017cda tat- TVM (b\u0127all-istazzjoni tewmi l-One) dan il-pro\u010bess irrappurtawh b\u0127allikieku jammonta g\u0127al xi n\u0121ustizzja kontra tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Jekk int wie\u0127ed minn dawk li ssegwi t-TVM, \u0127add ma jkun jista&#8217; jlumek jekk tifhem li Keith Schembri qed jin\u017camm arrestat g\u0127aliex il-Pulizija hi tal-fehma li ffranka aktar minn \u20ac2 miljun lill Progress Press u li hu qatt ma \u0127a \u010bente\u017cmu minn dak li mhux dovut lilu.<\/p>\n<p>U f&#8217;dan il-ka\u017c, ikollok ra\u0121un jekk tirrabja g\u0127as-sistema \u0121udizzjarja u tibda&#8217; ta\u0127seb li din qed ta\u0127dem kontra &#8220;tfal Laburisti minn Bormla&#8221;. Rapport b\u0127al dan jasal biex iqanqal \u0121o fik il-mibg\u0127eda kontra &#8220;dawk ta\u2019 Defni u dawk tas-sifilsosajiti&#8221;. U mo\u0127\u0127ok jibda&#8217; jimma\u0121ina lil Simon Busuttil, liebes ta&#8217; inkwi\u017citur, ja\u0127raq \u0127ajjin lit-tfal tal-Lejber.<\/p>\n<p>Dan hu li jo\u0127loq il-firda fil-pajji\u017c. M&#8217;g\u0127andniex il-\u0127ila li g\u0127allinqas niftehmu dwar il-fatti &#8211; \u0127alli mbag\u0127ad nesprimu fehmiet differenti dwar dawn il-fatti. Tat-TVM huma fid-dmir li lill-poplu jwasslulu l-fatti u jekk ma naqblux fuq il-fatti ma jistax ikollna dibattitu \u010bivilizzat.<\/p>\n<p>Il-biera\u0127 tat-TVM xandru rapport ie\u0127or. Ma setg\u0127ux ma jsemmux ir-0ri\u017cultat tal-investigazzjoni li g\u0127amlu tat-<em>Times of Malta<\/em> u tar-<em>Reuter<\/em>s dwar is-sid ta&#8217; <em>Macbridge<\/em>. <a href=\"https:\/\/www.tvm.com.mt\/mt\/news\/jirrapportaw-li-negozjatur-ciniz-huwa-wara-l-kumpanija-macbridge\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">It-titlu tar-rapport jibda&#8217; bil-kliem \u201cJirrapportaw li &#8230;\u201d<\/a>, apposta biex jitnaqqas is-sinjifikat ta&#8217; dak li tkun ser tisma&#8217;. Ma qieg\u0127dux il-kliem b&#8217;dan il-mod min\u0127abba xi g\u0127ira li jista&#8217; g\u0127andhom g\u0127at-Times of Malta talli dawn \u0127ar\u0121u bl-istorja qabilhom g\u0127aliex dan ikun ifisser li di\u0121\u00e0 kienu qed jinvestigaw il-kwistjoni.<\/p>\n<p>Il-kamra tal-a\u0127barijiet &#8211; kamra li g\u0127andha ri\u017corsi finanzjarji u ri\u017corsi umani mill-aqwa &#8211; qatt ma kienet interessata li tinvestiga din l-istorja. Jew sa\u0127ansitra kwalukwe storja o\u0127ra li tista&#8217; tkompli tikxef lill-Gvern Laburista ta&#8217; dak li fil-fatt hu &#8211; ji\u0121ifieri gvern mafju\u017c.\u00a0 mafia organisation that it is.<\/p>\n<p>L-avukati ta&#8217; Yorgen Fenech qatt m&#8217;huma ser ikollhom g\u0127alfejn jitolbu lill-Ma\u0121istrat Rachel Montebello sabiex din tordna lill-Pulizija biex jinterrogaw lill-\u0121urnalisti ta&#8217; TVM. U f&#8217;ka\u017c li jkun hemm xi dubju, dan m&#8217;huwiex sewwa.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Din hi kamra tal-a\u0127barijiet li \u010bertament m&#8217;g\u0127andhiex g\u0127alfejn t\u0127abbel rasha dwar id-digriet li tat il-Ma\u0121istrat Rachel Montebello. Isismg\u0127u u araw dan ir-rapport ta&#8217; TVM dwar is-smieg\u0127 tal-kaw\u017ca kontra Keith Schembri. Rapport li fa\u010bilment seta&#8217; kitbu Keith Schembri nnifsu u li jikkonsisti f&#8217;lista ta&#8217; mistoqsijiet li saru waqt il-kontro-e\u017cami tal-pulizija nieqes mill-kuntest dwar il-provi li l-pulizija [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":99784,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/99787\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=99787"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/99787\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":99798,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/99787\/revisions\/99798\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/99784\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=99787"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=99787"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=99787"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}