{"id":9989,"date":"2018-08-22T09:37:30","date_gmt":"2018-08-22T07:37:30","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=9989"},"modified":"2018-08-22T16:28:48","modified_gmt":"2018-08-22T14:28:48","slug":"l-egrant-l-ohra-ta-raphael","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/08\/l-egrant-l-ohra-ta-raphael\/","title":{"rendered":"L-Egrant l-o\u0127ra ta&#8217; Raphael"},"content":{"rendered":"<p>Dalg\u0127odu fil-<em>Malta Today<\/em> Raphael Vassallo tg\u0127idx kemm semmieni (aktar &#8216;l isfel issibu l-artiklu). G\u0127allinqas kellu d-di\u010benza li jitfa&#8217; r-rabja tieg\u0127u fuqi u mhux fuq il-mira preferita tal-img\u0127allmin tieg\u0127u: Daphne Caruana Galizia u l-familja tag\u0127ha. Di\u010benza li Martin Scicluna, <a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/articles\/view\/20180822\/opinion\/aftermath-of-an-inquiry-martin-scicluna.687325\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">fl-artiklu li kiteb dalg\u0127odu fit-Times of Malta,\u00a0<\/a>ma kellux.<\/p>\n<p>I\u017cda ta&#8217; min josserva li, meta jag\u0127tu struzzjonijiet lill-portavu\u010bijiet tag\u0127hom dwar liema su\u0121\u0121ett g\u0127andu ji\u0121i trattat u liema linja g\u0127andha tittie\u0127ed fil-kitba tag\u0127hom, ta&#8217; Kastilja g\u0127andhom jaraw li din il-kitba ma tixxandarx fl-istess \u0121urnata. G\u0127ax kollox jidher ma\u0127dum bizzilla.<\/p>\n<p>Biex inkun \u0121ust, irrid ng\u0127id li Raphael Vassallo bena&#8217; argument fis-sens li jien qed nipprova nkabbar l-iskandlu tal-\u0127asil tal-flus tal-Vene\u017cwela bl-istess mod li twasslet l-istorja dwar Egrant.<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p>Tinsab \u017cbaljat, Raphael Vassallo.<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p>L-istituzzjonijiet qed jonqsu li j\u0127arsu lil dan il-pajji\u017c mill-\u0127asil tal-flus ma\u0127mu\u0121in g\u0127ax huma dg\u0127ajjfin. M&#8217;g\u0127andu x&#8217;jaqsam xejn il-fatt li l-pajji\u017c ilu jsostni l-industrija tas-servizzi finanzjarji g\u0127al snin twal sa minn \u017cmien il-gvernijiet Nazzjonalisti. Issa qed naraw il-konsegwenzi kollha ma&#8217; wi\u010b\u010bna u ma nistg\u0127ux nibqg\u0127u ninjorawhom.<\/p>\n<p>Raphael Vassallo fer\u0127an se jtir li l-<em>Pilatus Bank<\/em>, fejn Keith Schembri kellu kontijiet bankarji, m&#8217;g\u0127andu xejn x&#8217;jaqsam mal-iskandlu tal-Vene\u017cwela. <a href=\"https:\/\/lovinmalta.com\/news\/local\/sliema-bank-identified-as-maltese-piece-of-venezuelan-presidents-money-laundering-puzzle\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Jidher, madankollu, li te\u017cisti rabta ma&#8217; <em>Sparkasse Bank<\/em><\/a>.\u00a0 Raphael Vassallo interessat li jsir jaf li Keith Schembri kellu x&#8217;jaqsam sew ma&#8217; dan il-bank ukoll?<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-9986\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/business-news_24_temp-1452761113-56976019-620x348.jpg\" alt=\"\" width=\"620\" height=\"348\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/business-news_24_temp-1452761113-56976019-620x348-300x168.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/business-news_24_temp-1452761113-56976019-620x348-481x270.jpg 481w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/business-news_24_temp-1452761113-56976019-620x348.jpg 620w\" sizes=\"(max-width: 620px) 100vw, 620px\" \/><\/p>\n<p>U dawn ir-rabtiet ma se\u0127\u0127ewx kumbinazzjoni. Je\u0127tie\u0121 li xi \u0127add jispjega g\u0127aliex f&#8217;pajji\u017cna il-pulizija kwa\u017ci qatt ma tmexxi b&#8217;azzjonijiet fil-qorti kontra min ja\u0127sel il-flus ma\u0127mu\u0121in u l-investigazzjonijiet isiru u l-azzjonjiet fil-qorti jinbdew biss meta ninqabdu fuq sieq wa\u0127da mill-awtoritajiet federali Amerikani.<\/p>\n<p>Je\u0127tie\u0121 nammettu li sirna nafu bl-ismijiet tal-kumpannija u tal-bank involuti fl-iskandlu tal-Vene\u017cwela bis-sa\u0127\u0127a tal-fatt li l-Amerikani g\u0127o\u0121obhom isemmu lil Malta fl-akku\u017ci li g\u0127amlu fil-qorti. U je\u0127tie\u0121 nammettu wkoll li l-ismijiet spi\u010b\u010baw ixxandru g\u0127aliex bdew jifformaw is-suspetti li l-klikka ta&#8217; Joseph Muscat seta&#8217; kellha f&#8217;idejha \u0127afna aktar informazzjoni dwar l-iskandlu milli hu ma\u0127sub li kellha.<\/p>\n<p>U allura bil\u0121ri marru bl-informazzjoni g\u0127and tal-<em>Malta Today<\/em> biex ming\u0127alihom joqtlu l-istorja qabel tkompli tikber. Dan fil-fatt jikkonferma li l-klikka ta&#8217; Joseph Muscat kellha aktar informazzjoni li n\u017cammet mistura f&#8217;kommitha.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/\/articles\/view\/20180822\/local\/police-lift-data-from-sliema-companys-computers-as-part-of-venezuela.687312?utm_source=tom&amp;utm_campaign=top5&amp;utm_medium=widget\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">It-<em>Times of Malta<\/em> tal-lum tg\u0127idilna<\/a> li l-awtoritajiet Maltin kienu ilhom madwar sentejn jafu li kien qed iberraq f&#8217;<em>Portmann Capital<\/em>. U madankollu, nhar it-Tlieta li g\u0127adda, bil-kalma kollha l-awtoritajiet marru fl-uffi\u010b\u010bju ta&#8217; din il-kumpannija u \u0121abru l-kompjuters tag\u0127ha. Dan \u0121ara&#8217; jumejn s\u0127a\u0127 wara li xxandar l-isem ta&#8217; <em>Portmann Capital<\/em> u wara li ng\u0127ataw twissija li ser tittie\u0127ed azzjoni \u0121aladarba l-Amerikani kienu kixfu kollox.<\/p>\n<p>Dan ifakkarkom f&#8217;xi \u0127a\u0121a? Iva, jfakkarna f&#8217;dik l-g\u0127odwa f&#8217;April wara li fil-lejl ta&#8217; qabel kienu se\u0127\u0127ew dawk ix-xeni drammati\u010bi quddiem il-<em>Pilatus Bank<\/em>.<\/p>\n<p>Fil-li\u0121ijiet tag\u0127na, min itarraf kelma lil min ikun suspettat b&#8217;\u0127asil ta&#8217; flus ikun qed jikkommetti reat kriminali: dan g\u0127aliex il-\u0127assiela tal-flus jistg\u0127u malajr jg\u0127attu xturhom u ja\u0127bu l-provi. U l-gvern tag\u0127na re\u0121a&#8217; koppi u re\u0121a&#8217; kkommetta dan ir-reat meta xandar l-ismijiet tal-kumpannija u tal-bank suspettati biex b&#8217;hekk fet\u0127ilhom g\u0127ajnejhom u tahom avvi\u017c ta&#8217; 48 sieg\u0127a qabel ippermetta l-a\u0121enziji tal-infurzar biex &#8211; taparsi u g\u0127al g\u0127ajn in-nies &#8211; jidhru li qed jinfurzaw.<\/p>\n<p>Allura, iva, f&#8217;dan il-kuntest l-iskandu tal-Vene\u017cwela huwa <em>Egrant<\/em> ie\u0127or.<\/p>\n<p>G\u0127alkemm Raphael Vassallo jg\u0127id li ser jistenna biex ikollu f&#8217;idejh xi \u0127a\u0121a iswed fl-abjad li ti\u010b\u010bertifika li se\u0127\u0127et xi \u0127a\u0121a illegali, na\u0127seb li fadallu x&#8217;jistenna u dan in vista tal-fatt li l-a\u0121enziji tal-infurzar jinsabu ta\u0127t il-kontroll tal-kriminali nnifishom.<\/p>\n<p>Il-poplu g\u0127andu jkun mg\u0127arraf li l-gvern kien ilu jaf snin s\u0127a\u0127 b&#8217;dan l-iskandlu enormi ta&#8217; \u0127asil ta&#8217; flus li fih hemm involut wie\u0127ed mill-banek favoriti ta\u010b-<em>chief of staff<\/em> tal-prim ministru &#8211; bank li kellha x&#8217;jaqsam mieg\u0127u g\u0127al snin twal il-kumpannija sigrieta tieg\u0127u <em>Colsons<\/em> &#8211; u li \u010b\u010baqlaq biss meta qomsu l-Amerikani permezz tal-a\u0121enziji tal-infurzar tag\u0127hom.<\/p>\n<p>Il-poplu g\u0127andu jkun mg\u0127arraf u g\u0127andu dritt jag\u0127mel il-mistoqsijiet kollha li hemm b\u017conn. Je\u0127tie\u0121 li ssir l-g\u0127assa ma&#8217; min suppost qed ig\u0127asses.<\/p>\n<p>Raphael Vassallo ifakkarna li jien kont \u201cvi\u010bin Austin Gatt sal-2013\u201d. Kont g\u0127al Austin Gatt dak li\u00a0 &#8211; g\u0127allinqas fuq il-karta &#8211; jidher li huwa Keith Schembri g\u0127al Joseph Muscat. Qatt ma n\u0127bejt wara subg\u0127ajja dwar il-fehmiet tieg\u0127i. Kif tarani pin\u0121ini.<\/p>\n<p>I\u017cda Raphael Vassallo u l-\u0121urnal li jikteb fuqu, g\u0127alkemm dan ma jammetti\u0127x, ji\u010b\u010baqalqu biss meta Keith Schembri ji\u0121bed l-ispaga. Iridha ta&#8217; \u0121urnalist i\u017cda jitme\u017cme\u017c u joqg\u0127od lura milli jag\u0127mel il-mistoqsijiet lis-setg\u0127ana u jistenna li f&#8217;\u0127o\u0121ru jaqa&#8217; \u010bertifikat iswed fl-abjad li ji\u010b\u010bertifika li se\u0127\u0127et illegalit\u00e0. Il-fehmiet tieg\u0127i jien qatt ma \u0127bejthom. I\u017cda lill-qarrejja tieg\u0127u Raphael Vassallo, minflok jag\u0127tihom is-servizz mistenni billi jikxef lis-setg\u0127ana u lill-korrotti, jheda jg\u0127addihom bi\u017c-\u017cmien.<\/p>\n<p>Kemm fil-ka\u017c tal-<em>Egrant<\/em> kif ukoll fil-ka\u017c tal-Vene\u017cwela, xog\u0127olu hu li jag\u0127mel mistoqsijiet pertinenti u ibsin. G\u0127alkemm huma ka\u017cijiet differenti, it-tnejn g\u0127andhom rabta mal-infurzar dg\u0127ajjef, mal-kriminalit\u00e0 internazzjonali u mal-korruzzjoni. U din l-istorja g\u0127andu jkun hemm xi \u0127add li jirrakkuntaha.<\/p>\n<p>Raphael Vassallo ja\u0127seb li xog\u0127lu jikkonsisti filli jappella lill-\u0121urnalisti biex lis-setg\u0127ana ma jkomplux jistaqsuhom, ma jkomplux isegwuhom u ma jkomplux jinvestigawhom sakemm xi \u0127add &#8211; tg\u0127id min? &#8211; jo\u0127ro\u0121 \u010bertifikat iswed fl-abjad li s-setg\u0127ana huma wkoll korrotti.<\/p>\n<p>Fl-artiklu tieg\u0127u tal-lum Martin Scicluna kiteb li l-konklu\u017cjoni tal-<em>Egrant<\/em> (g\u0127alih il-ka\u017c huwa konklu\u017c) kissret il-pretensjonijiet arroganti ta&#8217; xi attivisti psewdo-politi\u010bi. M&#8217;g\u0127andix dubju li hawn qed jirreferi g\u0127alija u dawk li jaqraw u jaqblu ma&#8217; dak li nikteb.<\/p>\n<p>Iva, Martin Scicluna, nippretendu bi dritt li f&#8217;dan il-pajji\u017c g\u0127andu jkollna gvern nadif, separazzjoni netta bejn min jag\u0127mel il-li\u0121ijiet u min jinfurzahom, azzjoni kontra l-illegalitajiet li je\u017cistu fil-oqsma ekonomi\u010bi u \u0127arsien tas-saltna tad-dritt.<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p>Tista&#8217; tg\u0127ajjarna bl-arroganza kemm trid u kemm jog\u0127\u0121bok imma na\u010b\u010bertak li m&#8217;a\u0127niex se nieqfu sakemm dak li qed nippretendu bi dritt ise\u0127\u0127.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-9984\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/mw-22-august-2018-page-010.jpg\" alt=\"\" width=\"1701\" height=\"2409\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/mw-22-august-2018-page-010-191x270.jpg 191w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/mw-22-august-2018-page-010-212x300.jpg 212w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/mw-22-august-2018-page-010.jpg 723w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/mw-22-august-2018-page-010-768x1088.jpg 768w\" sizes=\"(max-width: 1701px) 100vw, 1701px\" \/><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Dalg\u0127odu fil-Malta Today Raphael Vassallo tg\u0127idx kemm semmieni (aktar &#8216;l isfel issibu l-artiklu). G\u0127allinqas kellu d-di\u010benza li jitfa&#8217; r-rabja tieg\u0127u fuqi u mhux fuq il-mira preferita tal-img\u0127allmin tieg\u0127u: Daphne Caruana Galizia u l-familja tag\u0127ha. Di\u010benza li Martin Scicluna, fl-artiklu li kiteb dalg\u0127odu fit-Times of Malta,\u00a0ma kellux. I\u017cda ta&#8217; min josserva li, meta jag\u0127tu struzzjonijiet lill-portavu\u010bijiet [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":9986,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/9989\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=9989"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/9989\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":10014,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/9989\/revisions\/10014\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/9986\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=9989"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=9989"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=9989"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}