Qed jippruvaw jaqdu lil Alla u lix-xitan
Meta ġie mistoqsi mit-Times of Malta biex jikkummenta dwar is-sentenza tal-Qorti tal-Appell li ordnatlu jħallas parti mill-ispejjeż tal-kawża li kien għamel Adrian Delia, Joseph Muscat stqarr li l-privatizzazzjoni tal-isptarijiet kienet falliet minħabba atti malizzjużi ta' "interessi moħbija". Muscat ma qalx dawn l-interessi ta' min kienu. Għalih kien biżżejjed li jgħid li dawn l-interessi jeżistu biex [...]