Partit li, sa barra, m’huwiex setta?

By
2024-03-13T19:28:38+01:00Wed, 13th Mar '24, 13:12|

L-istorja li fi ħdan il-Partit Laburista hemm id-diżgwid dwar ir-ritorn fix-xena politika ta' Joseph Muscat hi aħbar tajba għall-Partit Laburista stess. B'dan mhux qed nirreferi għas-sodisfazzjon li ħassew xi politiċi Nazzjonalisti hekk kif feġġet din l-aħbar. In-Nazzjonalisti jistgħu forsi jikkunslaw li ċertament m'għandhomx monopolju fejn għandu x'jaqsam id-diżgwid intern. B'dan irrid infisser li jekk huwa [...]

Ħawwadi prim

By
2024-03-12T20:37:19+01:00Tue, 12th Mar '24, 08:09|

Huma u jwieġbu għall-istqarrijiet tat-Times of Malta, l-Prim Ministru u martu kellhom il-ħila li jkunu kategoriċi u vagi fl-istess ħin. Dan il-ġurnal talab lill-koppja Abela tikkummenta dwar analiżi interna li kienet saret mill-bankiera tagħha fiż-żmien meta Robert Abela leħaq Prim Ministru. Dan ir-rapport intern ħareġ bil-mistoqsija li bosta huma dawk li jistaqsuha ta' sikwit: dan [...]

Ħbieb minsijin

By
2024-01-31T12:13:04+01:00Wed, 31st Jan '24, 09:46|

Fis-sena 2019, l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa kienet għaddiet riżoluzzjoni li permezz tagħha Malta ġiet mitluba sabiex tinvestiga bis-serjetà l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, sabiex tieħu passi biex tikkontrolla l-korruzzjoni, sabiex tieħu passi biex issaħħaħ lill-istituzzjonijiet dgħajjfa u tindirizza l-governanza ħażina kif ukoll sabiex ixxejjen l-attakki fuq libertajiet bażiċi tal-ġurnalisti. Kienu biss ftit waħdiet dawk il-membri [...]

Waslet ir-Rivoluzzjoni Kulturali Ċiniża, l-aħwa!

By
2024-01-29T13:35:05+01:00Mon, 29th Jan '24, 11:36|

Franco Debono tgħidx kemm tmasħan hu u jiddikjara li jien għandi neħel sa 18 il-xahar ħabs talli kelli l-ardir li nipparaguna r-ritorn tiegħu fl-arena politika ma' kundizzjoni medika  kerha. Robert Musumeci, bniedem li għandu qalbu perżuta għall-Partit Nazzjonalista, issa qed igħid li l-PN għandu jerġa' jibgħat għal Franco Debono minħabba l-"leħen moderat" u l-"moħħ ċar" [...]

Lest jispara lejn min idendel il-manetti quddiem wiċċu

By
2024-01-27T15:20:51+01:00Sat, 27th Jan '24, 05:38|

Lejn tmiem l-2019 u għal perijodu qasir, Joseph Muscat kien telaq ir-riedni tal-gvern tal-pajjiż f'idejn ħaddieħor. L-arrest ta' Yorgen Fenech kien heżżeż is-sisien tat-tmexxija tal-Partit Laburista. Keith Schembri kien ġie arrestat u għamel ftit ġranet il-ħabs. Chris Cardona kien “issospenda lilu nnifsu” għal ftit ijiem. Minn ministru, Konrad Mizzi sar konsulent tal-gvern b'paga aħjar għalkemm [...]

Kien fl-interess pubbliku x-xandir taċ-chats li lil Rosianne Cutajar ħarġuha ta’ giddieba

By
2024-01-22T16:30:35+01:00Mon, 22nd Jan '24, 10:49|

Il-Kummissarju tad-Data Protection ħareġ ordni lil Mark Camilleri sabiex dan iħassar il-pubblikazzjoni ta' kopji ta' chats li kienu seħħew bejn Rosianne Cutajar u Yorgen Fenech. Il-Kummissarju qal li x-xandir ta' dawn iċ-chats kiser id-dritt ta' Yorgen Fenech għall-privatezza u ma qabilx mal-argument li ġab Camilleri fis-sens li l-pubblikazzjoni taċ-chats hi waħda ta' interess pubbliku. Wieħed [...]

Is-sewwa jpinġuh bħala dak li hu ħażin. U l-ħażin ipinġuħ bħala dak li hu sewwa

By
2024-01-17T19:35:57+01:00Wed, 17th Jan '24, 07:55|

Il-bieraħ filgħaxija, numru żgħir ta' deputati parlamentari ltaqgħu mal-Ministru tal-Ġustizzja Jonathan Attard li qed jippilota l-liġi li ser iġġib kważi fix-xejn il-proċedura tal-iffriżar temporanju tal-ġid għal dawk li jkunu mixlija b'ħasil ta' flejjes maħmuġin. Dawn kienu qed jiddiskutu l-liġi fl-istadju tal-kumitat. Jiġifieri dik il-fażi fil-proċess li fiha jiġu mgħarbla l-artikli kollha tal-abbozz u wara l-emendi [...]

Il-bieb infetaħ beraħ

By
2024-01-15T20:40:30+01:00Mon, 15th Jan '24, 11:29|

Huwa tassew ta' sodisfazzjon kbir għalina li t-tliet Imħallfin l-aktar anzjani tal-pajjiż spiċċaw biex qablu magħna u qiesu bħala bla bażi l-argumenti li kienu nġiebu mill-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg u mill-avukat tagħha - l-Avukat tal-Istat Chris Soler - fis-sens li l-ilment li għamlet Repubblika dwar id-deċiżjonijiet li kienet ħadet Buttigieg li l-każ tal-Pilatus Bank kellu [...]

Il-mafja taħfer lilha nnifisha u tistenna’ li nċapċpulha

By
2024-01-11T12:52:06+01:00Thu, 11th Jan '24, 09:29|

Robert Abela jinsab maqbud mill-bajd minn Joseph Muscat. Fiż-żmien meta Muscat kien prim ministru, l-gvern tmexxa' minn ġgajta ta' kriminali. Issa ġejna agħar milli konna għaliex il-gvern sar ostaġġ ta' din il-ġgajta. Bil-għan li jinqeda' Joseph Muscat, is-sena li għaddiet temmejniha bit-tneħħija tal-iffriżar temporanju tal-ġid għal dawk li jaħslu flejjes maħmuġin. U issa li bdejna [...]

Kif tista’ ma ċċempilx lil Jonathan Attard u tgħidlu jagħtih midalja lil George Tabone?

By
2023-12-20T19:43:59+01:00Wed, 20th Dec '23, 11:38|

Il-gvern qed jinqeda' b'George Tabone “tal-Gram” biex imexxi 'l quddiem l-argument politiku favur it-tneħħija tal-iffriżar temporanju tal-ġid f'każijiet ta' ħasil ta' flejjes maħmuġin. Isimgħuh jitkellem b'ton ta' qsim il-qalb f'intervista mat-Times of Malta li matulha ddeskrieva t-tbatija li għadda minnha wara li ġidu kien ġie ffriżat temporanjament sakemm kien ġie liberat mill-qorti tal-akkużi kriminali li [...]

L-għan ewlieni hu dak li tinkixef l-identità tal-għejjun

By
2023-12-14T13:26:41+01:00Thu, 14th Dec '23, 07:43|

Hi ħaġa tal-mistħija li qed tiġi kontemplata liġi li tagħti s-setgħa lill-gvernijiet sabiex bil-moħbi jissemmgħu fuq il-konversazzjonijiet telefoniċi li jkollhom il-ġurnalisti u qrabathom. Jekk xejn, liġi bħal din tammonta għal indħil serju fil-ħajja privata u tagħti krettu lill-idea falza li kull min jagħżel il-professjoni tal-ġurnaliżmu ikun qed jagħmel xi ħaġa ħażina. Bħallikieku l-professjoni ġurnalistika tiġġustifika [...]

Emendi mfassla apposta biex iservu ta’ tarka għal Joseph Muscat

By
2023-12-11T11:40:18+01:00Mon, 11th Dec '23, 10:55|

Il-kelliem tal-Oppożizzjoni dwar il-Ġustizzja Karol Aquilina għadu kemm xandar stqarrija tal-PN li tesprimi n-nuqqas ta' qbil tal-Partit mal-emendi li l-gvern irid igħaddi fil-liġijiet li jagħtu s-setgħa lill-istat biex jiffriża l-ġid ta' dawk il-persuni li jkunu mixlijin b'ħasil ta' flejjes maħmuġin. L-istqarrija tal-PN tgħid li l-gvern irid bilġri jgħaddi l-emendi mill-Parlament “għal raġunijiet li huma ovvji [...]

Go to Top