L-ewwel jisirquk u mbagħad jigdbulek
L-iskandlu dwar il-ħlasijiet tal-benefiċċji tad-diżabilità ma kienx l-akbar każ ta' serq ta' flus il-poplu. Ħdejn l-400 miljun tal-isptarijiet li spiċċaw għebu f'bir tas-skieken, 8 miljun f'pensjonijiet misruqa m'huma xejn. Jekk wieħed jipprova jipparagunaha ma' dak li kien inkixef bis-saħħa tal-Panama Papers, din il-konġura m'hix xi waħda li ġġib l-għajnejn wara l-widnejn: f'dan il-każ ma kienx [...]