Biex ma ninsew qatt
Ilbieraħ spjegajt kif il-mod kif tneħħiet id-deċiżjoni tal-qorti kontra Yanica Barbara mir-rekords pubbliċi għandu jkun investigat. Mill-ewwel qam Owen Bonnici u qal li m'hemm l-ebda ħtieġa ta' investigazzjoni. ‘Jien ħadt id-deċiżjoni’, sostna. Hu 'spjega' lit-Times of Malta li f'dan il-każ kien qed jitħaddem il-prinċipju legali 'tad-dritt li wieħed jintesa' - prinċipju li hu ta struzzjonijiet [...]