Id-Dipartiment tal-Edukazzjoni bħalissa jinsab mehdi jipprova jikkalma l-biżgħat tan-nies dwar il-possibilità li tinfirex l-imxijja Covid-19 fl-iskejjel. U qed jagħmel dan billi jagħmel tabirruħu li din l-imxijja ma teżistix. Bosta huma dawk it-tfal li għadhom ma bdewx jattendu l-iskejjel u xxandru rapporti mhux konfermati fil-media soċjali li ċerti ħaddiema f’xi istituzzjonijiet edukattivi ġew ittestjati bħala pożittivi għall-imxijja.
Ix-xniegħat lili ma jimpressjonawnix. U mhux bi ħsiebni noqgħod nirrepetihom. Iżda l-verità hi li s-skiet tal-gvern qed iqajjem is-suspetti u qed joħloq ċertu biża’ fost il-ġenituri.
Ġew f’idejja rapporti ta’ riżultati pożittivi ta’ testijiet li ttieħdu fid-dipartiment tal-inġinerija tal-MCAST, fl-iskola primarja tal-gvern f’Ħal Tarxien, fl-iskola medja tan-Naxxar, fi skejjel sekondarji fil-Mosta, Ħal Qormi, Ħad Dingli u l-Ħamrun kif ukoll fl-iskola tal-Musulmani f’Raħal Ġdid u fi skola indipendenti f’Pembroke.
Dawn it-testijiet pożittivi jfissru li l-protokolli ta’ sigurtà li nħolqu ma kienux biżżejjed biex jidentifikaw dawn il-każijiet. Ifissru wkoll li jista’ jkollox il-contact tracing, il-fumigazzjoni u lock-downs iżolati fejn ikun meħtieġ biex jiġi żgurat li ma jiġux infettati ħafna nies. Iżda jidher li m’hemm ebda mod kif dan jista’ jitwaqqaf sakemm l-imxijja tkun kontrollata. U jidher li l-imxijja għad fadlilha sakemm tkun kontrollata għal kollox.
Il-gvern jeħtieġ li li ma jibqax iżomm is-skiet u jitkellem. Il-ġenituri huma ħerqanin li jkunu jafu x’informazzjoni jaf biha l-gvern u meta sar jafha. Dan igħodd għan-nanniet ukoll. Għaliex bosta huma dawk l-ulied li jgħixu taħt l-istess saqaf man-nanniet jew inkella jgħaddu xi żmien magħhom wara l-iskola. Dan biss diġà huwa ta’ tħassib.
Dan it-tħassib jista’ jinqered biss jekk in-nies tkun taf kemm irnexxew il-protokolli ta’ kontra l-imxijja fl-iskejjel. Ġudizzju inkunu nistgħu ngħadduh biss ġaladarba ningħataw l-informazzjoni regolarment u b’mod uffiċjali.
Il-gvern ma jridx jarana ninkwitaw. Iżda mhux ser isabbarna meta jaħbielna l-fatti. Bil-maqlub aktar iġiegħel lil min jinkwieta.
Owen, meta tilbes il-maskra ara li dejjem tgħatti lil imnieħrek jekk jogħġbok.