Silvio Parnis sab kappell jiġieħ. Wara li l-anzjani rċievew biċċa Roly Poly mimlija zokkor mingħandu biex jissabbru biha wara li dawn issakkru b’mod permanenti fil-kmamar tagħhom waqt li aħna nagħtu l-imxijja lil xulxin bi tbissima fuq fommna, sieħbu l-Għawdxi Clint Camilleri wera’ li ma kienx bi ħsiebu jħalli lil Parnis jisraqlu x-xena u dlonk żied id-doża.

F’dan ir-ritratt jidhru biskuttini tat-tamal u tal-lewż u jista’ jkun hemm ukoll xi maqrut moħbi iżda m’jinix ċert dwar dan. Madankollu jidher ċar li l-karta bil-kelma “Awguri” tixbaħ ħafna kartolina tal-kondoljanzi li s-soltu tmur ma’ bukkett fjuri tal-funerali li jiswa’ €6.50.

Għażiż qarrej, f’Malta din il-kummiedja titqies bħala forma ta’ public policy.

Agħtuhom daqqa t’għajn ibku kemm tifilħu.