Stqarrija għall-Istampa

Repubblika, #occupyjustice u manueldelia.com ser ifakkru t-tilet anniversarju mill-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia b’sejħa mill-ġdid għall-ħruġ tal-verità u għat-twettiq tal-ġustizzja.

Minħabba r-restrizzjonijiet kaġunati mill-imxijja Covid-19, l-attivitajiet ser ikunu live streamed u dawk li ser jieħdu sehem huma mistiedna li jipparteċipaw b’mezzi elettroniċi. t

Dan li ġej huwa l-programm tal-attivitajiet:

It-Tlieta 13 ta’ Ottubru 2020

19:00  Webinar: Il-ġurnaliżmu taħt attakk. Id-Daphne Caruana Galizia Memorial Lecture ser isir mill-ġurnalista ta’ Sky News Alex Crawford. Biex tipprenotaw il-parteċipazzjoni tagħkom għall-webinar, ibgħatu email fuq [email protected].

Il-Ħamis 15 ta’ Ottubru 2020

17:00  Ftuħ ta’ Stallazzjoni tal-Arti biswit il-Mafkar tal-Assedju l-Kbir fil-Belt Valletta bit-tema ‘Ġustizzja għal Daphne tfisser Ġustizzja għad-dritt tiegħek li tkun taf’. Din l-attività ser tinkludi diskussjoni live permezz tal-Facebook mal-artisti li ser jieħdu sehem. L-Istallazzjoni ser tibqa’ varata sa nhar il-Ħadd 18 ta’ Ottubru 2020.

Il-Ġimgħa 16 ta’ Ottubru 2020

11:00  Diskussjoni minn ġurnalisti Malti dwar ‘il-Qagħda tal-Ġurnaliżmu f’Malta’ li ser tinżamm bis-sehem tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin biswit il-Mafkar tal-Assedju l-Kbir fil-Belt Valletta. Aktar dettalji dwar din l-attività jixxandru aktar tard. 

15:00   Manifestazzjoni fis-skiet fil-Bidnija li ser tkun livestreamed permezz tal-Facebook.

18:00 Quddiesa b’suffraġju għal ruħ Daphne Caruana Galizia immexxija mill-Arċisqof Metropolita ta’ Malta Mons. Charles J Scicluna. Din il-Quddiesa ser tkun livestreamed permezz tal-Facebook.

20:00When They Come Undone: Premier ta’ dokumentarju dwar il-ġrajjiet li seħħew wara l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia. Dan id-dokumentarju jiġi segwit minn diskussjoni live permezz tal-Facebook.