Lill-qarnita, l-gvern ma jridx li jaħsdilha rasha
Il-gvern ġie mwissi mill-FATF bl-aktar mod espliċitu u pubbliku biex ma jippruvax inaqqas mis-serjetà u mil l-ħtieġa tal-bidliet li huma meħtieġa sabiex Malta terġa' ssir membru rispettabbli tal-komunità finanzjarja dinjija. Mingħajr ebda tlaqliq, lill-gvern qalulu li jista' jsib tarf mhux bit-tibdil fil-liġijiet. Ma tridx xi għerf speċjali biex tibdel il-liġijiet u kull ma jeħtieġ li [...]